Page contents Page contents Tweġiba L-individwi għandhom id-dritt ta' oġġezzjoni għall-ipproċessar tad-data personali fuq il-bażi ta' raġunijiet speċifiċi li jaffettwawhom. Jekk hemmx sitwazzjoni speċifika jew le għandu jiġi eżaminat fuq il-bażi ta' kull każ individwali. Huma jistgħu joġġezzjonaw biss f'każijiet fejn l-amministrazzjoni pubblika tkun qed tipproċessa d-data fil-kuntest pubbliku tagħha jew meta l-kumpanija tkun qed tipproċessa d-data fuq il-bażi tal-interessi leġittimi tagħha. F'dawk il-każijiet, il-kumpanija/organizzazzjoni tiegħek ma tkunx tista' tipproċessa aktar id-data sakemm ma turix li hemm bżonn tipproċessaha għal raġunijiet li jisbqu d-drittijiet u l-libertajiet tal-individwu jew li jekk id-data hija meħtieġa għall-istabbiliment, l-eżerċizzju jew id-difiża ta' talbiet legali. L-individwi għandhom ukoll id-dritt li joġġezzjonaw fi kwalunkwe ħin għall-ipproċessar tad-data personali tagħhom għal finijiet ta' kummerċjalizzazzjoni diretta. Il-kummerċjalizzazzjoni diretta, skont ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data, tfisser kwalunkwe azzjoni minn kumpanija biex tikkomunika materjal ta' reklamar jew kummerċjalizzazzjoni, immirat lejn individwi partikolari. Il-kumpanija/organizzazzjoni tiegħek għandha tinforma lill-individwi fl-avviż ta' privatezza tagħha jew mhux aktar tard minn meta tagħmel l-ewwel komunikazzjoni mal-individwi, li se tkun qed tuża d-data personali tagħhom għall-kummerċjalizzazzjoni diretta u li għandhom id-dritt li joġġezzjonaw mingħajr ħlas. Meta persuna toġġezzjona għall-ipproċessar għal finijiet ta' kummerċjalizzazzjoni diretta, il-kumpanija/organizzazzjoni tiegħek ma tistax tipproċessa aktar id-data personali tagħhom għal dawk il-finijiet. Eżempju Fis-settur tal-assigurazzjoni, spiss ħafna d-data personali tkun meħtieġa għad-difiża ta' talbiet legali fil-każ ta' miżuri kontra l-frodi jew kontra l-ħasil ta' flus. F'dawk il-każijiet il-kumpaniji tal-assigurazzjoni jistgħu jirrifjutaw li jilqgħu talba tal-individwu fejn huwa joġġezzjona, fuq il-bażi ta' raġunijiet li jisbqu d-drittijiet u l-libertajiet tal-individwu. Referenzi Artikolu 21; Premessi 69, 70 Artikolu 29 Opinjoni 06/2014 tal-Grupp ta' Ħidma dwar il-kunċett ta' interessi leġittimi tal-kontrollur tad-data skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva 95/46/KE Example In the insurance sector, very often the personal data is needed for the defence of legal claims in the case of anti-fraud or anti-money laundering measures. In those cases insurance companies may refuse to uphold an individual’s request to object based on reasons that override the rights and freedoms of the individual. References Article 21 and Recitals (69) and (70) of the GDPR Article 29 Working Party Opinion 06/2014 on the notion of legitimate interests of the data controller under Article 7 of Directive 95/46/EC