Page contents Page contents Tweġiba Il-kumpanija/organizzazzjoni tiegħek trid taħtar UPD, kemm jekk hija kontrollur kif ukoll jekk hijaproċessur, jekk l-attivitajiet prinċipali tagħha jinvolvu l-ipproċessar ta' data sensittiva fuq skala kbira jew jinvolvu l-monitoraġġ regolari u sistematiku tal-individwi fuq skala kbira. F'dan ir-rigward, il-monitoraġġ tal-imġiba tal-individwi jinkludi l-forom kollha ta' traċċar u ħolqien ta' profili fuq l-internet, inkluż għall-finijiet ta' reklamar ibbażat fuq l-imġiba. L-amministrazzjonijiet pubbliċi dejjem ikollhom l-obbligu li jaħtru UPD (ħlief il-qrati li jaġixxu fil-kapaċità ġudizzjarja tagħhom). L-UPD jista' jkun membru tal-persunal tal-organizzazzjoni tiegħek jew jista' jiġi kuntrattat esternament fuq il-bażi ta' kuntratt ta' servizz. L-UPD jista' jkun individwu jew organizzazzjoni. Eżempji UPD obbligatorjuL-UPD huwa obbligatorju pereżempju meta l-kumpanija/organizzazzjoni tiegħek hija: sptar li jipproċessa settijiet kbar ta' data sensittiva; kumpanija tas-sigurtà responsabbli mill-monitoraġġ ta' ċentri kummerċjali u spazji pubbliċi; kumpanija żgħira ta' head-hunting li toħloq il- profili ta' individwi. UPD mhux obbligatorjuL-UPD mhuwiex obbligatorju jekk: inti tabib ta' komunità lokali u tipproċessa d-data personali tal-pazjenti tiegħek; inti għandek kumpanija legali żgħira u tipproċessa d-data personali tal-klijenti tiegħek. Referenzi Linji Gwida tal-EDPB dwar Uffiċjali għall-Protezzjoni tad-Data ('DPOs') Artikoli 37, 38, 39; Premessa 97