Skip to main content

Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza

Il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza hija l-istrument ewlieni fil-qalba tan-NextGenerationEU biex tgħin lill-UE toħroġ aktar b’saħħitha u aktar reżiljenti mill-kriżi attwali.

Il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza

Bħala parti minn rispons wiesa’ ħafna, l-għan tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF) huwa li jittaffa l-impatt ekonomiku u soċjali tal-pandemija tal-coronavirus u li l-ekonomiji u s-soċjetajiet Ewropej isiru aktar sostenibbli, reżiljenti u mħejjija aħjar għall-isfidi u l-opportunitajiet tat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali.

Il-Faċilità hija strument ta’ rkupru temporanju. Dan jippermetti lill-Kummissjoni tiġbor fondi biex tgħin lill-Istati Membri jimplimentaw riformi u investimenti li huma konformi mal-prijoritajiet tal-UE u li jindirizzaw l-isfidi identifikati fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż skont il-qafas tas-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika u soċjali. Hija tagħmel disponibbli €723.8 biljun (fi prezzijiet attwali) f’self (€385.8 biljun) u għotjiet (€338 biljun) għal dak il-għan.

L-RRF tgħin lill-UE tilħaq il-mira tagħha ta’ newtralità klimatika sal-2050 u tpoġġi l-Ewropa fit-triq lejn tranżizzjoni diġitali, toħloq l-impjiegi u tixpruna t-tkabbir fil-proċess.

“Tranżizzjoni doppja: it-tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika u t-tranżizzjoni diġitali"

twin transtion

Il-viżwal juri li l-Istati Membri allokaw kważi 40% tal-infiq fil-pjanijiet tagħhom għall-miżuri klimatiċi u aktar minn 26% fuq it-tranżizzjoni diġitali fit-22 pjan għall-irkupru u r-reżiljenza li ġew approvati s’issa. Dan jaqbeż il-miri miftiehma ta’ 37% għall-klima u 20% għall-infiq diġitali.

Azzjoni konġunta u kkoordinata fil-livell Ewropew hija aktar effettiva u tagħti aktar benefiċċji lill-Istati Membri min-nefqiet nazzjonali individwali, mhux l-inqas minħabba effetti konsegwenzjali sinifikanti madwar il-pajjiżi.

L-RRF hija wkoll fil-qalba tal-implimentazzjoni tal-Pjan REPowerEU, ir-rispons tal-Kummissjoni għat-tbatija soċjoekonomika u t-tfixkil globali fis-suq tal-enerġija kkawżati mill-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja. F’dan ir-rigward, fit-18 ta’ Mejju 2022, il-Kummissjoni pproponiet li tagħmel emendi mmirati għar-Regolament dwar l-RRF biex jiġu integrati kapitoli dedikati REPowerEU fl-RRPs eżistenti tal-Istati Membri. Dan minbarra l-għadd kbir ta’ riformi u investimenti rilevanti li diġà jinsabu fl-RRPs. Ippubblikat ukoll dokument ta’ Gwida rivedut dwar il-Pjanijiet għall-Irkupru u r-Reżiljenza fil-kuntest ta’ REPowerEU.

L-effetti tan-NextGenerationEU fuq il-PDG reali tal-UE (sal-2024 f’xenarju ta’ produttività għolja)

The effects of NextGenerationEU to the EU’s real GDP

“Kwantifikazzjoni tal-Effetti Konsegwenzjali tal-Investiment tan-NextGenerationEU, Dokument ta’ Diskussjoni Lulju 2021.”

Il-Faċilità hija strutturata madwar sitt pilastri: it-tranżizzjoni ekoloġika; it-trasformazzjoni diġitali; il-koeżjoni ekonomika, il-produttività u l-kompetittività; il-koeżjoni soċjali u territorjali; ir-reżiljenza tas-saħħa, ekonomika, soċjali u istituzzjonali; politiki għall-ġenerazzjoni li jmiss.

“Is-sitt pilastri tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza.

Six pillars of the Recovery and Resilience Facility

It-Tabella ta’ Valutazzjoni

It-Tabella ta' Valutazzjoni għall-Irkupru u r-Reżiljenza turi l-progress tal-pajjiżi tal-UE fl-implimentazzjoni tal-pjanijiet tagħhom għall-irkupru u r-reżiljenza u turi indikaturi komuni biex jirrapportaw dwar il-progress u jevalwaw il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u l-pjanijiet nazzjonali.

