Mur għall-kontenut ewlieni

Pjan ta’ investiment: Malta

L-aħħar riżultati mill-Pjan ta’ investiment

Investment Plan - Malta

Kif tikklassifika Malta mal-pajjiżi tal-UE

Investiment totali

Marzu 2022

Il-finanzjament totali skont il-Fond Ewropew għal Investimenti Strateġiċi (FEIS) f’Malta kien jammonta għal €44-il miljun u hu mistenni li joħloq €211 miljun f’investimenti addizzjonali

Proġetti ta’ infrastruttura u innovazzjoni

  • 2 proġetti wieħed approvat u ffinanzjat mill-Bank Ewropew għall-Investiment (BEI) b’appoġġ tal-FEIS
  • madwar €33 miljun f’finanzjament totali
  • mistenni jwassal għal €72-il miljun f’investimenti totali

Intrapriżi Żgħar u ta’ daqs Medju (SMEs)

  • ftehim wieħed approvat ma’ bank intermedjarju ffinanzjat mill-Fond Ewropew tal-Investiment (FEI) bl-appoġġ tal-FEIS
  • €11 miljun f’finanzjament totali
  • mistenni jwassal għal madwar €139-il miljun f’investimenti fejn madwar 432-il SME u kumpaniji b’kapitalizzazzjoni medja mistennija jibbenefikaw minn aċċess imtejjeb għall-finanzjament

Eżempji ta’ proġetti appoġġjati mill-Pjan ta’ investiment

In-network broadband tal-mobile: GO

GO plc hija fornitur ewlieni tat-telekomunikazzjonijiet f’Malta. Bis-saħħa ta’ self ta’ EUR 28 miljun mill-BEI permezz tal-Pjan Juncker, GO qed iżżid il-firxa tan-network Fibre-To-The-Home tagħha biex tipprovdi broadband b’veloċità għolja lil eluf ta’ djar madwar il-pajjiż. Il-proġett ta’ tliet snin se jwassal għal 70,000 dar addizzjonali Maltija li se jkollhom aċċess għal internet veloċi, u dan għandu jagħmel differenza kbira kemm għan-negozji u kemm għall-familji. L-investiment se jwassal ukoll biex in-network tal-mobile jkun lest għall-5G.

Is-semikondutturi: STMICROELECTRONICS

STMicroelectronics huwa manifattur globali tas-semikondutturi. Il-kumpanija kisbet finanzjament mill-BEI taħt il-Pjan ta’ Investiment sabiex tinvesti fir-riċerka u l-iżvilupp filġenerazzjoni li jmiss ta’ semikondutturi, partikolarment fejn jidħol is-sewqan intelliġenti u d-dominju tal-”Internet of Things”. Il-kumpanija hija bbażata fi Franza, l-Italja u Malta.

Kumpaniji innovattivi: APS BANK

Il-FEI ffirma ftehim ta’ finanzjament mal-APS Bank biex tingħata spinta lis-self tagħhom lil negozji innovattivi żgħar u ta’ daqs medju. Il-ftehim hu mistenni li jagħmel disponibbli EUR 12- il miljun f’self għall-kumpaniji Maltin.

Il-lista sħiħa ta’ proġetti approvati mill-BEI appoġġjati mill-FEIS

Il-lista sħiħa ta’ ftehimiet appoġġjati mill-FEIS ma’ intermedjarji finanzjarji ffirmati mill-FEI