Page contents Page contents Il-Proposta EU Inc. Fil-Boxxla għall-Kompetittività ta’ Jannar 2025, il-Kummissjoni żvelat pjanijiet għat-”28 reġim” immirati lejn it-tisħiħ tal-kompetittività tal-ekonomija Ewropea. Parti ċentrali tat-28 reġim hija l-proposta EU Inc. L-inizjattiva tipprovdi reġim legali korporattiv unifikat ġdid li se japplika fis-Suq Uniku kollu, li permezz tiegħu l-kumpaniji EU Inc. Se jkollhom aċċess sempliċi, flessibbli, diġitali u proċeduri mħaffa tul iċ-ċiklu ta’ ħajjithom kollu.EU Inc.: Reġim legali korporattiv armonizzat ġdid Ir-regoli tal-UE f’dan il-qasam L-għan tar-regoli tal-UE f’dan il-qasam hu biexjagħmluha possibbli li n-negozji jistabbilixxu u jwettqu l-operazzjonijiet kullimkien fl-UEjipprovdu protezzjoni lill-azzjonisti u lil partijiet oħrajn li għandhom interess partikolari fil-kumpaniji, bħall-impjegati u l-krediturijagħmlu n-negozju aktar effiċjenti, kompetittiv u sostenibbli fuq żmien twiljinkoraġġixxu n-negozji bbażati f’pajjiżi differenti tal-UE biex jikkooperaw ma’ xulxin.Ir-regoli tal-UE dwar ir-rappurtar, l-awditjar u t-trasparenza tal-kumpaniji jikkomplementaw dan il-qafas legali.Rappurtar u awditjar tal-kumpaniji Formazzjoni, rekwiżiti ta’ kapital u ta’ divulgazzjoni u operazzjonijiet tal-kumpaniji Ir-regoli tal-liġi tal-kumpaniji tal-UE jkopru kwistjonijiet bħall-formazzjoni, ir-rekwiżiti tal-kapital u tad-divulgazzjoni, u l-operazzjonijiet (fużjonijiet, diviżjonijiet) tal-kumpanijiId-Direttiva 2017/1132 - Liġi dwar il-kumpanniji diġitali Parti kbira tal-liġi tal-kumpaniji tal-UE issa hija kkodifikata f’Direttiva waħda - id-Direttiva 2017/1132 dwar ċerti aspetti tal-liġi tal-kumpaniji.Id-Direttiva (UE) 2025/25 tad-19 ta’ Diċembru 2024 ir-rigward ta’ aktar espansjoni u titjib tal-użu ta’ għodod u proċessi diġitali fil-liġi tal-kumpaniji daħlet fis-seħħ fit-30 ta’ Jannar 2025. Din id-Direttiva se tnaqqas b’mod sinifikanti l-piż amministrattiv għall-kumpaniji billi tissimplifika l-formalitajiet u tipprovdi soluzzjonijiet “diġitali b’mod awtomatiku”. Pereżempju, se tapplika l-prinċipju ta’ darba biss sabiex il-kumpaniji ma jkollhomx għalfejn jerġgħu jissottomettu d-dokumenti meta jistabbilixxu sussidjarji jew fergħat fi Stati Membri oħrajn u se tintroduċi ċ-Ċertifikat tal-Kumpaniji tal-UE, jiġifieri l-passaport korporattiv Ewropew għall-kumpaniji. Barra minn hekk, se ssaħħaħ it-trasparenza u l-fiduċja fl-ambjent tan-negozju fis-suq uniku, billi tagħmel aktar informazzjoni dwar il-kumpaniji disponibbli għall-pubbliku u billi tiżgura li l-informazzjoni dwar il-kumpaniji fir-reġistri kummerċjali tkun affidabbli u aġġornata.Id-Direttiva 2019/1151 tal-20 ta’ Ġunju 2019 tkopri dispożizzjonijiet dwar l-użu ta’ għodod u proċessi diġitali fil-liġi tal-kumpaniji. Għandha diversi skadenzi għat-traspożizzjoni, u l-aħħar skadenza hi ta’ Awwissu 2023 għat-traspożizzjoni ta’ ċerti Artikoli. Id-Direttiva (UE) 2019/2121 tas-27 ta’ Novembru 2019 tistabbilixxi regoli ġodda dwar konverżjonijiet u diviżjonijiet transkonfinali u temenda r-regoli dwar il-fużjonijiet transfruntieri. L-iskadenza tat-traspożizzjoni tagħha skadiet f’Jannar 2023. Dan is-sett ġdid ta’ regoli se jippermetti lill-kumpaniji jużaw għodod diġitali fil-proċeduri tal-liġi tal-kumpaniji u jirristrutturaw u jiċċaqalqu b’mod transfruntier, filwaqt li jipprovdu salvagwardji b’saħħithom kontra l-frodi u jipproteġu lill-partijiet ikkonċernati. Id-Direttiva (UE) 2025/25, id-Direttiva 2019/1151, u d-Direttiva (UE) 2019/2121 jirrevedu u jikkomplementaw id-Direttiva 2017/1132.Id-Direttiva 2012/17 - Sistema ta’ interkonnessjoni tar-reġistri kummerċjali (“BRIS”)Id-Direttiva 2012/17/UE u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1042 jistabbilixxu regoli dwar is-sistema ta’ interkonnessjoni tar-reġistri kummerċjali (“Business Registers Interconnection System, BRIS”). Il-BRIS ilha topera mit-8 ta’ Ġunju 2017. Is-sistema tippermetti aċċess elettroniku fl-UE kollha għall-informazzjoni dwar il-kumpaniji u għad-dokumenti maħżuna fir-reġistri kummerċjali tal-Istati Membri permezz tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika. Il-BRIS tippermetti wkoll lir-reġistri kummerċjali jiskambjaw informazzjoni bejniethom dwar operazzjonijiet transfruntieri u dwar kumpaniji u l-fergħat transfruntieri tagħhom. Ir-rapport ta’ implimentazzjoni dwar l-iżvilupp tal-BRIS, u b’mod partikolari dwar l-operat tekniku u l-aspetti finanzjarji tagħha kif regolati mid-Direttiva 2012/17/UE, ġie ppubblikat fid-29 ta’ Marzu 2023. Id-Direttiva 2009/102 - kumpaniji b’membru wieħedId-Direttiva 2009/102/KE tipprovdi qafas għall-istabbiliment ta’ kumpaniji ta’ membru wieħed.Ir-Regolament 2157/2001 u r-Regolament 2137/85 - ir-regoli tal-entitajiet ġuridiċi tal-UEHuma tnejn ir-Regolamenti li jipprovdu regoli dwar l-entitajiet legali tal-UE: Ir-Regolament 2157/2001 jistabbilixxi statut għal Kumpanija Ewropea (Societas Europea jew “SE”), jiġifieri forma ġuridika tal-UE għal kumpaniji pubbliċi b’responsabbiltà limitata, u jippermetti lill-kumpaniji li ġejjin minn Stati Membri differenti jiġġestixxu n-negozju tagħhom fl-UE taħt marka kummerċjali unika Ewropea. Ir-Regolament 2137/85 jistabbilixxi statut għal Gruppi Ewropej b’Interess Ekonomiku (GEIE), jiġifieri forma ġuridika tal-UE għal grupp iffurmat minn kumpaniji jew korpi ġuridiċi u/jew persuni fiżiċi li jwettqu attività ekonomika u li jkunu ġejjin minn Stati Membri differenti; l-għan ta’ grupp bħal dan huwa li jiffaċilita jew jiżviluppa l-attivitajiet ekonomiċi transfruntieri tal-membri tiegħu. Kwistjonijiet ta’ governanza korporattiva Ir-regoli tal-liġi tal-kumpaniji tal-UE jindirizzaw ukoll kwistjonijiet ta’ governanza korporattiva, li jiffukaw fuq ir-relazzjonijiet bejn il-maniġment, il-bord, l-azzjonisti, u partijiet ikkonċernati oħrajn ta’ kumpanija u, għalhekk, fuq il-modi kif il-kumpanija tiġi mmaniġġjata u kkontrollata.Id-Direttiva 2007/36/KE dwar id-drittijiet tal-azzjonisti tistabbilixxi ċerti drittijiet għall-azzjonisti f’kumpaniji elenkatiDin id-Direttiva ġiet emendata bid-Direttiva (UE) 2017/828, li għandha l-għan li tħeġġeġ l-involviment fit-tul tal-azzjonisti.Barra minn hekk, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1212 tal-2018 jistabbilixxi r-rekwiżiti minimi rigward l-identifikazzjoni tal-azzjonisti, it-trażmissjoni tal-informazzjoni, u l-faċilitazzjoni tal-eżerċizzju tad-drittijiet tal-azzjonisti.Id-Direttiva 2004/25/KE dwar offerti ta’ xiri tistabbilixxi standards minimi għal offerti ta’ xiri (jew bidliet ta’ kontroll) li jinvolvu titoli ta’ kumpaniji tal-UE.Id-Direttiva tal-ishma b’voti multipliId-Direttiva (UE) 2024/2810 tistabbilixxi regoli komuni dwar l-istrutturi tal-ishma b’voti multipli fil-kumpaniji li jfittxu li jiddaħħlu f’kummerċ tal-ishma tagħhom fil-faċilitajiet tal-kummerċ multilaterali. Diliġenza Dovuta għas-Sostenibbiltà Korporattiva Id-Direttiva dwar id-diliġenza dovuta għas-sostennibbiltà korporattiva (Id-Direttiva (UE) 2024/1760) ġiet adottata taħt il-Patt Ekolopiku Ewropew u l-Pjan tal-Irkupru tal-Kummissjoni li jirfdu l-għan kumplessiv tal-Unjoni Ewropea ta’ tranżizzjoni ġusta u rkupru sostenibbli wara l-kriżi tal-COVID billi s-sostennibbiltà tiġi inkorporata fil-governanza korporattiva. Id-Direttiva, li tibni fuq l-oqsfa volontarji eżistenti tan-NU, l-OECD u l-ILO, tirrikjedi lill-kumpaniji kbar ħafna attivi fis-suq tal-UE jidentifikaw u jtaffu l-impatti negattivi attwali u potenzjali fuq l-ambjent u fuq id-drittijiet tal-bniedem fi ħdan l-operazzjoni tagħhom stess, fl-operazzjonijiet tas-sussidjarji tagħhom u fil-ktajjen tal-valur tagħhom. Id-Direttiva daħlet fis-seħħ fil-25 ta’ Lulju 2024. Hi ġiet emendata sussegwentement bl-ewwel pakkett ta’ simplifikazzjoni Omnibus adottat taħt l-aġenda tal-kompetittività tal-UE biex il-piż tal-konformità tal-kumpaniji jitnaqqas mingħajr ma’ jiġu mminati l-objettivi tal-politika inizjali.F’konformità mal-emenda tagħha mid-Direttiva (UE) 2026/470, id-Direttiva trid tiġi trasposta mill-Istati Membri fil-liġijiet nazzjonali tagħhom sas-26 ta’ Lulju 2028. Tibda tapplika fil-kumpaniji li jissodisfaw il-kundizzjonjiet u jilħqu l-limiti definiti fid-Direttiva - il-kumpaniji ta’ responsabbiltà limitata u partenarjati, inklużi l-kumpaniji ommijiethom aħħarija, il-franchisors u l-liċenzjaturi, u l-azjendi finanzjarji regolati ta’ għamla regolatorja oħra li huma domiċili fl-UE u li huma individwalment jew fuq bażi konsolidata kbar ħafna, kif ukoll kumpaniji simili mhux tal-UE b’fatturat kbir ħafna ġġenerat fl-UE - sa mis-26 ta’ Lulju 2029. Il-Kummissjoni se toħroġ ġabra estensiva ta’ linji gwida biex tappoġġa l-implimentazzjoni. L-awtoritajiet superviżorji nazzjonali - li wkoll jagħmlu parti minn network tal-UE - se jkunu responsabbli għall-infurzar tal-konformità mar-regoli. Meta kumpanija tinżamm responsabbli skont il-liġi tar-responsabbiltà ċivili tal-Istat Membru għal ħsarat ikkawżati lil persuna fiżika jew ġuridika minħabba nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti ta’ diliġenza