Page contents Page contents L-impenn tal-Coca-Cola biex ittejjeb l-asserzjonijiet dwar ir-riċiklaġġ fuq il-fliexken tal-plastik F’Novembru 2023, l-Uffiċċju Ewropew tal-Għaqdiet tal-Konsumaturi (BEUC) ħareġ twissija esterna kontra l-kumpaniji tal-ibbottiljar li jpoġġu asserzjonijiet ambjentali fuq il-fliexken tal-plastik.Wara din it-twissija, The Coca-Cola Company kkuntattjat lill-Kummissjoni Ewropea u involviet ruħha b’mod volontarju fi djalogu man-network tas-CPC taħt il-gwida tal-aġenzija Żvediża tal-konsumaturi u tal-awtorità Ungeriża tal-kompetizzjoni.B’riżultat tad-djalogu, il-Coca-Cola impenjat ruħha li:Tissostitwixxi l-asserzjonijiet fuq it-tikketti tal-fliexken, bħal “Jien flixkun magħmul minn plastik 100% riċiklat” (b’dikjarazzjoni separata b’fonts differenti li tikkjarifika: “il-flixkun, mhux it-tikketta u t-tapp”) b’dikjarazzjonijiet aktar ċari bħal “Dan il-flixkun, ħlief it-tikketta u t-tapp, huwa magħmul minn plastik 100% riċiklat”;Tissostitwixxi l-asserzjonijiet fuq it-tikketti tal-fliexken bħal “Erġa’ rriċiklani” b’“Irriċiklani”, biex tħeġġeġ l-eliminazzjoni tal-fliexken vojta b’mod li jagħmilha aktar ċara għall-konsumaturi li m’hemmx ċiklu magħluq fil-proċess tar-riċiklaġġ;Tiżgura li l-impressjoni ġenerali li tingħata bit-tikketta u bil-kummerċjalizzazzjoni ma tqarraqx bil-konsumaturi fir-rigward tal-benefiċċji ambjentali tal-imballaġġ, pereżempju billi tassoċjahom ma’ asserzjonijiet jew simboli ekoloġiċi oħrajn.Tiżgura li l-kampanji ta’ kummerċjalizzazzjoni diġitali fuq il-websites u l-mezzi tal-midja soċjali tal-Coca-Cola jkunu jirriflettu s-sustanza ta’ dawn l-impenji.Il-pass li jmiss huwa li l-awtoritajiet nazzjonali għall-protezzjoni tal-konsumaturi se jimmonitorjaw it-twettiq ta’ dawn l-impenji.Taħt il-koordinazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea, l-awtoritajiet se jivvalutaw ukoll il-prattiki ta’ kumpaniji ewlenin oħrajn tal-ibbottiljar li joperaw fis-Suq Uniku u, fejn ikun meħtieġ, se jesiġu li huma wkoll jirrispettaw l-istess impenji. 6 MEJJU 2025Complete list of commitments made by Coca-Cola It-tankijiet tal-AdBlue fil-karozzi tal-iStellantis Wara twissijiet mill-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi fl-Italja u fi Spanja, l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Konsumaturi (BEUC) appellat lin-Network ta’ Kooperazzjoni għall-Protezzjoni tal-Konsumatur (Network CPC) biex jiftaħ investigazzjoni madwar l-UE kollha dwar kwistjonijiet tekniċi bit-tankijiet tal-AdBlue f’ċerti vetturi li jaħdmu bid-diżil manifatturati mill-iStellantis.L-AdBlue huwa likwidu maħsub għall-magni tal-vetturi li jaħdmu bid-diżil biex jippermetti l-funzjonament tas-sistema ta’ riduzzjoni katalitika selettiva (selective catalytic reduction (SCR) system) u, fl-aħħar mill-aħħar, inaqqas l-emissjonijiet ta’ ħsara tal-ossidu tan-nitroġenu. Il-klijenti lmentaw li s-software inkorporat f’ċerti vetturi li jaħdmu bid-diżil manifatturati mill-iStellantis (bħall-Peugeot, is-Citroën, id-DS, jew l-Opel) bejn Jannar 2014 u Awwissu 2020, kien qed jindika b’mod żbaljat li t-tank tal-AdBlue kien kważi jew kompletament vojt. B’riżultat ta’ dan, il-magna waqfet u ma setgħetx terġa’ tistartja, u dan għabba lis-sidien bi spejjeż biex jieħdu l-karozza għat-tiswija.L-iStellantis ippreċiżat li f’ġenerazzjonijiet eqdem ta’ vetturi qamu kwistjonijiet tekniċi relatati mat-tank tal-urea, filwaqt li vetturi aktar ġodda huma mgħammrin b’komponenti