Page contents Page contents Tweġiba Jekk il-kunsens mogħti minn persuna qabel l-applikazzjoni tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (GDPR) huwa konformi mal-kundizzjonijiet tal-GDPR, mela m'hemmx il-ħtieġa li jerġa' jintalab il-kunsens tal-individwu. Il-kumpanija/organizzazzjoni trid tkun ċerta li l-kunsens mogħti qabel il-GDPR jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-GDPR. Eżempji M'hemmx bżonn ta' kunsens ġdid Il-GDPR se jibda japplika fil-25 ta' Mejju 2018. Inti reċentement irrevedejt il-politika tal-kumpanija/organizzazzjoni tiegħek dwar il-privatezza. Ivverifikajt li l-kunsens fl-organizzazzjoni tiegħek inġabar bil-miktub u kien jikkonforma mar-rekwiżiti kollha tal-GDPR. F'dan il-każ, m'għandekx għalfejn titlob lill-klijenti tiegħek għall-kunsens mill-ġdid f'Mejju 2018. Il-kunsens mill-ġdid huwa meħtieġ Inti ksibt il-kunsens mingħand il-klijenti xi snin ilu bl-użu ta' sistema onlajn ta' kaxxi mmarkati minn qabel. Issa huwa ċar li dan il-mod ta' kif jinkiseb il-kunsens mhux se jkun validu mill-25 ta' Mejju 2018. Il-kumpanija/organizzazzjoni jkollha terġa' tikseb il-kunsens jekk tixtieq li tkompli tipproċessa d-data. Referenzi Artikoli 4(11), 7; Premessa 171 Linji gwida tal-EDPB dwar il-Kunsens skont ir-Regolament 2016/679 Examples No need for new consent The GDPR will start to apply on 25 May 2018. You’ve recently reviewed your company/organisation's privacy policy. You’ve checked that the consent within your organisation was gathered in writing and complied with all the requirements of the GDPR. In that case, you don’t need to ask your clients/customers for consent again in May 2018. Need to obtain consent again Your company/organisation obtained consent from clients a few years ago using a system of pre-ticked boxes online. It’s now clear that this manner of obtaining consent will not be valid as of 25 May 2018. Your company/organisation will have to obtain consent again if it wishes to continue processing the data. References Articles 4(11) and 7and Recital (171) of the GDPR EDPB guidelines on Consent under Regulation 2016/679