Messaġġ minn Věra Jourová, il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, biex tippromwovi l-Ġimgħa tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej. IRREĠISTRA GĦALL-AVVENIMENT Aġenda Stqarrija ta’ privatezza F’Jannar 2020, bdew japplikaw ir-regoli l-ġodda dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej, u b’hekk sar eħfef għaċ-ċittadini tal-UE li jappellaw lill-Kummissjoni Ewropea biex tipproponi leġiżlazzjoni f’oqsma li huma importanti għalihom u fejn l-Unjoni għandha s-setgħa li taġixxi. Sa mill-bidu tas-sena, il-Kummissjoni rċeviet żewġ inizjattivi li rnexxielhom jiksbu l-appoġġ ta’ aktar minn miljun ċittadin tal-UE, filwaqt li oħrajn għadhom qed jiġbru u mistennija li jiġu ppreżentati dalwaqt. Il-futur tal-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej jidher promettenti, minkejja li l-kriżi tas-saħħa tagħmel l-immaniġġjar ta’ inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej aktar diffiċli. Biex timmarka l-bidu ta’ din il-fażi l-ġdida fil-ħajja tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej u tagħtiha impetu ġdid, il-Kummissjoni Ewropea qed tistiednek għal ġimgħa sħiħa ta’ attivitajiet online mibnija madwar l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej. Matul il-ġimgħa, se ningħaqdu mar-rappreżentanti istituzzjonali, il-membri tas-soċjetà ċivili u l-organizzaturi tal-passat u l-inizjattivi li għaddejjin bħalissa biex niddiskutu kif l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej riformata tista’ tirnexxi. Nixtiequ wkoll nisimgħu mingħandek! Aqsam l-ideat u s-suġġerimenti tiegħek biex tkompli ttejjeb l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej matul id-diversi sessjonijiet tal-avveniment. Se nqajmu kemm jista’ jkun minnhom matul id-diskussjonijiet tal-panel, u nipprovdu tweġibiet matul id-diversi sessjonijiet tal-ġimgħa u fuq l-istazzjonijiet online tagħna. L-avveniment se jixxandar b’mod dirett fuq l-internet u l-interpretazzjoni simultanja se tkun disponibbli fil-lingwi li ġejjin: EN, FR, DE, IT, ES, PL. L-avveniment huwa organizzat mill-Kummissjoni Ewropea, bil-parteċipazzjoni ta’ istituzzjonijiet u korpi konsultattivi oħrajn tal-UE, kif ukoll organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. Irreġistra għall-avveniment Jekk jogħġbok uża l-EU login tiegħek biex tirreġistra. Jekk ma għandekx EU login, jekk jogħġbok segwi l-istruzzjonijiet hawnhekk biex toħloq wieħed. Xandiriet diretti fuq l-internet 16 ta’ Novembru 2020 | 10:00 – 11:30 | SESSJONI TA’ FTUĦ TA’ XANDIRIET DIRETTI FUQ L-INTERNET – L-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej 2.0: Disinn, Involviment, Impatt! 17 ta’ Novembru 2020 | 10:00 – 11:30 | XANDIRIET DIRETTI FUQ L-INTERNETX’jagħmel unika l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej? 17 ta’ Novembru 2020 | 12:00 – 13:00 | XANDIRIET DIRETTI FUQ L-INTERNETIt-2 Sessjoni – Il-Vjaġġ tiegħi tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej 18 ta’ Novembru 2020 | 10:00 – 11:30 | XANDIRIET DIRETTI FUQ L-INTERNETIt-3 Sessjoni - Kampanji online fiż-żmien tal-COVID-19 18 ta’ Novembru 2020 | 12:00 – 13:00 | XANDIRIET DIRETTI FUQ L-INTERNETIr-4 Sessjoni – Il-Vjaġġ tiegħi tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej 19 ta’ Novembru 2020 | 10:00 – 11:30 | XANDIRIET DIRETTI FUQ L-INTERNETIl-5 Sessjoni – Tnedija ta’ inizjattiva: pariri u suġġerimenti biex jgħinuk tibda 19 ta’ Novembru 2020 | 13:00 – 14:30 | XANDIRIET DIRETTI FUQ L-INTERNETIs-6 Sessjoni - Kommunikazzjoni lokali dwar l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej 20 ta’ Novembru 2020 | 10:00 – 11:00 | XANDIRIET DIRETTI FUQ L-INTERNETSESSJONI TA’ GĦELUQ – Niffaċċjaw il-futur It-Tnejn 16 ta' Novembru 2020, 10.00 - Il-Ġimgħa 20 ta' Novembru 2020, 11.00 (CET)Online biss Informazzjoni prattika MetaIt-Tnejn 16 ta' Novembru 2020, 10.00 - Il-Ġimgħa 20 ta' Novembru 2020, 11.00 (CET)FejnOnline biss Links relatati Sit web tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini EwropejForum tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini EwropejEuropean Citizens’ Initiative websiteEuropean Citizens’ Initiative Forum