Kif jaħdem?

L-RRF daħlet fis-seħħ fid-19 ta’ Frar 2021. Tiffinanzja riformi u investimenti fl-Istati Membri mill-bidu tal-pandemija fi Frar 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2026. Biex tiffinanzja n-NextGenerationEU, il-Kummissjoni Ewropea, f’isem l-UE, se tissellef riżorsi mis-swieq kapitali.

L-Istati Membri jippreżentaw il-pjanijiet tagħhom għall-irkupru u r-reżiljenza lill-Kummissjoni Ewropea biex jibbenefikaw mill-appoġġ tal-Faċilità. Kull pjan jistabbilixxi r-riformi u l-investimenti li għandhom jiġu implimentati sa tmiem l-2026 u l-Istati Membri jistgħu jirċievu finanzjament sa allokazzjoni maqbula preċedentement.

Kull pjan għandu jindirizza l-isfidi li ġew identifikati fis-Semestru Ewropew b’mod effettiv, partikolarment ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi tal-2019 u tal-2020 li ġew adottati mill-Kunsill. Jenħtieġ ukoll li javvanzaw t-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali u jagħmlu l-ekonomiji u s-soċjetajiet tal-Istati Membri aktar reżiljenti.

Il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza hija bbażata fuq il-prestazzjoni. It-twettiq tal-istadji importanti u l-miri miftiehma lejn il-kisba tar-riformi u l-investimenti fil-pjanijiet se jillibera pagament regolari.

“Mill-pjanijiet għall-implimentazzjoni. Il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF) – Kif taħdem?”

FROM PLANS TO IMPLEMENTATION

Mistoqsijiet u tweġibiet dwar il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza

Rabtiet mill-qrib mas-Semestru Ewropew

Il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza se jixprunaw l-aġenda ta’ riforma u investiment tal-Istati Membri għas-snin li ġejjin. Is-Semestru Ewropew, bil-kamp ta’ applikazzjoni usa’ tiegħu u s-sorveljanza multilaterali, se jiggwida bi skop u jikkomplementa l-implimentazzjoni tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza.

Għal din ir-raġuni, sa miċ-ċiklu tiegħu tal-2022, il-proċess tas-Semestru Ewropew ġie adattat biex iqis il-ħolqien tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u l-implimentazzjoni tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza:

  • Ir-rapporti tal-pajjiżi ġew simplifikati. F’termini ta’ kontenut, dawn se jipprovdu ħarsa ġenerali tal-iżviluppi ekonomiċi u soċjali u l-isfidi li qegħdin jiffaċċjaw l-Istati Membri, kif ukoll analiżi tar-reżiljenza tagħhom li tħares 'il quddiem. Abbażi ta’ din l-analiżi, ir-rapporti tal-pajjiżi tal-2022 identifikaw dawk l-isfidi li ma ġewx indirizzati biżżejjed mill-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza. 
  • Rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi: flimkien mar-rapporti tal-pajjiżi, il-Kummissjoni tipproponi lill-Kunsill rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi (CSRs). Is-CSRs jindirizzaw il-kwistjonijiet ewlenin identifikati fir-rapporti tal-pajjiżi, u fejn rilevanti r-rieżamijiet fil-fond, li għalihom ser tkun meħtieġa azzjoni ta’ politika. Is-CSRs jinkludu wkoll rakkomandazzjonijiet dwar is-sitwazzjoni baġitarja tal-Istati Membri kif previst taħt il-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir.
  • Il-programmi nazzjonali ta’ riforma (PNR) se jkollhom rwol doppju. Minbarra r-rwol tagħhom fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, il-PNR se jissodisfaw ukoll wieħed miż-żewġ rekwiżiti ta’ rapportar biannwali tal-Istati Membri taħt il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza.

    Il-proċessi tas-Semestru Ewropew u tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza issa huma integrati kif muri hawn taħt:

RRF and European Semester

Is-Semestru Ewropew fiż-żmien tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza

Aktar tagħrif dwar is-Semestru Ewropew

Ir-rapporti tal-pajjiżi, ir-rieżamijiet fil-fond u l-proposti għas-CSRs se jiffurmaw parti mill-pakkett tar-Rebbiegħa tas-Semestru Ewropew tal-2022.

