Page contents Page contents Tliet tipi ta’ ġestjoni Il-programmi kollha ffinanzjati mill-baġit tal-UE jaqgħu taħt wieħed mit-tliet tipi ta’ modi ta’ implimentazzjoni skont in-natura tal-finanzjament ikkonċernat: il-ġestjoni diretta: il-finanzjament tal-UE hu mmaniġġjat direttament mill-Kummissjoni Ewropea il-ġestjoni kondiviża: il-Kummissjoni Ewropea u l-awtoritajiet nazzjonali jimmaniġġjaw il-finanzjament b’mod konġunt il-ġestjoni indiretta: il-finanzjament hu mmaniġġjat minn organizzazzjonijiet sħab jew awtoritajiet oħrajn ġewwa jew barra l-UE Għalhekk, filwaqt li l-UE tipprovdi l-finanzjament għal programm jew proġett speċifiku, mhix dejjem involuta direttament fil-ġestjoni ta’ kuljum. Madankollu, filwaqt li l-Istati Membri huma inkarigati mill-implimentazzjoni tal-maġġoranza tal-baġit tal-UE, hi l-Kummissjoni li għandha r-responsabbiltà aħħarija għall-eżekuzzjoni tiegħu. Konsegwentement, il-Kummissjoni twettaq kontrolli rigorużi u effettivi dwar kif jintefqu l-fondi tal-UE. Il-proċedura tvarja skont kif jiġi implimentat il-programm. Biex jirċievi finanzjament għall-proġett, l-applikant jeħtieġ jidentifika sejħa rilevanti għall-proposti/proġett u jsegwi bir-reqqa l-linji gwida speċifiċi dwar kif japplika – kull sejħa hi unika. Il-proġett se jikkompeti għall-finanzjament ma’ dawk sottomessi minn applikanti oħrajn għal dik is-sejħa. Ġestjoni diretta Fil-ġestjoni diretta, il-Kummissjoni Ewropea hi direttament responsabbli għall-passi kollha fl-implimentazzjoni ta’ programm: it-tnedija tas-sejħiet għall-proposti l-evalwazzjoni tal-proposti sottomessi l-iffirmar tal-ftehimiet ta’ għotja il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proġett il-valutazzjoni tar-riżultati l-għoti tal-pagamenti Dawn il-kompiti jitwettqu mid-dipartimenti tal-Kummissjoni, fil-kwartieri ġenerali tagħha, fid-delegazzjonijiet tal-UE jew permezz tal-aġenziji eżekuttivi tal-UE; m’hemm ebda parti terza. Il-programmi implimentati b’ġestjoni diretta jammontaw għal madwar 20% tal-baġit tal-UE 2021-2027. Eżempju ta’ programm immexxi direttament mill-Kummissjoni hu l-programm għall-Kompetittività tal-Intrapriżi u l-Intrapriżi Żgħar u ta’ Daqs Medju (COSME), fejn l-objettiv ewlieni hu li jappoġġja l-ħolqien u l-espansjoni tal-SMEs. Jekk applikant ikun imprenditur, li qed ifittex appoġġ finanzjarju mill-UE, id-dipartiment ta’ kuntatt u ta’ ġestjoni mbagħad ikun l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni u għall-SMEs, li tmexxi l-COSME. Is-sejħiet għal proposti taħt ġestjoni diretta jiġu ppubblikati fuq il-Portal għall-Finanzjament u għall-Offerti (SEDIA) Parti kbira mill-fondi min-NextGenerationEU, l-istrument temporanju ta’ rkupru, se jiġu implimentati wkoll fil-modalità ta’ ġestjoni diretta, b’mod partikolari l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF) – li se tagħmel €723.8 biljun f’self u għotjiet disponibbli biex jappoġġjaw ir-riformi u l-investimenti mwettqin mill-Istati Membri. Minħabba n-natura eċċezzjonali tagħha, l-implimentazzjoni tal-RRF se ssegwi proċeduri speċifiċi. Il-fondi se jiġu żborżati direttament lill-Istati Membri abbażi tal-progress fl-implimentazzjoni tal-pjanijiet nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza. Il-pjanijiet għandhom jindirizzaw l-isfidi li ġew identifikati fis-Semestru Ewropew b’mod effettiv, partikolarment ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi li ġew adottati mill-Kunsill. Il-pjanijiet għandhom jinkludu wkoll miżuri li jindirizzaw u jaħsdu l-benefiċċji tat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali. Għall-implimentazzjoni tal-RRF mill-Istati Membri jekk jogħġbok ara l-paġna tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza. Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Irkupru u r-Reżiljenza Ġestjoni kondiviża Fil-ġestjoni kondiviża, kemm il-Kummissjoni Ewropea kif ukoll l-awtoritajiet nazzjonali fl-Istati Membri, bħall-ministeri u l-istituzzjonijiet pubbliċi, huma responsabbli mit-tmexxija ta’ programm partikolari. Madwar 70% tal-programmi tal-UE huma mmexxija b’dan il-mod. Pereżempju, jekk int bidwi fi kwalunkwe post fl-UE, u jkollok proġett biex tibda tkabbar it-tadam organiku, tkun eliġibbli biex tapplika għall-fondi taħt il-Politika Agrikola Komuni (PAK). Għal dan, ikollok tgħaddi mill-Ministeru tal-Agrikoltura ta’ pajjiżek, jew istituzzjoni ekwivalenti, li tkun inkarigata mill-ġestjoni tal-fondi għall-proġett tiegħek f’isem l-UE. L-amministrazzjonijiet tal-Istati Membri (fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali) jagħżlu liema proġetti jiffinanzjaw u jieħdu r-responsabbiltà għall-ġestjoni ta’ kuljum. Flimkien mal-Istati Membri, il-Kummissjoni tiżgura li l-proġetti jiġu konklużi b’suċċess, u li l-flus jintefqu tajjeb. Esplora l-portali uniċi nazzjonali għall-fondi ta’ ġestjoni kondiviża Kif taċċessa l-fondi reġjonali tal-UE Awtoritajiet ta’ finanzjament reġjonali u nazzjonali EuroAccess: għodda ta’ tfittxija online bla ħlas biex tappoġġja l-użu ta’ opportunitajiet ta’ finanzjament eżistenti biex tittejjeb il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali fl-Unjoni Ewropea u l-Makroreġjuni tagħha. Fondi tal-Politika agrikola komuni Programmi ta’ żvilupp rurali skont il-pajjiż Sib sħab ta’ finanzjament fl-edukazzjoni Opportunitajiet ta’ finanzjament għall-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni Fond Soċjali Ewropew: appoġġ f’pajjiżek Fondi strutturali 2014-2020 Minħabba n-natura fit-tul tagħhom, l-implimentazzjoni ta’ xi proġetti tal-fondi strutturali tista’ testendi lil hinn mill-perjodu tal-baġit fit-tul. Għall-QFP 2014-20, l-Istati Membri xorta jistgħu jimpenjaw fondi sa tmiem l-2023. Għal ħarsa ġenerali lejn dawn il-fondi, ara l-fondi strutturali u ta’ investiment Ewropej 2014-2020. Ġestjoni indiretta Xi programmi ta’ finanzjament huma parzjalment jew kompletament implimentati bl-appoġġ ta’ entitajiet, eż. awtoritajiet nazzjonali jew organizzazzjonijiet internazzjonali. Il-maġġoranza tal-baġit tal-UE allokat għall-għajnuna umanitarja u l-iżvilupp internazzjonali, pereżempju, hu implimentat taħt ġestjoni indiretta. Eżempji jinkludu l-appoġġ finanzjarju għall-ġlieda kontra t-tifqigħa tal-Ebola fil-Punent tal-Afrika u t-terremot fin-Nepal fl-2015. Il-programmi implimentati b’ġestjoni indiretta jammontaw għal madwar 10% tal-baġit tal-UE. Taħt din il-modalità ta’ ġestjoni, il-Kummissjoni tiddelega kompiti ta’ eżekuzzjoni tal-baġit lil tipi differenti ta’ sħab inkarigati mill-implimentazzjoni, pereżempju Pajjiżi terzi jew korpi nnominati minnhom; Organizzazzjonijiet internazzjonali bħall-familja tan-Nazzjonijiet Uniti (NU), il-Bank Dinji, il-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) u l-Fond Ewropew tal-Investiment (FEI) Aġenziji deċentralizzati bħaċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) jew l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex) Sħubijiet pubbliċi-privati, inklużi Impriżi Konġunti bħall-Inizjattiva dwar Mediċini Innovattivi, Shift2Rail, Computing Ewropew ta’ Prestazzjoni Għolja (EuroHPC) Korpi tal-Istati Membri bħall-aġenziji nazzjonali tal-Erasmus+, l-aġenziji tal-iżvilupp tal-Istati Membri, il-Banek Promozzjonali Nazzjonali Għal eżempji addizzjonali ta’ sħab ta’ implimentazzjoni taħt ġestjoni indiretta, ara Il-proċess tal-applikazzjoni Punti ta’ kuntatt għall-Erasmus+ Links relatati Qabel tapplika: Finanzjament tal-UE għal dawk li għadhom jibdewIl-proċess tal-applikazzjoni