Page contents Page contents Tweġiba L-UPD jgħin lill-kontrollur jew lill-proċessur fil-kwistjonijiet kollha relatati mal-protezzjoni tad-data personali. B'mod partikolari, l-UPD għandu: jinforma u javża lill-kontrollur jew lill-proċessur, kif ukoll lill-impjegati tagħhom, dwar l-obbligi tagħhom skont il-liġi dwar il-protezzjoni tad-data; jimmonitorja l-konformità tal-organizzazzjoni mal-leġiżlazzjoni kollha li tirrigwarda l-protezzjoni tad-data, inkluż fl-awditjar, fl-attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni kif ukoll fit-taħriġ tal-persunal involut fl-operazzjonijiet ta' proċessar; jipprovdi pariri fejn tkun twettqet DPIA u jimmonitorja l-prestazzjoni tagħha; jaġixxi bħala punt ta' kuntatt għal talbiet minn individwi rigward l-ipproċessar tad-data personali tagħhom u l-eżerċizzju tad-drittijiet tagħhom; jikkoopera mal-APDs u jaġixxi bħala punt ta' kuntatt għall-APD dwar kwistjonijiet relatati mal-ipproċessar. L-organizzazzjoni għandha tinvolvi lill-UPD mingħajr dewmien. L-UPD m'għandu jirċievi l-ebda struzzjoni mingħand il-kontrollur jew il-proċessur għall-eżerċizzju tal-kompiti tiegħu. L-UPD jirrapporta direttament lill-ogħla livell ta' ġestjoni tal-organizzazzjoni. Referenza Artikoli 37, 38, 39; Premessa 97 Reference Articles 37, 38 and 39 and Recital (97) of the GDPR