dovuta, il-vittimi jkollhom il-jedd li jieħdu kumpens sħiħ.Għal iktar informazzjoni: Diliġenza dovuta għas-sostennibbiltà korporattiva - Il-Kummissjoni Ewropea Governanza korporattiva u remunerazzjoni għall-banek u d-ditti tal-investiment Hemm regoli speċifiċi dwar il-governanza korporattiva u r-remunerazzjoni li japplikaw għall-banek u għad-ditti tal-investiment. L-għan ta’ dawn ir-regoli huwa li jrażżnu t-teħid ta’ riskju eċċessiv, u b’hekk jgħinu biex tiġi żgurata l-istabbiltà finanzjarja.Ir-regoli dwar il-governanza u r-remunerazzjoni korporattivi għall-banek u d-ditti tal-investiment sistemiċi jinsabu fid-Direttiva dwar ir-Rekwiżiti ta’ Kapital (Id-Direttiva 2013/36/UE, kif emendata mid-Direttiva 2019/878/UE u mid- Direttiva (UE) 2024/1619) u r-Regolament dwar ir-Rekwiżiti ta’ Kapital (Ir-Regolament Nru 575/2013, kif emendat mir- Regolament Nru 2019/876 u mir- Regolament (UE) 2024/1623).Id-Direttiva dwar ir-Rekwiżiti tal-Kapital tistipula, fost ħwejjeġ oħra, regoli proċedurali u sostantivi prevedibbli u konsistenti għall-tal-evalwazzjoni tal-adattezza tal-maniġers tal-banek. Dawn ir-regoli jimmiraw lejn l-iżgurar taċ-ċertezza legali għall-banek u l-maniġers tagħhom, ħalli titrawwem konverġenza superviżorja bejn l-awtoritajiet bankarji fl-Unjoni. Dawn jikkontribwixxu wkoll għar-robustezza u l-immaniġġjar sod tal-banek.Ir-regoli dwar il-governanza u r-remunerazzjoni korporattivi għal ditti tal-investiment mhux sistemiċi jinsabu fid-Direttiva dwar id-Ditti tal-Investiment (id-Direttiva 2019/2034) u r-Regolament dwar id-Ditti tal-Investiment (ir-Regolament 2019/2033).Għalhekk, filwaqt li d-ditti tal-investiment sistemiċi jibqgħu taħt ir-regoli bankarji, id-ditti tal-investiment mhux sistemiċi huma soġġetti għal reġim personalizzat. Għal iktar informazzjoni: Regoli prudenzjali għal ditti tal-investiment. Gruppi ta’ esperti u pjattaformi ta’ partijiet ikkonċernati Grupp Informali ta’ Esperti dwar il-Liġi tal-Kumpaniji u l-Governanza Korporattiva (ICLEG)Dan il-grupp – li jikkonsisti fi professuri u professjonisti fil-qasam tal-liġi tal-kumpaniji – jagħti pariri lill-Kummissjoni fit-tħejjija ta’ inizjattivi dwar il-liġi tal-kumpaniji u l-inizjattivi dwar il-governanza korporattiva. Il-grupp twaqqaf għall-ewwel darba fl-2014 u ġedded is-sħubija tiegħu fl-2019 wara sejħa ġdida għall-applikazzjonijiet. Il-mandat tal-kariga tal-membri tal-ICLEG u tal-osservaturi ġie estiż fl-2024. Sib aktar informazzjoni dwar il-grupp ICLEG u dwar il-ħidma tiegħu. Rapport dwar it-trasparenza tad-data tal-kumpaniji (Marzu 2023)Rapport dwar l-użu transfruntier ta’ informazzjoni dwar il-kumpaniji (Marzu 2023)Rapport dwar il-laqgħat virtwali tal-azzjonisti u l-komunikazzjoni effiċjenti tal-azzjonisti (Awwissu 2022)Rapport dwar ir-rikonoxximent tal-interess tal-grupp (Ottubru 2016)Rapport dwar l-informazzjoni dwar il-gruppi (Marzu 2016)Rapport dwar id-diġitalizzazzjoni (Marzu 2016) Studji Sib l-istudji kollha dwar il-liġi tal-kumpaniji u l-governanza korporattiva