Mur għall-kontenut ewlieni

Tweġiba

Iva, imma f'xi każijiet biss. Jekk il-kumpanija/organizzazzjoni tiegħek tkun ġabret id-data fuq il-bażi ta' interess leġittimu, kuntratt jew interessi vitali tista' tintuża għal fini ieħor imma wara li tivverifika li l-fini il-ġdid huwa kompatibbli mal-fini oriġinali.

Il-punti li ġejjin għandhom jitqiesu:

  • ir-rabta bejn il-fini oriġinali u l-fini l-ġdid/li jmiss;
  • il-kuntest li fih inġabret id-data (x'inhi r-relazzjoni bejn il-kumpanija/organizzazzjoni tiegħek u l-individwu?);
  • it-tip u n-natura tad-data (hija sensittiva?);
  • il-konsegwenzi li possibilment ikun hemm jekk isir l-ipproċessar ulterjuri intenzjonat (kif se timpatta lill-individwu?);
  • l-eżistenza ta' salvagwardji xierqa (bħall-kriptaġġ jew il-psewdonimizzazzjoni).

Jekk il-kumpanija/organizzazzjoni tiegħek trid tuża d-data għall-istatistika jew għal riċerka xjentifika m'hemmx għalfejn isir it-test tal-kompatibbiltà.

Jekk il-kumpanija/organizzazzjoni tiegħek ġabret id-data fuq il-bażi ta' kunsens jew fuq rekwiżit legali, l-ebda pproċessar ulterjuri lil hinn mill-oqsma koperti mill-kunsens oriġinali jew mid-dispożizzjonijiet tal-liġi ma huwa possibbli. Biex isir ipproċessar ulterjuri jkun jeħtieġ li jinkiseb kunsens ġdid jew ikun hemm bażi legali ġdida.

Eżempji

L-ipproċessar ulterjuri huwa possibbli

Il-bank għandu kuntratt mal-klijent biex jipprovdi kont tal-bank u self personali lill-klijent. Fl-aħħar tal-ewwel sena l-bank juża d-data personali tal-klijent biex jivverifika jekk humiex eliġibbli għal tip aħjar ta' self u għal skema ta' tfaddil. Il-bank jinforma lill-klijent. Il-bank jista' jerġa' jipproċessa d-data tal-klijent għaliex il-finijiet il-ġodda huma kompatibbli mal-finijiet inizjali.

L-ipproċessar ulterjuri mhuwiex possibbli

L-istess bank jixtieq jaqsam id-data tal-klijent ma' kumpaniji tal-assigurazzjoni, abbażi tal-istess kuntratt dwar kont tal-bank u self personali. Dak l-ipproċessar mhuwiex permess mingħajr il-kunsens espliċitu tal-klijent għaliex il-fini mhuwiex kompatibbli mal-fini oriġinali li għalih ġiet ipproċessata d-data.

Referenzi

Examples

Further processing is possible

A bank has a contract with a client to provide the client with a bank account and a personal loan. At the end of the first year the bank uses the client’s personal data to check whether they are eligible for a better type of loan and a savings scheme. It informs the client. The bank can process the data of the client again as the new purposes are compatible with the initial purposes.

Further processing isn’t possible

The same bank wants to share the client’s data with insurance firms, based on the same contract for a bank account and personal loan. That processing isn’t permitted without the explicit consent of the client as the purpose isn’t compatible with the original purpose for which the data was processed.