Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew qed jorganizza, f’kooperazzjoni mas-sħab istituzzjonali u tas-soċjetà ċivili, l-10 edizzjoni tal-Jum tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej fit-3 u l-4 ta’ Ġunju (avveniment online). It-3 ta’ Ġunju se jkun jum sħiħ ta’ dibattiti dwar l-istrument tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej, li se jiffukaw fuq aspetti ewlenin biex l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej issir aktar b’saħħitha u tissaħħaħ id-demokrazija parteċipattiva fil-livell tal-UE.Il-programm se jinkludi wkoll sessjonijiet ta’ ħidma mmirati lejn l-organizzaturi tal-inizjattivi, u se jkopri kwistjonijiet bħall-kampanji online u l-ġbir ta’ fondi.Fl-4 ta’ Ġunju, l-organizzaturi ta’ inizjattivi li għaddejjin bħalissa se jingħataw il-kelma biex jippreżentaw l-inizjattivi tagħhom.Għal aktar informazzjoni dwar il-programm, il-kelliema u s-sessjonijiet ta’ ħidma, jekk jogħġbok iċċekkja l-paġna web tal-avveniment li qed tiġi aġġornata b’mod regolari. Ir-reġistrazzjoni se tkun miftuħa sat-30 ta’ Mejju. Il-Ħamis 3 ta' Ġunju 2021, 10.00 - Il-Ġimgħa 4 ta' Ġunju 2021, 10.00 (CEST)Online biss Informazzjoni prattika MetaIl-Ħamis 3 ta' Ġunju 2021, 10.00 - Il-Ġimgħa 4 ta' Ġunju 2021, 10.00 (CEST)FejnOnline bissSit webIl-Jum tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej 2021