Mur għall-kontenut ewlieni
Logo tal-Kummissjoni Ewropea
Il-Kummissjoni Ewropea
  • Artiklu tal-aħbarijiet
  • 3 Diċembru 2023
  • Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni
  • 1 min qari

Inwaqqfu d-diskriminazzjoni: Jum internazzjonali għal persuni b’diżabbiltà

Vincent Maugenest in his wheelchair
Vincent playing with one of his sons
© Jade Le Bloas

 

Vincent huwa missier ferħan ta’ żewġt itfal u jħobb is-surfing. Bħal Vincent, madwar 87 miljun persuna fl-UE għandhom diżabbiltà. F’dan il-Jum internazzjonali tal-persuni b’diżabbiltà, l-UE ttenni l-impenn tagħha li tneħħi l-ostakli u ttejjeb il-ħajja tal-persuni b’diżabbiltà. Permezz tal-Istrateġija dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbiltà 2021-2030, il-Kummissjoni Ewropea ressqet proposti biex 

  • ittejjeb il-prospetti tax-xogħol għall-persuni b’diżabbiltà – vitali peress li nofs 42.8 miljun persuna biss b’diżabbiltà fl-età tax-xogħol fl-UE qed jaħdmu 
  • tniedi kard Ewropea tad-diżabbiltà li tkun tapplika għall-pajjiżi kollha tal-UE, u
  • tipprowovi akkomodazzjoni aċċessibbli u appoġġjata għall-persuni b’diżabbiltà  

L-istrateġija toffri aktar miżuri biex jinkisbu riżultati konkreti. U qed isiru avvanzi, bħal fil-belt Spanjola ta’ San Cristóbal de La Laguna li rċeviet il-Premju għall-Belt Aċċessibbli tal-2024 għad-dedikazzjoni tagħha biex ittejjeb il-kwalità tal-ħajja tal-persuni b’diżabbiltà – iżda aktar għandu jsir se jsir sabiex Vincent, il-familja tiegħu, u lkoll kemm aħna, inkunu nistgħu ngawdu ħajja sħiħa, ħielsa minn kwalunkwe ostaklu fiżiku jew soċjali.

Id-diżabbiltà tirrigwarda lilna lkoll għaliex kważi nofs il-popolazzjoni anzjana tal-UE għandha diżabbiltà. Fl-UE, id-diskriminazzjoni bbażata fuq id-diżabbiltà hija pprojbita bil-liġi. Iżda għal wisq persuni b’diżabbiltà, id-diskriminazzjoni hija realtà ta’ kuljum. 

Għal aktar informazzjoni

Sir af aktar fuq l-Istrateġija dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbiltà 2021-30

San Cristóbal de La Laguna jirbaħ il-Premju għall-Belt Aċċessibbli 2024 

Dettalji

Data tal-pubblikazzjoni
3 Diċembru 2023
Awtur
Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni