Page contents Page contents Tweġiba Id-DPIA hija meħtieġa kull meta l-ipproċessar aktarx li jirriżulta f'riskju għoli għad-drittijiet u l-libertajiet tal-individwi. Id-DPIA hija meħtieġa mill-inqas f'dawn il-każijiet li ġejjin: l-evalwazzjoni sistematika u estensiva tal-aspetti personali ta' individwu, inkluż il-ħolqien ta' profili; l-ipproċessar ta' data sensittiva fuq skala kbira; il-monitoraġġ sistematiku ta' żoni pubbliċi fuq skala kbira. L-Awtoritajiet Nazzjonali għall-Protezzjoni tad-Data, bi ftehim mal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, jistgħu jipprovdu listi ta' każijiet fejn tkun meħtieġa d-DPIA. Id-DPIA għandha titwettaq qabel l-ipproċessar u għandha titqies bħala għodda ħajja, mhux biss bħala eżerċizzju ta' darba. Meta jkun hemm riskji residwi li ma jistgħux jiġu mmitigati bil-miżuri mdaħħla fis-seħħ, l-APD għandha tiġi kkonsultata qabel il-bidu tal-ipproċessar. Eżempji Id-DPIA hija meħtieġaBank li jevalwa l-klijenti tiegħu skont bażi ta' data ta' referenza tal-kreditu; sptar li wasal biex jimplimenta bażi ta' data ġdida b'informazzjoni dwar is-saħħa bid-data dwar is-saħħa tal-pazjenti; operatur tax-xarabank li wasal biex jimplimenta kameras abbord biex jimmonitorja l-imġiba tax-xufiera u tal-passiġġieri. Id-DPIA mhix meħtieġaIt-tabib tal-komunità jipproċessa d-data personali tal-pazjenti tiegħu. F'dak il-każ, m'hemmx bżonn ta' DPIA għaliex l-ipproċessar mit-tobba tal-komunità ma jsirx fuq skala kbira f'każijiet fejn in-numru ta' pazjenti huwa limitat. Referenzi Artikolu 29 Linji gwida tal-Grupp ta' Ħidma dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt fuq il-Protezzjoni tad-Data (DPIA) u d-determinazzjoni ta' jekk huwiex “probabbli li l-ipproċessar jirriżulta f'riskju għoli” għall-finijiet tar-Regolament 2016/679, 4 ta' April 2017 Artikoli 35, 36; Premessi 89, 90, 91, 92, 93, 94, 95, 96 Examples DPIA required A bank screening its customers against a credit reference database; a hospital about to implement a new health information database with patients’ health data; a bus operator about to implement on-board cameras to monitor drivers’ and passengers’ behaviour. DPIA not required A community doctor processing personal data of his patients. In that case, there is no need for a DPIA since the processing by the community doctors isn’t done on a large scale in cases where the number of patients is limited. References EDPB Guidelines on Data Protection Impact Assessment (DPIA) Articles 35 and 36 and Recitals (89) to (96) of the GDPR