aħjar. Il-miżuri ta’ kumpens li qablet magħhom l-iStellantis F’Settembru 2023, l-Awtorità Taljana tal-Kompetizzjoni (AGCM) investigat il-kwistjoni u ftiehmet mal-iStellantis dwar sensiela ta’ miżuri ta’ kumpens għall-konsumaturi fl-Italja.Wara djalogu mal-Kummissjoni u man-Network CPC, l-iStellantis qablet li testendi dawn il-miżuri għall-Istati Membri kollha. Daħlet ukoll għal xi impenji oħrajn, fosthom li:Twessa’ l-kopertura speċjali tal-iStellantis fuq il-vetturi Peugeot, Citroën, DS, u Opel. Dan ifisser li l-iStellantis qed tkopri l-ispejjeż tal-partijiet, irrispettivament mir-rekwiżiti tal-garanzija, skont kemm ikollha żmien u kilometraġġ il-vettura, u l-perjodu ta’ garanzija se jitwal għal 8 snin wara kull data rilevanti tal-manifattura tal-vettura. B’hekk, il-kopertura għall-vetturi manifatturati f’Awwissu 2020 se ttul sal-2028. Għall-vetturi eliġibbli li ilhom sa 5 snin fiċ-ċirkulazzjoni u li għandhom sa 150,000 kilometru, l-iStellantis tikkumpensa 100% tal-ispejjeż tal-partijiet. Jekk il-vettura għandha bejn 5 u 8 snin, il-kumpanija tkopri minn 30% sa 90% tal-ispejjeż tal-partijiet, skont il-kilometraġġ rispettiv.Tikkomplementa l-kopertura speċjali b’ammont ta’ €30 għall-ispejjeż tal-idejn, li f’xi każijiet jirrappreżentaw madwar 20% tal-medja tal-ispejjeż tal-idejn.Tkopri 100% tal-ispejjeż tal-partijiet u tal-idejn meta l-konsumaturi jkollhom każijiet li jseħħu mill-ġdid (għall-klijenti li marru għand sewwej awtorizzat għat-tieni sostituzzjoni tat-tank tal-urea, fil-limitu ta’ 50,000 km jew ta’ 24 xahar mis-sostituzzjoni preċedenti mwettqa għand sewwej awtorizzat u ddokumentata b’fattura; il-vetturi użati huma esklużi. Il-miżura hija effettiva sa Awwissu 2028).Tieħu miżura retroattiva biex tikkumpensa b’somma f’daqqa lill-konsumaturi li mill-1 ta’ Jannar 2021 ’l hawn irċevew rimborżi inqas favorevoli mill-kopertura speċjali estiża.Torganizza taħriġ tal-impjegati tan-network tad-distribuzzjoni u tal-assistenza lill-klijenti biex tiżgura li l-konsumaturi jkunu infurmati kif xieraq dwar il-koperturi disponibbli għalihom. =L-iStellantis se tniedi wkoll pjattaforma ddedikata għall-miżura retroattiva għall-konsumaturi affettwati li diġà rċevew kontribuzzjonijiet fil-passat, biex jikkalkulaw id-drittijiet li għandhom għal kumpens addizzjonali. Il-pjattaforma se tkun disponibbli f’nofs Jannar 2025. Ambjentaliżmu falz fis-settur tal-ivvjaġġar bl-ajru Wara djalogu mal-Kummissjoni Ewropea u mal-awtoritajiet tan-network ta’ Kooperazzjoni għall-Protezzjoni tal-Konsumatur (CPC), 21 linja tal-ajru impenjaw ruħhom li jibdlu l-prattiki tagħhom fir-rigward ta’ asserzjonijiet ambjentali qarrieqa.Din l-azzjoni koordinata, immexxija mid-Direttorat Ġenerali Belġjan għall-Ispezzjoni Ekonomika, l-Awtorità tan-Netherlands għall-Konsumaturi u s-Swieq, l-Awtorità Norveġiża tal-Konsumaturi, u d-Direttorat Ġenerali Spanjol għall-Affarijiet tal-Konsumaturi, bdiet f’Ġunju 2023 wara li l-Organizzazzjoni Ewropea tal-Konsumaturi (BEUC) kkundannat dikjarazzjonijiet qarrieqa relatati mal-klima minn 17-il linja tal-ajru Ewropej.Il-linji tal-ajru ddiskutew l-impenji li ġejjin:li jiċċaraw li l-emissjonijiet tad-CO₂ minn titjira speċifika ma jistgħux jiġu newtralizzati, ikkumpensati, jew imnaqqsin direttament permezz ta’ kontribuzzjonijiet jew pagamentili jużaw it-terminu “fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli” (SAF) biss f’każijiet sostanzjati kif xieraq.li joqogħdu lura milli jużaw