Mur għall-kontenut ewlieni
Logo tal-Kummissjoni Ewropea
Il-Kummissjoni Ewropea

Boroż ta’ studju għall-istudenti tal-interpretazzjoni tal-konferenzi

Min jista’ japplika, rekwiżiti ta’ eliġibbiltà u ammont ta’ finanzjament

Boroż ta’ studju

Bħalissa m’hemm ebda sejħa għall-applikazzjonijiet miftuħa. Is-sejħa għas-sena akkademika 2026-27 se tiġi ppubblikata f’dan is-sit web bejn Mejju u Lulju 2026.

Sejħiet magħluqin

  • 10 LULJU 2025
Call for applications - Bursaries for Conference Interpreting students 2025-2026

Ir-rekwiżiti tal-ammissibbiltà (soġġetti għal modifiki)

L-applikazzjonijiet ikunu ammissibbli jekk:

  • Jintbagħtu sal-iskadenza.
  • Jintbagħtu b’mod elettroniku permezz tal-pjattaforma SPIRIT. L-applikazzjonijiet li jintbagħtu bl-email jew b’xi mod ieħor mhux se jiġu aċċettati.
  • Trid tinkludi d-dokumenti elenkati fit-Taqsima 3 tas-sejħa “How to apply for a bursary”. Jekk ikun hemm dokument wieħed biss nieqes, l-applikanti se jirċievu tfakkira waħda biss bi skadenza ta’ jumejn.

Il-kriterji tal-eliġibbiltà (soġġetti għal modifiki)

Biex tkun eliġibbli li tirċievi borża ta’ studju, trid tissodisfa l-ħames kriterji ta’ hawn taħt kollha kemm huma:

  • Inti ċittadin ta’ Stat Membru tal-UE jew ta’ wieħed mill-pajjiżi kandidati.
  • Diġà għandek lawrja universitarja jew kwalifika ekwivalenti, jew qiegħed fl-aħħar sena ta’ kors li jwassal għal lawrja universitarja jew kwalifika ekwivalenti.
  • Applikajt jew beħsiebek tapplika għal kors postgradwatorju/Master fl-interpretazzjoni tal-konferenzi offrut għas-sena 2025–2026 minn università rikonoxxuta jew istituzzjoni ta’ livell universitarju. Għall-korsijiet li jdumu aktar minn sena, se jkunu eliġibbli biss l-istudenti tal-aħħar sena.
  • Trid tħallas jew tkun ħallast miżata għar-reġistrazzjoni għas-sena akkademika 2025–2026 (li trid tkun l-aħħar sena tal-kors postgradwatorju/Master). Il-miżata għar-reġistrazzjoni tista’ tkun miżata għat-tagħlim u/jew miżata amministrattiva.
  • Il-profil tal-lingwa tar-reġistrazzjoni tiegħek kif dikjarat fl-applikazzjoni għall-borża ta’ studju jrid ikun jaqbel mal-profili preferenzjali ppubblikati fis-sejħa.

Kuntatt

Direttorat Ġenerali tal-Interpretazzjoni - Boroż ta’ studju

Isem
Direttorat Ġenerali tal-Interpretazzjoni - Boroż ta’ studju
Email
scic-bursariesatec [dot] europa [dot] eu

Dikjarazzjoni ta’ privatezza

  • 10 LULJU 2025
Data protection notice - DG Interpretation bursaries 2025-26