Mur għall-kontenut ewlieni

Interpreti - ir-reklutaġġ mal-Kummissjoni Ewropea

Il-Kummissjoni Ewropea timpjega interpreti permanenti bħala parti mill-persunal u interpreti freelance.

Interpreti parti mill-persunal

Biex issir interpretu permanenti parti mill-persunal tal-UE, l-ewwel jeħtieġlek toqgħod għall-kompetizzjoni tal-interpreti.

Il-kriterji ta’ eliġibbiltà preċiżi, b’mod partikulari l-profil ta’ lingwa meħtieġ, huma differenti għal kull kompetizzjoni.

Jekk tgħaddi mill-kompetizzjoni, tista’ tiġi offrut kuntratt permanenti fil-grad AD (grad ta’ amministratur).

Kif tapplika

Opportunitajiet - kompetizzjonijiet miftuħin u li ġejjin

Interpreti freelance

Il-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni Ewropea, u l-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea lkoll għandhom servizz tal-interpretazzjoni, imma s-selezzjoni tal-interpreti freelance isir bi sħab bejniethom.

Test tal-akkreditazzjoni

It-test jikkonsisti f’sensiela ta’ testijiet fl-interpretazzjoni konsekuttiva u simultanja, kif ukoll, jekk ikun il-każ, f’lingwa retour.

Applika bħala interpretu freelance

Dikjarazzjoni ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà

Jekk jogħġbok kun af li kwalunkwe ċertifikat li jinħareġ mid-Direttorat Ġenerali għall-Interpretazzjoni jiċċertifika biss il-parteċipazzjoni fil-kors ta' taħriġ rilevanti u ma jimplikax l-akkreditazzjoni bħala interpretu għall-istituzzjonijiet tal-UE.