F’Mejju 2022, il-Kummissjoni Ewropea nediet il-Pjan REPowerEU b’reazzjoni għall-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja u l-użu tagħha tar-riżorsi tal-enerġija bħala arma ekonomika. L-objettivi ewlenin tal-Pjan kienu li tiġi ffrankata l-enerġija, li jiġu ddiversifikati l-provvisti tal-enerġija, u li tiġi prodotta enerġija aktar nadifa għall-UE.Sentejn wara, huwa ċar li REPowerEU kellu rwol kruċjali fis-salvagwardja taċ-ċittadini u n-negozji tal-UE minn nuqqas ta’ enerġija, filwaqt li pprovda wkoll appoġġ vitali lill-Ukrajna billi dgħajjef ir-riżorsi tal-gwerra tar-Russja. Permezz ta’ sforzi konġunti, l-Ewropa mhux biss għamlet tnaqqis enormi fl-importazzjonijiet tal-enerġija Russi iżda aċċellerat ukoll it-tranżizzjoni tagħha lejn enerġija nadifa u stabbilizzat il-prezzijiet. Il-kisbiet ewlenin:Naqqset il-konsum tal-gass naturali bi 18% bejn Awwissu 2022 u Marzu 2024Għelbet id-dipendenza tagħna fuq il-fjuwils fossili Russi – is-sehem tal-importazzjonijiet tal-gass mir-Russja naqas minn 45% għal 15% bejn l-2021 u l-2023Żgurat l-aċċess għal enerġija sigura u affordabbliIpproduċiet aktar elettriku mir-riħ u mix-xemx milli mill-gass għall-ewwel darba, mill-2022Żiedet b'mod rapidu l-installazzjoni ta' enerġija rinnovabbli – u laħqet rekord ta’ kważi 96 GW ta’ kapaċità ġdida tal-enerġija solari installata u żieda fil-kapaċità eolika bi 33 GW mill-2022Hekk kif mexjin ’il quddiem, huwa evidenti li l-Ewropa issa hija aktar b’saħħitha u aktar magħquda minn qatt qabel. Il-Kummissjoni mmobilizzat kważi €300 biljun biex tiffinanzja l-Pjan REPowerEU bil-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza fil-qalba ta’ dan il-finanzjament. L-UE issa tinsab fit-triq it-tajba biex telimina kompletament id-dipendenza tagħha fuq il-fjuwils fossili Russi filwaqt li tkompli tavvanza t-tranżizzjoni ekoloġika u tappoġġja lill-Ukrajna.Għal aktar informazzjoniREPowerEUDikjarazzjoni tal-President von der Leyen, tal-Viċi President Eżekuttiv Šefčovič u tal-Kummissarju Simson fit-2 anniversarju tal-Pjan REPowerEUREPowerEU - sentejn waraL-istorja viżiva tal-Patt Ekoloġiku EwropewFaċilità ta’ Rkupru u Reżiljenza Dettalji Data tal-pubblikazzjoni17 Mejju 2024AwturId-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni