Identifikazzjoni Finanzjarja u Entità Legali Il-formoli ta’ hawn taħt huma maħsuba biex jgħinuk fil-komunikazzjoni mad-dipartimenti tal-Kummissjoni, li jitolbuk tgħaddi l-koordinati legali jew bankarji tiegħek, sabiex dawk ikunu jistgħu jiġu rreġistrati fil-“File tal-Entità Legali (LEF)” u fil-“File tal-Kont Bankarju (BAF)”. Skont it-termini tad-dispożizzjonijiet regolatorji msemmija minn hawn ’il quddiem, is-servizzi li magħhom biħsiebek tiffirma konvenzjoni ta’ finanzjament jew kuntratt, u/jew li se jallokaw fondi lilek, ma jistgħux iniedu proċeduri ta' għoti għal kuntratt jew sussidju, u lanqas ma jistgħu jipproċedu għall-awtorizzazzjoni ta’ pagamenti favur tiegħek, sakemm il-koordinati tiegħek ma jiġux reġistrati u vvalidati ċentralment. Jekk jogħġbok aqra dawn l-istruzzjonijiet importanti qabel timla d-dokumenti! 11 MARZU 2019Instructions for filling out legal entity and bank account formsLingwi oħrajn (2)Deutsch(507.32 KB - PDF)Iddawnlowdjafrançais(500.55 KB - PDF)Iddawnlowdja Il-formoli Adobe-Acrobat li ġejjin jistgħu jimtlew b’mod diġitali fuq l-internet (imbagħad stampa u ffirma l-formola) iżda teħtieġ mill-inqas il-verżjoni 8 tal-Adobe Acrobat. Jekk m’għandekx din il-verżjoni tista’ tiddawnlowdjaha. Din il-verżjoni tippermettilek tissejvja kopja tal-formola mimlija (jekk teħtieġ) fuq il-computer tiegħek. Jekk m’għandekx dan is-software, jekk jogħġbok stampa din il-formola imlieha manwalment iffirmaha Nota: Jekk jogħġbok innota li f’każ li tippreżenta din l-informazzjoni permezz ta’ portal online, it-tlestija manwali u l-firma ta’ din il-formola jistgħu ma jkunux meħtieġa. Jekk jogħġbok ara l-istruzzjonijiet speċifiċi pprovduti mid-dipartiment tal-Kummissjoni li int f’kuntatt miegħu. Identifikazzjoni finanzjarja Regolament13 Diċembru 2018Identifikazzjoni finanzjarjaIddawnlowdja l-formola tal-Identifikazzjoni Finanzjarja biex tikkomunika l-koordinati bankarji meħtieġa għall-awtorizzazzjoni tal-pagamenti mill-UE. Entitajiet ġuridiċi Baġit13 Diċembru 2018Sħab kummerċjali - entitajiet legali u kontijiet bankarji Il-formola tal-Entità Legali għal persuna fiżika, kumpaniji privati, u korpi tal-liġi pubblika meħtieġa għall-għoti ta’ finanzjament mill-UE. Kuntratti ta' valur baxx Kundizzjonijiet ġenerali għal kuntratti ta’ valur baxx: 18 Diċembru 2018Kuntratti ta' valur baxxIt-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali għal kuntratti ta’ akkwist ta’ valur baxx.
Regolament13 Diċembru 2018Identifikazzjoni finanzjarjaIddawnlowdja l-formola tal-Identifikazzjoni Finanzjarja biex tikkomunika l-koordinati bankarji meħtieġa għall-awtorizzazzjoni tal-pagamenti mill-UE.
Baġit13 Diċembru 2018Sħab kummerċjali - entitajiet legali u kontijiet bankarji Il-formola tal-Entità Legali għal persuna fiżika, kumpaniji privati, u korpi tal-liġi pubblika meħtieġa għall-għoti ta’ finanzjament mill-UE.
18 Diċembru 2018Kuntratti ta' valur baxxIt-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali għal kuntratti ta’ akkwist ta’ valur baxx.