Intelliġenza artifiċjali (IA) affidabbli IA affidabbli tista’ ġġib ħafna benefiċċji, bħalkura tas-saħħa aħjartrasport aktar sikur u aktar nadifmanifattura aktar effiċjentienerġija orħos u aktar sostenibbliL-approċċ tal-UE għall-IA se jagħti l-fiduċja lin-nies biex jużaw dawn it-teknoloġiji u se jħeġġeġ lin-negozji jiżviluppawhom. Page contents Page contents Benefiċċji tal-IAL-UE għandha l-potenzjal li ssir il-mexxejja globali fl-IA. Billi tiżviluppa qafas regolatorju b’saħħtu bbażat fuq id-drittijiet tal-bniedem u l-valuri fundamentali, l-UE tista’ tiżviluppa sistema tal-IA li tkun ta’ benefiċċju għan-nies, għan-negozji u għall-gvernijiet. Iċ-ċittadiniKura tas-saħħa aħjar, trasport aktar sikur u aktar nadif u servizzi pubbliċi mtejbaIn-negozjiProdotti u servizzi innovattivi, pereżempju fl-enerġija, fis-sigurtà, fil-kura tas-saħħa; produttività ogħla u manifattura aktar effiċjentiIl-gvernijietServizzi orħos u aktar sostenibbli bħat-trasport, l-enerġija u l-immaniġġjar tal-iskart. L-UE u l-IA L-intelliġenza artifiċjali tista’ tgħin biex jinstabu soluzzjonijiet għal ħafna mill-problemi tas-soċjetà. Dan jista’ jinkiseb biss jekk it-teknoloġija tkun ta’ kwalità għolja u tiġi żviluppata u użata b’modi li tirbaħ il-fiduċja tan-nies. Għalhekk, qafas strateġiku bbażat fuq il-valuri tal-UE jagħti liċ-ċittadini l-fiduċja li jaċċettaw soluzzjonijiet ibbażati fuq l-IA, filwaqt li jħeġġeġ lin-negozji jiżviluppawhom u jimplimentawhom.Huwa għalhekk li l-Kummissjoni Ewropea pproponiet sett ta’ azzjonijiet biex tixpruna l-eċċellenza fl-IA u r-regoli biex tiżgura li t-teknoloġija hi affidabbli: Propost mill-Kummissjoni f’April 2021, u maqbul mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill f’Diċembru 2023, l-Att dwar l-IA se jindirizza r-riskji potenzjali għas-saħħa, is-sikurezza u d-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini filwaqt li jappoġġja l-iżvilupp ta’ IA innovattiva u responsabbli fl-UE. Flimkien mal-Att dwar l-IA, l-aġġornament tal-Pjan Ikkordinat dwar l-IA se jiggarantixxi s-sikurezza u d-drittijiet fundamentali tan-nies u tan-negozji, filwaqt li jsaħħaħ l-investiment u l-innovazzjoni fil-pajjiżi kollha tal-UE.Il-Kummissjoni nediet ukoll pakkett ta’ innovazzjoni fil-qasam tal-IA biex tappoġġja lin-negozji ġodda u lill-SMEs Ewropej fl-iżvilupp ta’ IA affidabbli li tirrispetta l-valuri u r-regoli tal-UE. Nibnu l-fiduċja permezz tal-ewwel qafas legali li qatt kien hemm dwar l-IA. L-Att tal-UE dwar l-IA huwa l-ewwel qafas legali komprensiv li qatt sar fid-dinja dwar l-intelliġenza artifiċjali. Hu se jiżgura li s-sistemi tal-IA użati fl-UE jkunu sikuri, trasparenti, etiċi, imparzjali u taħt il-kontroll tal-bniedem. Għalhekk huma kkategorizzati skont ir-riskju: Riskju mhux aċċettabbliKwalunkwe ħaġa li titqies ta’ theddida ċara għaċ-ċittadini tal-UE se tiġi pprojbita: mill-klassifikazzjoni soċjali mill-gvernijiet għall-ġugarelli li jużaw assistenza ta’ vuċi li jħeġġu mġiba perikoluża tat-tfal.Riskju kbirInfrastrutturi kritiċi (eż. trasport), li jistgħu jpoġġu fir-riskju l-ħajja u s-saħħa taċ-ċittadiniTaħriġ edukattiv jew vokazzjonali, li jista’ jiddetermina l-aċċess għall-edukazzjoni u l-perkors professjonali tal-ħajja