terminoloġija jew immaġnijiet ekoloġiċi vagi u jiddikjaraw b’mod ċar li l-avjazzjoni hija industrija li tniġġes ħafna.li jiċċaraw l-asserzjonijiet relatati ma’ riżultati ambjentali futuri (eż., emissjonijiet ta’ gassijiet serra żero netti).li jippreżentaw b’mod ċar u trasparenti l-kalkoli tal-emissjonijiet tad-CO₂ skont il-liġi tal-UEli jipprovdu biżżejjed evidenza xjentifika u informazzjoni biex isostnu kwalunkwe paragun bejn ir-riżultati ambjentaliIl-linji tal-ajru kollha qablu, fost l-oħrajn, li jintroduċu bidliet fil-prattiki tagħhom, inkluż b’mod partikolari t-tneħħija ta’ dikjarazzjonijiet li skonthom l-emissjonijiet tad-CO₂ minn titjiriet individwali jistgħu jiġu newtralizzati, ikkumpensati, jew imnaqqsin direttament permezz ta’ pagamenti għal proġetti klimatiċi jew fjuwils tal-avjazzjoni alternattivi. Tabella dettaljata bl-impenji li qablet magħhom kull linja tal-ajru tinstab hawn taħt.L-awtoritajiet nazzjonali għall-protezzjoni tal-konsumaturi se jimmonitorjaw it-twettiq tal-impenji fil-ħin. Fejn l-impenji jitqiesu insuffiċjenti jew mhux implimentati kif suppost, l-awtoritajiet jistgħu jieħdu azzjoni ta’ infurzar biex iġibu l-prattiki tal-linji tal-ajru konformi mal-liġi tal-UE dwar il-konsumaturi u biex jiżguraw kompetizzjoni ġusta u kundizzjonijiet ekwi fis-settur tal-avjazzjoni. 7 NOVEMBRU 2025Table of the commitments of airlines Iż-Zalando Wara djalogu mal-Kummissjoni Ewropea u mal-awtoritajiet nazzjonali tal-konsumatur, iż-Zalando impenjat ruħha li tneħħi s-simboli u l-ikoni tas-sostenibbiltà murija ħdejn il-prodotti offruti fuq il-pjattaforma tagħha. Asserzjonijiet bħal dawn jistgħu jiżvijaw lill-konsumaturi fir-rigward tal-karatteristiċi ambjentali tal-prodotti. In-Network ta’ Kooperazzjoni għall-Protezzjoni tal-Konsumatur (CPC), ikkoordinat mill-Kummissjoni Ewropea u mmexxi minn erba’ awtoritajiet mill-Ġermanja, mid-Danimarka, min-Norveġja, u mill-Iżvezja, ta bidu għal azzjoni koordinata maż-Zalando f’April 2022. Dakinhar, it-tħassib ewlieni tan-network kien l-użu ta’ simbolu tas-sostenibbiltà miż-Zalando. Matul l-azzjoni koordinata u b’riżultat tagħha, iż-Zalando neħħiet is-simbolu tas-sostenibbiltà u tat il-kelma tagħha li ma tużahiex fil-futur. Madankollu, għad hemm tħassib dwar ikoni ambjentali qarrieqa, li ż-Zalando introduċiet wara t-tneħħija tas-simbolu tas-sostenibbiltà. In-Network CPC kien imħasseb ukoll dwar il-preżentazzjoni u l-funzjonament tal-filtru u l-provi meħtieġa biex jiġu ssostanzjati l-asserzjonijiet ambjentali. B’riżultat tad-djalogu man-Network CPC, iż-Zalando impenjat ruħha li: tneħħi s-simbolu tas-sostenibbiltà użat inizjalment mill-paġni kollha tagħha fuq l-internet. tneħħi l-ikoni ambjentali qarrieqa kollha li kienu jidhru ħdejn il-prodotti (bħal werqa jew siġra). ma tibqax tuża t-terminu “sustainability”, jew termini oħrajn li jindikaw benefiċċju ambjentali u/jew etiku, mingħajr ma tikkwalifikahom eżatt ħdejn tali asserzjoni. Minflok, iż-Zalando se tuża t-terminu “Product standard”, jew frażi simili, b’informazzjoni ċara dwar l-attributi speċifiċi tal-prodott, inkluża ċifra perċentwali ta’ kemm dan il-prodott ikun fih minn attribut partikolari (eż. materjali riċiklati). tneħħi l-ikoni u t-terminu “sustainability” anki mill-filtru u minflok tintroduċi t-terminu “product standard”, li jippermetti lill-konsumaturi jiffiltraw u jagħżlu prodotti abbażi ta’ attributi speċifiċi tal-prodotti. temenda l-“match-any-function” tal-filtru