Mur għall-kontenut ewlieni
ServizzRECOVER

Task Force għall-Irkupru u r-Reżiljenza

It-Task Force hija inkarigata mill-koordinazzjoni, l-implimentazzjoni u l-għajnuna lill-Unjoni Ewropea biex toħroġ mill-kriżi tal-coronavirus u biex tagħmel l-ekonomiji tal-Istati Membri aktar reżiljenti u mħejjija aħjar.

L-aktar reċenti

  • 8 Marzu 2024

Investing in Europe's prosperity

European Commission Factsheet Brussels, 08 Mar 2024 Investing in Europe's prosperity Investing in Europe's prosperity

Responsabbiltajiet

It-Task Force għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RECOVER) ġiet stabbilita fis-16 ta’ Awwissu 2020 fi ħdan is-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea. RECOVER hi responsabbli biex tiggwida l-implimentazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u għar-Reżiljenza u biex tikkoordina s-Semestru Ewropew. RECOVER tirrapporta lill-President tal-Kummissjoni Ursula von der Leyen.

Céline Gauer hija l-Kap ta’ RECOVER. Hi appoġġjata minn Konsulent Prinċipali kif ukoll żewġ Direttorati.

RECOVER taħdem f’kooperazzjoni mill-qrib mad-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-Kummissjoni biex:

  • tikkoordina l-appoġġ lill-Istati Membri fl-elaborazzjoni tal-pjanijiet ta' rkupru u reżiljenza tagħhom;
  • tinvolvi ruħha mal-Istati Membri biex tiżgura li l-pjanijiet notifikati jikkonformaw mar-rekwiżiti regolatorji stabbiliti mil-leġiżlazzjoni u li r-riforma proposta u l-inizjattivi ta’ investiment jilħqu l-objettivi tat-tranżizzjoni doppja ekoloġika u diġitali, ta’ rkupru u reżiljenza;
  • tipprepara l-atti ta' implimentazzjoni neċessarji għall-approvazzjoni tal-pjanijiet;
  • tivvaluta l-progress li sar mill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-pjanijiet u tanalizza r-rapporti perjodiċi previsti mil-leġiżlazzjoni;
  • tikkoordina s-Semestru Ewropew f’dan il-perjodu ta’ żmien.

Hawnhekk tista’ ssib iktar informazzjoni dwar l-isforzi tal-Kummissjoni fil-ġlieda kontra l-coronavirus u l-appoġġ tagħha għall-irkupru tal-UE.

Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza

Il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (il-Faċilità) tagħmel disponibbli €723.8 biljun (fi prezzijiet attwali) f’self (€385.8 biljun) u f’għotjiet (€338 biljun) biex jappoġġjaw ir-riformi u l-investimenti mwettqa mill-Istati Membri. L-għan huwa li jittaffa l-impatt ekonomiku u soċjali tal-pandemija tal-coronavirus u biex l-ekonomiji u s-soċjetajiet Ewropej isiru aktar sostenibbli, reżiljenti u mħejjija aħjar għall-isfidi u l-opportunitajiet tat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali. L-RRF daħlet fis-seħħ fid-19 ta’ Frar 2021. Aktar informazzjoni, l-aħħar aħbarijiet u dokumenti ta’ sfond jinsabu hawnhekk:

Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza

 

Pjanijiet u rapporti

Programm ta’ ħidma tal-Kummissjoni - ħarsa ġenerali lejn ir-riżultati tal-istituzzjoni kollha għas-sena kurrenti

Tmexxija u organizzazzjoni

16 MARZU 2024
SG Organisational chart
English
(685.69 KB - PDF)
Iddawnlowdja

Kuntatt

Dipartiment tas-Servizz - Task Force għall-Irkupru u r-Reżiljenza

Kuntatt għal mistoqsijiet tal-media relatati mal-ħidma ta’ RECOVER:

Ms. Veerle Nuyts

Tel. +32 (0) 2 29 96302

Email: veerle [dot] NUYTSatec [dot] europa [dot] eu (veerle[dot]NUYTS[at]ec[dot]europa[dot]eu)

 

Kuntatt għal mistoqsijiet mhux tal-media relatati mal-ħidma ta’ RECOVER jew mal-implimentazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u għar-Reżiljenza:

EC-RECOVERatec [dot] europa [dot] eu (EC-RECOVER[at]ec[dot]europa[dot]eu) 

Isem
Dipartiment tas-Servizz - Task Force għall-Irkupru u r-Reżiljenza