ta’ xi ħadd (eż. l-għoti ta’ marki fl-eżamijiet)Komponenti tas-sikurezza tal-prodotti, fosthom l-użu tal-IA fil-kirurġija robotika)Impjiegi, ġestjoni tal-ħaddiema u aċċess għal xogħol indipendenti, (eż. software għall-issortjar tas-CVs fi proċeduri ta’ reklutaġġ)Servizzi privati u pubbliċi essenzjali (eż. punteġġ tal-kreditu li jċaħħad liċ-ċittadini l-opportunità li jiksbu self)Infurzar tal-liġi li jista’ jinterferixxi mad-drittijiet fundamentali tan-nies (eż. evalwazzjoni tal-affidabbiltà tal-evidenza)Il-ġestjoni tal-migrazzjoni, l-ażil u l-kontroll tal-fruntieri (eż. eżami awtomatizzat tal-applikazzjonijiet għall-viża)L-amministrazzjoni tal-ġustizzja u l-proċessi demokratiċi (eż. soluzzjonijiet tal-IA għat-tfittxija tas-sentenzi tal-qorti)Sistemi tal-IA ta’ riskju għoli se jiġu vvalutati bir-reqqa qabel ma jitqiegħdu fis-suq u matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom.Riskju limitatIs-sistemi tal-IA bħaċ-chatbots huma soġġetti għal obbligi minimi ta’ trasparenza maħsuba biex dawk li jinteraġixxu mal-kontenut ikunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet infurmati. L-utenti mbagħad jistgħu jiddeċiedu li jkomplu jew jieqfu jużaw l-applikazzjoni.Riskju minimuUżu ħieles ta’ applikazzjonijiet bħal-logħob tal-kompjuter attivat bl-IA jew il-filtri tal-ispam. Il-maġġoranza vasta tas-sistemi tal-IA li qed jintużaw bħalissa fl-UE taqa’ f’din il-kategorija fejn ir-regoli l-ġodda ma jintervjenux peress li dawn is-sistemi jirrappreżentaw biss riskju minimu jew l-ebda riskju għad-drittijiet jew is-sikurezza taċ-ċittadini. Regoli għall-fornituri ta’ sistemi tal-IA b’riskju għoli Pass 1Tiġi żviluppata sistema tal-IA b’riskju għoliPass 2Trid tgħaddi mill-valutazzjoni tal-konformità u tikkonforma mar-rekwiżiti tal-IA. Għal xi sistemi jiġi involut ukoll korp notifikat.Pass 3Reġistrazzjoni ta’ sistemi tal-IA awtonomi f’bażi tad-data tal-UEPass 4Jeħtieġ li tiġi ffirmata dikjarazzjoni ta’ konformità u s-sistema tal-IA għandu jkollha l-marka CE. Is-sistema tista’ titqiegħed fis-suq Jekk iseħħu bidliet sostanzjali fiċ-ċiklu tal-ħajja tas-sistema tal-IA, mur lura għall-Pass 2.Ladarba sistema tal-IA tkun fis-suq, l-awtoritajiet ikunu responsabbli għas-sorveljanza tas-suq, min ikun qed jimplimentahom jiżgura s-sorveljanza u l-monitoraġġ uman, filwaqt li l-fornituri jkollhom fis-seħħ sistema ta’ monitoraġġ wara t-tqegħid fis-suq. Il-fornituri u min jimplimentahom se jirrapportaw ukoll inċidenti serji u funzjonament ħażin. Spinta lill-eċċellenza fl-IA Fl-2018, il-Kummissjoni u l-Istati Membri tal-UE ħadu l-ewwel pass billi ngħaqdu flimkien permezz ta’ Pjan Ikkoordinat dwar l-IA li għen biex titwitta t-triq għal strateġiji nazzjonali u żviluppi ta’ politika.L-aġġornament tal-2021 tal-Pjan Ikkoordinat dwar l-IA poġġa l-istrateġija fl-azzjoni u huwa allinjat mal-prijoritajiet diġitali u ekoloġiċi tal-Kummissjoni, kif ukoll mar-rispons tal-Ewropa għall-pandemija tal-coronavirus. Filwaqt li jrawwem l-eċċellenza fl-IA mil-laboratorju għas-suq, il-Pjan Ikkoordinat ippreżenta viżjoni biex jaċċellera l-investimenti fl-IA, biex jaġixxi fuq l-istrateġiji tal-IA għall-implimentazzjoni f’waqtha tagħhom u biex jallinja l-politiki