Jum l-Ewropa 2026
Il-Kummissjoni Ewropea laqgħet 18,000 viżitatur fis-sede tagħha fi Brussell, meta fetħet il-bibien tal-binja ikonika tal-Berlaymont għal jum ta’ skoperta.
Il-viżitaturi kellhom l-opportunità li jidħlu wara l-kwinti, jesploraw uħud mill-aktar spazji magħrufin tal-Kummissjoni, inklużi l-istudjos tat-TV u s-sala tal-laqgħat Schuman, u jieħdu sehem f’firxa wiesgħa ta’ attivitajiet.


Open Doors Day at the European Institutions 2026General view of visitors touring the exterior stands 

Open Doors Day at the European Institutions 2026General view of visitors at a stand 

Open Doors Day at the European Institutions 2026Thomas de Bethune, 3rd, and Tesera Ribera, 4th (from left to right), cutting the ribbon 

Open Doors Day at the European Institutions 2026General view of visitors in the studios of the European Commission 

Open Doors Day at the European Institutions 2026Europa, the official mascot of the EU 

Open Doors Day at the European Institutions 2026View of dancers performing 

Open Doors Day at the European Institutions 2026View of a chess game featuring an AI-powered robot 

Open Doors Day at the European Institutions 2026View of participants holding flags
Ma rnexxilekx tattendi? Tul is-sena kollha tista’ żżur il-wirja interattiva Experience Europe, u tiskopri b’mod konkret kif taħdem il-Kummissjoni.
Niċċelebraw Jum l-Ewropa fil-qasam sportiv
Mill-futbol għaċ-ċikliżmu, mill-isport tal-muturi għall-volleyball, u mill-basketball għat-table tennis, l-atleti madwar l-Ewropa ċċelebraw Jum l-Ewropa billi libsu l-ilwien tal-UE u ġarrew bi kburija l-bandiera Ewropea.
Ħajr lill-atleti, lill-klabbs, u lill-partitarji li jiċċelebraw l-Ewropa permezz tal-isport, mhux biss f’Jum l-Ewropa, iżda kuljum.
Dwar Jum l-Ewropa
Jum l-Ewropa jittraċċa l-oriġini tiegħu sad-9 ta’ Mejju 1950, meta l-Ministru tal-Affarijiet Barranin Franċiż Robert Schuman għamel diskors fejn ippropona forma ġdida ta’ kooperazzjoni fl-Ewropa.
Magħrufa bħala d-Dikjarazzjoni ta’ Schuman, wittiet it-triq għal era ġdida ta’ paċi, integrazzjoni u kooperazzjoni madwar il-kontinent — u issa hija meqjusa b’mod ġenerali bħala d-data tat-twelid tal-Unjoni Ewropea.
Fid-dinja tal-lum li qed tinbidel, din l-Unjoni trid tkun lesta li żżomm soda. Jum l-Ewropa huwa opportunità biex nirrikonoxxu dan u niċċelebraw dak kollu li tirrappreżenta l-Unjoni tagħna. Dan il-jum speċjali huwa wkoll opportunità biex nikkollegaw maċ-ċittadini, nilqgħu viżitaturi fl-istituzzjonijiet tal-UE, u nuru l-ħidma u l-prijoritajiet tal-UE.
