Mur għall-kontenut ewlieni

L-Att dwar is-Swieq Diġitali: niżguraw swieq diġitali ġusti u miftuħa

Min huma l-gwardjani?

L-Att dwar is-Swieq Diġitali (DMA) jistabbilixxi sett ta’ kriterji oġġettivi definiti b’mod strett biex pjattaforma online kbira tiġi kkwalifikata bħala l-hekk imsejjaħ “gwardjan”. Dan jippermetti lid-DMA jibqa’ mmirat tajjeb lejn il-problema li għandu l-għan li jindirizza fir-rigward ta’ pjattaformi online kbar u sistemiċi.

Dawn il-kriterji jiġu ssodisfatti jekk kumpanija:

  • għandha pożizzjoni ekonomika b’saħħitha, impatt sinifikanti fuq is-suq intern u hi attiva f’diversi pajjiżi tal-UE
  • għandha pożizzjoni b’saħħitha ta’ intermedjazzjoni, li jfisser li torbot bażi ta’ utenti kbira ma’ numru kbir ta’ negozji
  • għandha (jew dalwaqt se jkollha) pożizzjoni stabbilita u durabbli fis-suq, li jfisser li hi stabbli maż-żmien jekk il-kumpanija ssodisfat iż-żewġ kriterji hawn fuq f’kull waħda mill-aħħar tliet snin finanzjarji

Dan xi jfisser għall-gwardjani?

Ir-regoli l-ġodda se jistabbilixxu obbligi għall-gwardjani, li jiddefinixxu affarijiet li jistgħu u li ma jistgħux jagħmlu fl-operazzjonijiet tagħhom ta’ kuljum.

Eżempji ta’ “x’għandhom jagħmlu” - Il-pjattaformi gwardjani se jkollhom:

  • alt=""

    jippermettu lil partijiet terzi jinteroperaw mas-servizzi proprji tal-gwardjan f’ċerti sitwazzjonijiet speċifiċi

  • alt=""

    jippermettu lill-utenti kummerċjali tagħhom jaċċessaw id-data li jiġġeneraw fl-użu tagħhom tal-pjattaforma tal-gwardjan

  • alt=""

    jipprovdu lill-kumpaniji li jirreklamaw fuq il-pjattaforma tagħhom bl-għodod u l-informazzjoni meħtieġa biex dawk li jirreklamaw u l-pubblikaturi jwettqu l-verifika indipendenti tagħhom stess tar-reklami tagħhom ospitati mill-gwardjan

  • alt=""

    jippermettu lill-utenti kummerċjali jippromwovu l-offerta tagħhom u jikkonkludu kuntratti mal-klijenti barra mill-pjattaforma tal-gwardjan

Eżempji ta' “x’ma għandhomx jagħmlu” - Il-pjattaformi gwardjani mhux se jkunu jistgħu:

  • alt=""

    jittrattaw servizzi u prodotti offruti mill-gwardjan innifsu b’mod aktar favorevoli fil-klassifikar minn servizzi jew prodotti simili offruti minn partijiet terzi fuq il-pjattaforma tal-gwardjan

  • alt=""

    iwaqqfu lill-konsumaturi milli joħolqu rabtiet ma’ negozji barra mill-pjattaformi tagħhom

  • alt=""

    iwaqqfu lill-utenti milli jneħħu l-istallazzjoni ta’ kwalunkwe software jew app installati minn qabel jekk ikunu jixtiequ jagħmlu dan

  • alt=""

    jittraċċaw utenti finali barra mis-servizz tal-pjattaforma ewlenija tal-gwardjani għall-fini ta’ reklamar immirat, mingħajr ma jkun ingħata kunsens effettiv

X'se jkunu l-konsegwenzi tan-nuqqas ta’ konformità?

Multi

sa 10% tal-fatturat annwali dinji totali tal-kumpanija, jew sa 20% fl-avveniment ta’ ksur ripetut

Ħlasijiet perjodiċi ta’ penali

sa 5% tal-fatturat medju ta’ kuljum

Rimedji

F’każ ta’ ksur sistematiku tal-obbligi tad-DMA mill-gwardjani, jistgħu jiġu imposti rimedji addizzjonali fuq il-gwardjani wara investigazzjoni tas-suq. Tali rimedji jeħtieġ li jkunu proporzjonati għar-reat imwettaq. Jekk ikun meħtieġ u bħala l-aħħar għażla, jistgħu jiġu imposti rimedji mhux finanzjarji. Dawn jistgħu jinkludu rimedji komportamentali u strutturali, eż. iċ-ċessjoni ta’ (partijiet ta’) negozju.

Ir-regoli l-ġodda fil-qosor

man holding a tablet at a country field

Sib aktar informazzjoni dwar ir-regoli l-ġodda għall-utenti

group of people working for a online clothing company

Sib aktar informazzjoni dwar ir-regoli l-ġodda għan-negozji

Young people and travelling

Sib aktar informazzjoni dwar ir-regoli l-ġodda għall-pjattaformi

X’inhuma l-passi li jmiss?

Id-DMA beda japplika mill-bidu ta’ Mejju 2023. Fi żmien xahrejn, il-kumpaniji li jipprovdu servizzi ewlenin tal-pjattaforma jridu jinnotifikaw lill-Kummissjoni u jipprovdu l-informazzjoni rilevanti kollha. Il-Kummissjoni mbagħad ikollha 45 jum tax-xogħol biex tadotta deċiżjoni li taħtar gwardjan speċifiku. Il-gwardjani maħturin se jkollhom sitt xhur wara d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li jiżguraw il-konformità mal-obbligi previsti fid-DMA.

Sib l-aħħar każijiet, akkwiżizzjonijiet u aġġornamenti dwar l-obbligi

Il-Kummissjoni kif se tiżgura li d-DMA jlaħħaq mas-settur diġitali li qed jevolvi b’rata mgħaġġla?

Biex jiġi żgurat li r-regoli l-ġodda għall-gwardjani jlaħħqu mal-pass mgħaġġel tas-swieq diġitali, il-Kummissjoni se twettaq investigazzjonijiet tas-suq. Dawn se jippermettu lill-Kummissjoni biex:

  • tikkwalifika lil kumpaniji bħala gwardjani
  • taġġorna b’mod dinamiku l-obbligi għall-gwardjani meta jkun meħtieġ
  • tfassal rimedji biex jiġi indirizzat il-ksur sistematiku tar-regoli tal-Att dwar is-Swieq Diġitali

Dokumenti

  • 12 OTTUBRU 2022
Regulation on Digital markets act