Ix-Xahar Ewropew iddedikat għaċ-Ċibersigurtà huwa kampanja annwali li tippromwovi s-sensibilizzazzjoni dwar iċ-ċibersigurtà u l-aħjar prattiki online. Kull sena f’Ottubru jsiru mijiet ta’ attivitajiet madwar l-Ewropa fosthom konferenzi, sessjonijiet ta’ ħidma, taħriġ, webinars, preżentazzjonijiet u aktar, biex jedukaw lill-pubbliku dwar it-theddid online u l-importanza tas-sikurezza diġitali.L-edizzjoni tal-2024, bit-tema #ThinkB4UClick, tiffoka fuq il-protezzjoni kontra s-social engineering, xejra dejjem tikber fejn l-iscammers jużaw l-impustura, l-emails ta’ phishing jew l-offerti foloz biex iqarrqu bin-nies ħalli dawn iwettqu ċerti azzjonijiet online jew jagħtu informazzjoni sensittiva jew personali. Il-kampanja għandha l-għan li tippromwovi ċ-ċibersigurtà fost iċ-ċittadini u l-organizzazzjonijiet u tipprovdi informazzjoni dwar is-sigurtà online permezz ta’ attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni u l-kondiviżjoni ta’ prattiki tajba. L-UE taħdem fuq diversi aspetti biex tippromwovi r-reżiljenza ċibernetika. L-Istrateġija tal-UE dwar iċ-Ċibersigurtà għandha l-għan li tibni r-reżiljenza għat-theddid ċibernetiku u tiżgura li ċ-ċittadini u n-negozji jibbenefikaw minn teknoloġiji diġitali affidabbli, filwaqt li l-Att tal-UE dwar iċ-Ċibersolidarjetà jippreżenta miżuri konkreti li bihom l-UE se tkun tista’ tirrispondi għat-theddid u l-attakki.Fl-2022, in-nuqqas ta’ professjonisti taċ-ċibersigurtà fl-UE kien ivarja bejn 260,000 u 500,000. Stħarriġ reċenti dwar il-ħiliet fiċ-ċibersigurtà enfasizza l-ħtieġa li jkun hemm sensibilizzazzjoni u li jiġi pprovdut taħriġ dwar iċ-ċibersigurtà. Biex tiġi indirizzata din id-diskrepanza fil-ħiliet, tnediet l-Akkademja għall-Ħiliet fiċ-Ċibersigurtà, pjattaforma online li toffri firxa ta’ korsijiet ta’ ħiliet fiċ-ċibersigurtà aċċessibbli għal kulħadd madwar l-Ewropa.Għal aktar informazzjoniXahar iddedikat għas-Sigurtà Ċibernetika EwropeaJiem dwar iċ-Ċibersigurtà 2024Attivitajiet taċ-ĊibersigurtàPolitiki taċ-ĊibersigurtàEwrobarometru dwar il-ħiliet fiċ-ċibersigurtàAkkademja għall-Ħiliet fiċ-ĊibersigurtàPjattaforma għall-Ħiliet u l-Impjiegi DiġitaliENISA - L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà Dettalji Data tal-pubblikazzjoni1 Ottubru 2024AwturId-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni