Opportunitajiet ewlenin ta’ finanzjament Il-Politika Agrikola Komuni (PAK) Il-bdiewa jirċievu pagamenti diretti taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG). Dan il-fond jiffinanzja primarjament pagamenti diretti u miżuri li jirregolaw jew jappoġġjaw is-swieq agrikoli. Il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) jiffinanzja l-kontribuzzjoni tal-UE għall-programmi tal-iżvilupp rurali. Riċerka u innovazzjoni Il-bdiewa jistgħu jibbenefikaw ukoll minn appoġġ fir-raggruppament ta’ Orizzont Ewropa tal-Ikel, il-Bijoekonomija, ir-Riżorsi Naturali, l-Agrikoltura u l-Ambjent. L-opportunitajiet ta’ finanzjament huma elenkati fil-portal Opportunitajiet ta’ finanzjament u sejħiet. Impjiegi f’żoni rurali Il-bdiewa jistgħu jibbenefikaw minn xi azzjonijiet tal-Programm tas-Suq Uniku, b’mod partikolari taħt il-pilastru tal-Katina alimentari mmaniġġjat mill-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għas-Saħħa u għall-Qasam Diġitali (HADEA) . Hemm finanzjament għall-bdiewa disponibbli wkoll fil-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) sabiex jittejbu l-kundizzjonijiet tal-impjiegi fiż-żoni rurali. Links relatati CAP in your country