billi tagħmilha possibbli li jintgħażlu prodotti bbażati fuq kriterju wieħed fir-rigward ta’ attribut ta’ prodott partikolari. tipprovdi informazzjoni ċara u speċifika dwar il-benefiċċju ambjentali u/jew etiku tal-prodott fil-paġna tad-dettalji tal-prodott, eż., l-attribut(i) tal-prodott flimkien maċ-ċifra/i perċentwali speċifika/speċifiċi. tirrevedi s-“Sustainability Page” billi tintroduċi żewġ paġni elettroniċi ġodda: waħda b’aktar informazzjoni dwar l-istandards tal-prodotti u waħda b’informazzjoni dwar l-approċċi u l-istrateġiji taż-Zalando b’rabta mas-sostenibbiltà. tiżgura li l-asserzjonijiet ambjentali taż-Zalando jkunu relatati ma’ aspetti li huma sinifikanti f’termini tal-impatt tal-prodott fuq l-ambjent. In-Nintendo Wara twissija esterna mill-Organizzazzjoni Ewropea tal-Konsumatur (BEUC), in-Network tal-Awtoritajiet tal-Kooperazzjoni għall-Protezzjoni tal-Konsumatur (CPC) ikkuntattja lin-Nintendo of Europe GmbH (“in-Nintendo”), sabiex tindirizza rapporti dwar sticks analogi difettużi ta’ ċerti kontrolluri tan-“Nintendo Switch”. B’riżultat ta’ dan, in-Nintendo se toffri lill-konsumaturi fl-UE d-dritt li jsewwu l-problema tar-rispons tal-isticks analogi ta’ dawn il-kontrolluri għand ċ-ċentri tat-tiswija uffiċjali tagħha mingħajr ħlas, anke jekk il-garanzija legali jew il-garanzija tal-manifattur u/jew tal-bejjiegħ tkun skadiet. L-azzjoni tmexxiet mill-Ministeru Grieg għall-Iżvilupp u l-Investimenti u l-Aġenzija Ġermaniża għall-Ambjent u ġiet ikkoordinata mill-Kummissjoni Ewropea. Il-konsumaturi li jużaw il-console tan-Nintendo Switch irrappurtaw lill-awtoritajiet CPC u lill-assoċjazzjonijiet tal-konsumatur li kienu qed jitilfu l-kontroll tal-logħba. Il-kontrolluri tagħhom iddeterjoraw u bdew jirreġistraw kmandi mhux mixtieqa mingħajr ma l-konsumatur ikunu messhom. Peress li l-problema wasslet biex il-kontrolluri jsiru inutli, il-konsumaturi li ma setgħux isewwuhom faċilment, jew mingħajr ħlas, spiss kienu jispiċċaw biex jarmuhom u jissostitwuhom b’oħrajn ġodda, u dan irriżulta fi skart elettroniku bla bżonn. Din il-problema teknika, magħrufa bħala l-“Joy-Con drift”, dehret fit-tipi kollha tal-consoles tan-Nintendo Switch. Huwa indikattiv il-fatt li, sa Jannar 2021, l-organizzazzjonijiet membri tal-BEUC irċevew kważi 25,000 ilment tal-konsumaturi dwar il-console tan-Nintendo Switch. B’riżultat tad-djalogu, in-Nintendo se toffri u tindika b’mod ċar fit-taqsima rilevanti tas-sit ta’ appoġġ Ewropew tagħha fuq l-internet li: kwalunkwe problema ta’ drifting jew ta’ rispons tal-kontrolluri Joy-Con se tissewwa mingħajr ħlas miċ-ċentri tat-tiswija tan-Nintendo, irrispettivament minn jekk din tkunx ġiet ikkawżata minn difett jew minn tkagħbir bl-użu, anke jekk il-garanzija addizzjonali ta’ 24 xahar tal-manifattur mogħtija min-Nintendo tkun skadiet. Barra minn hekk, in-Nintendo qablet mal-Awtoritajiet tal-Konsumatur li toffri l-istess dritt lill-konsumaturi li mhumiex ix-xerrejja oriġinali tal-kontrollur. Il-konsumaturi li jesperjenzaw problemi ta’ rispons bil-kontrolluri Joy-Con jistgħu jżuru t-taqsima tal-assistenza lill-klijenti tas-sit tan-Nintendo fuq l-internet, u l-paġna speċifika “Joy-Con Control Sticks Are Not Responding or Respond Incorrectly” tippermetti lill-konsumaturi li jiskopru aktar jew jibbukkjaw tiswija direttament. 4 APRIL 2023Common position of national authorities of the CPC Network concerning the commercial practices of Nintendo of Europe GmbH