Is-CSRs proposti mill-Kummissjoni fil-kuntest tal-Pakkett tar-Rebbiegħa tas-Semestru Ewropew 2022 jidentifikaw ukoll għal kull Stat Membru liema azzjoni għandha tittieħed fid-dawl tal-isfidi attwali tal-enerġija, fil-kuntest u f’konformità mal-proposta REPowerEU tal-Kummissjoni.

Irkupru nazzjonali u pjanijiet ta’ reżiljenza

Il-link ta’ hawn taħt se jiggwidak fit-taqsima tal-Istat Membru. Il-links fihom l-informazzjoni rilevanti kollha speċifika għall-pajjiż, bħall-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza u l-punti ewlenin dwarhom, u fejn disponibbli, it-testi legali li japprovaw il-pjan u l-materjal għall-istampa li jakkumpanjahom.

 
flag Austria
L-Awstrija
flag Belgium
Il-Belġju
flag Bulgaria
Il-Bulgarija
flag Croatia
Il-Kroazja
flag Cyprus
Ċipru
flag Czechia
Iċ-Ċekja
flag Denmark
Id-Danimarka
flag Estonia
L-Estonja
flag Finland
Il-Finlandja
flag France
Franza
flag Germany
Il-Ġermanja
flag Greece
Il-Greċja
flag Hungary
L-Ungerija
flag Ireland
L-Irlanda
flag Italy
L-Italja
flag Latvia
Il-Latvja
Lithuania
Il-Litwanja
flag Luxembourg
Il-Lussemburgu
flag Malta
Malta
flag Netherlands
 In-Netherlands*
flag Poland
Il-Polonja
flag Portugal
Il-Portugall
flag Romania
Ir-Rumanija
flag Slovakia
Is-Slovakkja
flag Slovenia
Is-Slovenja
flag Spain
Spanja
flag Sweden
L-Iżvezja

*In-Netherlands s’issa għadhom ma ppreżentawx pjan għall-irkupru u r-reżiljenza.

Task Force għall-Irkupru u r-Reżiljenza

F’Awwissu 2020, il-Kummissjoni Ewropea stabbiliet it-Task Force għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RECOVER) fi ħdan is-Segretarjat Ġenerali tagħha. B’mod konġunt mad-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, RECOVER hija responsabbli għat-tmexxija tal-implimentazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza. RECOVER tikkoordina wkoll is-Semestru Ewropew u tirrapporta lill-President tal-Kummissjoni Ursula von der Leyen.

Dokumenti

Proposta tal-Kummissjoni għal Regolament dwar il-kapitoli REPowerEU fil-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza

Gwida għall-Istati Membri dwar il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza fil-kuntest ta’ REPowerEU

Rapport Annwali tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza

Regolament li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza

Gwida għall-Istati Membri - Pjanijiet għall-Irkupru u r-Reżiljenza tal-Istati Membri - Parti 1

Gwida għall-Istati Membri - Pjanijiet għall-Irkupru u r-Reżiljenza tal-Istati Membri - Parti 2

Anness għall-Gwida lill-Istati Membri dwar il-Pjanijiet għall-Irkupru u r-Reżiljenza: Tabelli għall-mudell

“Gwida teknika dwar l-applikazzjoni “la tagħmilx ħsara sinifikanti”

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-pjan għall-irkupru u l-qafas finanzjarju pluriennali għall-2021-2027

Rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż 2022

Rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż 2020

Rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż 2019

Informazzjoni pprovduta lill-Parlament Ewropew jew lill-Kunsill dwar il-Pjanijiet għall-Irkupru u r-Reżiljenza

L-aktar reċenti

Stqarrija għall-istampa: Il-Kummissjoni tapprova l-pjan tal-RRF ta’ €35.4 biljun tal-Polonja

Stqarrija għall-istampa: Il-Kummissjoni tapprova t-talba tal-Portugall għal €1.16 biljun

Stqarrija għall-istampa: “Il-Kummissjoni Ewropea tapprova l-pjan tal-Iżvezja”

Stqarrija għall-istampa: L-Istrument NextGenerationEU: Il-Kummissjoni Ewropea tapprova valutazzjoni preliminari pożittiva tat-talba ta’ Franza għal żborż ta’ €7.4 biljun taħt il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza

Stqarrija għall-istampa: L-Istrument NextGenerationEU: Il-Kummissjoni Ewropea tniedi Tabella ta’ Valutazzjoni għall-Irkupru u r-Reżiljenza

Stqarrija għall-istampa: Il-Kummissjoni Ewropea tadotta valutazzjoni preliminari pożittiva tat-talba ta’ Spanja għal żborż ta’ €10 biljun taħt il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza

Il-Kummissjoni tiżborża €1.8 biljun fi prefinanzjament lir-Rumanija

Stqarrija għall-istampa: “Il-Bulgarija tippreżenta l-pjan uffiċjali għall-irkupru u r-reżiljenza”

Stqarrija għall-istampa: “Stqarrija għall-istampa: “Il-Kummissjoni Ewropea tiżborża €822.7 miljun fi prefinanzjament lis-Slovakkja”

Aktar stqarrijiet għall-istampa

RRF-supported projects in the Member States

The map below is currently in test phase. It provides examples of projects (reforms and investments) supported by the RRF in the different Member States. It contains a brief presentation of the projects, focusing on the concrete state of implementation and the next steps. It also redirects to more detailed information currently available online. The map exclusively serves information purposes and is not an exhaustive database of projects supported by the Recovery and Resilience Facility. The showcase of the projects is without prejudice to any future assessment by the Commission in the context of the verification of the satisfactory fulfilment of milestones and targets pursuant to Regulation (EU) 2021/241 of the European Parliament and of the Council establishing the Recovery and Resilience Facility.

The map is a living document that will be regularly updated. In particular, the map will incorporate information on the 100 biggest recipients of RRF funds in the different Member States, when this becomes available later this year, and information provided by Member States in the context of the future assessment of payment requests under the Recovery and Resilience Facility. The testing phase will last some weeks and is aimed at correcting possible technical glitches, refining the content of the map , improving presentational aspects and adding new projects if already available..

The Recovery and Resilience Task Force

In August 2020, the European Commission established the Recovery and Resilience Task Force (RECOVER) within its Secretariat-General. Jointly with the Commission’s Directorate-General for Economic and Financial Affairs, RECOVER is responsible for steering the implementation of the Recovery and Resilience Facility. RECOVER also coordinates the European Semester and reports to Commission President Ursula von der Leyen.

Documents

Communication Implementation of the Recovery and Resilience Facility

Guidance on Recovery and Resilience Plans in the context of REPowerEU

Recovery and Resilience Facility Review Report

Updated Member States’ grant allocation based on Eurostat outturn data for 2020 and 2021

Commission Proposal for a Regulation on REPowerEU chapters in recovery and resilience plans

Recovery and Resilience Facility Annual Report

Regulation establishing the Recovery and Resilience Facility

Guidance to Member States - Recovery and Resilience Plans - Part 1

Guidance to Member States - Recovery and Resilience Plans - Part 2

Annex to the Guidance to Member States on the Recovery and Resilience Plans: Tables for the template

‘Technical guidance on the application of “do no significant harm”

Council conclusions on the recovery plan and multiannual financial framework for 2021-2027

Country-specific recommendations 2022

Country-specific recommendations 2020

Country-specific recommendations 2019

Information provided to the European Parliament or to the Council on the Recovery and Resilience Plans

Future Annual Events

The Commission organises together with Member States joint Annual Events, which constitute a key communication moment bringing together institutions, stakeholders (in particular social partners and civil society) and beneficiaries of RRF support to discuss the progress and state of play of the RRP implementation.

More information on the Annual Events that already took place can be found on the Recovery and Resilience Scoreboard.

The next confirmed Annual Events are listed below (the list will be updated regularly):

  1. Denmark: 20 March. For further information, please consult the dedicated website or contact the Representation of the Commission to Denmark
  2. Austria: 23 March. For further information, please consult the dedicated websites here and here or contact the Representation of the Commission to Austria
  3. Belgium: 23 March. For further information, please consult the dedicated website in FR and NL or contact the Representation of the Commission to Belgium

Fight against fraud

Fight against fraud is a priority for the European Commission. If you are aware of an act of fraud, please report it to the European Anti-Fraud Office.