Page contents Page contents Tweġiba Fil-ħin tal-ġbir tad-data tagħhom, in-nies għandhom jiġu mgħarrfa b'mod ċar dwar mill-inqas: min hija l-kumpanija/organizzazzjoni tiegħek (id-dettalji ta' kuntatt tiegħek, u dawk tal-UPD jekk hemm); għaliex il-kumpanija/organizzazzjoni tiegħek se tkun qed tuża d-data personali tagħhom (il-finijiet); il-kategoriji ta' data personali inkwistjoni; il-ġustifikazzjoni legali għall-ipproċessar tad-data tagħhom; għal kemm żmien se tinżamm id-data; min aktar jista' jirċeviha; jekk id-data personali tagħhom hux se tiġi ttrasferita lil riċevitur barra mill-UE; li għandhom id-dritt għal kopja tad-data (id-dritt ta' aċċess għad-data personali) u drittijiet bażiċi oħra fil-qasam tal-protezzjoni tad-data (ara l-lista kompluta tad-drittijiet); id-dritt tagħhom li jressqu ilment mal-Awtorità għall-Protezzjoni tad-Data ('APD'); id-dritt tagħhom li jirtiraw il-kunsens fi kwalunkwe ħin; fejn applikabbli, l-eżistenza tat-teħid awtomatizzat ta' deċiżjonijiet u l-loġika involuta, inkluż il-konsegwenzi tiegħu. Ara l-lista kompluta ta' informazzjoni li għandha tiġi pprovduta. L-informazzjoni tista' tiġi pprovduta bil-miktub, oralment fuq it-talba tal-individwu meta l-identità ta' dik il-persuna tiġi ppruvata b'mezzi oħra, jew b'mezzi elettroniċi fejn xieraq. Dan għandu jsir mill-kumpanija/organizzazzjoni tiegħek b'mod konċiż, trasparenti, li jinftiehem u faċilment aċċessibbli, b'lingwaġġ ċar u sempliċi u mingħajr ħlas. Meta d-data tinkiseb mingħand kumpanija/organizzazzjoni oħra, il-kumpanija/organizzazzjoni tiegħek għandha tipprovdi dik l-informazzjoni t'hawn fuq lill-persuna kkonċernta mhux aktar tard minn xahar minn meta l-kumpanija tkun kisbet id-data personali; jew, fil-każ li tikkomunika mal-individwu, meta d-data tintuża biex tikkomunika magħhom; jew, jekk ikun previst żvelar lil kumpanija oħra, meta d-data personali tkun ġiet żvelata l-ewwel darba. Il-kumpanija/organizzazzjoni tiegħek hija mitluba ukoll tinforma lill-individwu dwar il-kategoriji tad-data u s-sors li minnu tkun inkisbet id-data, inkluż jekk tkun inkisbet minn sorsi aċċessibbli għall-pubbliku. F'ċirkostanzi speċifiċi elenkati fl-Artikoli 13(4) u 14(5) tal-GDPR il-kumpanija/organizzazzjoni tiegħek tista' tkun eżentata mill-obbligu li tinforma lill-individwu. Jekk jogħġbok ikkonferma jekk dik l-eżenzjoni tapplikax għall-kumpanija/organizzazzjoni tiegħek. Referenzi Artikoli 12(1), 12(5), 12(7), 13, 14; Premessi 58-62 Artikolu 29 Linji gwida tal-Grupp ta' Ħidma dwar it-trasparenza skont ir-Regolament 2016/679 References Article 12(1), (5) and (7), Articles 13 and 14 and Recitals (58) to (62) of the GDPR EDPB guidelines on Transparency under Regulation 2016/679