Mur għall-kontenut ewlieni
Logo tal-Kummissjoni Ewropea
Il-Kummissjoni Ewropea
  • Artiklu tal-aħbarijiet
  • 21 Frar 2024
  • Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni
  • 2 min qari

Inlestu l-infrastrutturi diġitali tal-UE għad-dinja ta’ għada

Men laying the EllaLink cable at the beach of Praia do Futuro, Fortaleza, Brazil

 

Il-Kummissjoni stabbilixxiet diversi azzjonijiet biex tgħin biex jiġi żgurat li l-UE tilħaq il-miri tal-infrastruttura diġitali tagħha għall-2030. Il-kompetittività futura tal-Ewropa tiddependi fuq li infrastrutturi bħal dawn ikunu innovattivi u reżiljenti. U konnettività rapida, sigura u mifruxa hi kruċjali jekk irridu nimplimentaw it-teknoloġiji li se jwassluna fid-dinja ta' għada. Dan jikkonċerna innovazzjonijiet bħat-telemediċina, is-sewqan awtomatizzat, l-intelliġenza artifiċjali, jew il-bini intelliġenti. 

L-azzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet proposti jgħidu li:  

1. Għandna nrawmu komunità vibranti ta’ innovaturi Ewropej. Dan ifisser li jeħtieġ li niżviluppaw aktar konnettività u nintegrawha aħjar, kif ukoll infrastruttura tal-computing fejn nistgħu naħdmu flimkien. Għandu jiġi stabbilit ukoll network biex jikkollabora dwar dan.  

2. Irridu nilħqu l-potenzjal sħiħ tas-suq uniku diġitali għat-telekomunikazzjoni. Dan jista’ jsir billi jiġu kkunsidrati miżuri biex jiġu żgurati kundizzjonijiet verament ekwi. Għandna nikkunsidraw mill-ġdid ukoll l-applikazzjoni u l-għanijiet tar-regoli attwali. 

3. Irridu nivvalutaw u nnaqqsu r-riskji għas-sigurtà tal-infrastrutturi kritiċi, bħall-cables sottomarini. Dan jista’ jsir permezz ta’ Sett ta’ Għodod għas-Sigurtà tal-Cables. Aktar minn 99% tat-traffiku interkontinentali tad-data jinġarr permezz ta’ cables sottomarini. Diversi gżejjer fl-Ewropa jiddependu ħafna fuq cables bħal dawn għall-komunikazzjonijiet intra-UE.  

L-azzjonijiet imressqin għandhom l-għan li jibdew diskussjoni dwar proposti konkreti mal-partijiet ikkonċernati, mal-Istati Membri u ma’ sħab tal-istess fehma dwar kif għandhom jissawru l-politiki futuri tal-UE. Il-Kummissjoni nediet konsultazzjoni pubblika dwar 12-il xenarju li hija miftuħa sat-30 ta’ Ġunju 2024. 

Biex jiġi żgurat li t-tranżizzjoni diġitali tagħna tirnexxi, l-UE stabbilixxiet miri speċifiċi li għandhom jintlaħqu sal-2030. Konnettività rapida, sigura u mifruxa hi essenzjali għall-implimentazzjoni tat-teknoloġiji li se jġibuna fid-dinja ta’ għada. 

Għal iktar informazzjoni 

Il-konnettività 

Skeda informattiva 

Stqarrija għall-istampa: Il-Kummissjoni tippreżenta inizjattivi ġodda għall-infrastrutturi diġitali tal-ġejjieni  

Miri diġitali tal-Ewropa għall-2030 

 

 

Dettalji

Data tal-pubblikazzjoni
21 Frar 2024
Awtur
Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni