Page contents Page contents Tweġiba Id-data personali għandha tiġi pproċessata biss fejn mhux raġonevolment fattibbli li jitwettaq l-ipproċessar b'mod ieħor. Fejn possibbli, huwa preferibbli li tintuża data anonima. Fejn hija meħtieġa data personali, għandha tkun adegwata, rilevanti, u limitata għal dak li huwa meħtieġ għall-fini (“minimizzazzjoni tad-data”). Hija r-responsabbiltà tal-kumpanija/organizzazzjoni tiegħek bħala kontrollur li tivvaluta kemm data hija meħtieġa u li tiżgura li ma tinġabarx data irrelevanti. Eżempju Il-kumpanija/organizzazzjoni tiegħek toffri servizzi ta' car-sharing lill-individwi. Għal dawk is-servizzi tista' teħtieġ l-isem, l-indirizz u n-numru tal-karta tal-kreditu tal-klijenti u potenzjalment anke informazzjoni dwar jekk il-persuna għandhiex diżabilità (għalhekk data dwar is-saħħa), imma mhux dwar l-oriġini razzjali tagħhom. Referenzi Artikolu 5(1)(c); Premessa 39 Example Your company/organisation offers car-sharing services to individuals. For those services it may require the name, address and credit card number of customers and potentially even information on whether the person has a disability (so health data), but not their racial origin. References Article 5(1)(c) and Recital (39) of the GDPR