Mur għall-kontenut ewlieni

Answer

Tweġiba

Il-liġi tapplika għal:

  • kumpanija jew l-entità li tipproċessa d-data personali bħala parti mill-attivitajiet ta' waħda mill-fergħat tagħha stabbiliti fl-UE, irrispettivament minn fejn tiġi pproċessata d-data, jew
  • kumpanija stabbilita barra mill-UE u qed toffri oġġetti/servizzi (bi ħlas jew mingħajr ħlas) jew qed timmonitorja l-imġiba ta' individwi fl-UE.

Jekk il-kumpanija tiegħek hija intrapriża żgħira u ta' daqs medju ('SME') li tipproċessa d-data personali kif deskritt hawn fuq inti trid tikkonforma mal-GDPR. Madankollu, jekk l-ipproċessar tad-data personali mhuwiex parti prinċipali min-negozju tiegħek u l-attività tiegħek ma toħloqx riskji għall-individwi, uħud mill-obbligi tal-GDPR mhumiex se japplikaw għalik (pereżempju l-ħatra ta' Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data ('UPD')). Innota li “attivitajiet prinċipali” għandhom jinkludu attivitajiet fejn l-ipproċessar tad-data jifforma parti inseparabbli mill-attivitàjiet tal-kontrollur jew tal-proċessur.

Eżempji

Meta japplika r-Regolament

Il-kumpanija tiegħek hija waħda żgħira tal-edukazzjoni terzjarja li topera onlajn bi stabbiliment ibbażat barra mill-UE. Timmira l-aktar lejn l-universitajiet tal-lingwa Spanjola u Portugiża fl-UE. Toffri pariri mingħajr ħlas dwar għadd ta' korsijiet universitarji u l-istudenti jeħtieġu username u password biex jiksbu aċċess għall-materjal tiegħek onlajn. Il-kumpanija tipprovdi dak il-username u l-password meta l-istudenti jimlew il-formola tar-reġistrazzjoni.

Meta ma japplikax ir-Regolament

Il-kumpanija tiegħek tagħti servizz u hija bbażata barra mill-UE. Tipprovdi servizzi lill-klijenti barra mill-UE. Il-klijenti tal-kumpanija jistgħu jużaw is-servizzi tagħha meta jivvjaġġaw lejn pajjiżi oħra, inkluż fl-UE. Sakemm il-kumpanija tiegħek ma timmirrax is-servizzi tagħha b'mod speċifiku lejn individwi fl-UE, m'hix soġġetta għar-regoli tal-GDPR.