tal-IA fl-UE kollha. Il-pjan stabbilixxa 4 objettivi ta’ politika ewlenin:L-istabbiliment ta’ kundizzjonijiet abilitanti għall-iżvilupp u l-adozzjoni tal-IAIl-bini ta’ tmexxija strateġika fis-setturi ta’ impatt għoliNagħmlu l-UE l-post it-tajjeb biex l-IA tirnexxiŻgurar li t-teknoloġiji tal-IA jaħdmu għan-nies Bħala parti minn dawn l-isforzi, il-Kummissjoni qed tippjana li tistabbilixxi:Sħubija Pubblika-Privata dwar l-Intelliġenza Artifiċjali, id-Data u r-Robotika biex tiddefinixxi, timplimenta u tinvesti f’aġenda strateġika komuni ta’ innovazzjoni u implimentazzjoni tar-riċerka għall-EwropaNetworks addizzjonali ta’ Ċentri ta’ Eċċellenza tal-IA biex jitrawwem l-iskambju tal-għarfien u l-għarfien espert, tiġi żviluppata kollaborazzjoni mal-industrija u jitrawmu d-diversità u l-inklużjoniFaċilitajiet tal-Ittestjar u l-Esperimentazzjoni għall-esperimentazzjoni u l-ittestjar ta’ teknoloġija tal-ogħla livell f’ambjenti tad-dinja realiĊentri ta’ Innovazzjoni Diġitali, one-stop shops biex jipprovdu aċċess għal għarfien espert tekniku u esperimentazzjoni, sabiex il-kumpaniji jkunu jistgħu “jittestjaw qabel jinvestu”Pjattaforma tal-IA fuq talba bħala sett ta’ għodod Ewropew ċentrali ta’ riżorsi tal-IA (eż. għarfien espert, algoritmi, oqfsa ta’ software, għodod ta’ żvilupp) meħtieġa għall-użu tal-industrija u tas-settur pubbliku Proġetti ffinanzjati mill-UE fl-IA L-UE diġà ffinanzjat varjetà ta’ proġetti tal-IA li joffru soluzzjonijiet fl-oqsma kollha tas-soċjetà, mill-agrikoltura sal-kura tas-saħħa, il-manifattura, jew it-trasport.Tliet eżempji ta’ oqsma fejn l-użu tat-teknoloġija tal-IA kien partikolarment ta’ benefiċċju huma s-saħħa, l-ambjent u l-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni. In-newroriabilitazzjoni li tassisti l-irkupru ta’ pazjenti b’kura intensiva tal-COVID-19Il-proġett CDAC, ikkontribwixxa għall-iżvilupp u l-validazzjoni klinika ta’ teknoloġiji innovattivi li diġà ntużaw għar-riabilitazzjoni ta’ aktar minn 3,000 pazjent b’puplesija madwar l-Ewropa.Aktar proġetti ffinanzjati mill-UE fil-qasam tas-saħħaSensuri intelliġenti biex jgħinu jitimgħu l-popolazzjoni dinjija li qed tikberIl-proġett ANTARES qed jiżviluppa sensuri intelliġenti u teknoloġiji tal-big data li jistgħu jgħinu lill-bdiewa jipproduċu aktar ikel b’mod li jkun sostenibbli għas-soċjetà, l-introjtu tal-azjendi agrikoli u l-ambjent.Aktar proġetti ffinanzjati mill-UE f’dan il-qasamL-għodod online għall-verifika tal-fatti u d-debunkingWeVerify tipprovdi sistemi ta’ verifika bħal plugin li jistgħu jgħinu lill-verifikaturi tal-fatti, lill-ġurnalisti, lill-attivisti tad-drittijiet tal-bniedem u liċ-ċittadini biex jivverifikaw il-fatti ta’ videos u stampi online u jgiddbuhom.Aktar proġetti ffinanzjati mill-UE fil-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni L-IA u l-UE f’ċifri €1 biljunIl-Kummissjoni qed tippjana li tinvesti €1 biljun fis-sena fl-IA mill-programmi tagħha Ewropa Diġitali u Orizzont Ewropa.€20 biljunL-għan hu li fl-UE jiġi attirat investiment totali fl-IA ta’ iktar minn €20 biljun kull sena f’dan id-deċennju. Il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza se tgħin biex tħaffef l-investimenti u tmur lil hinn minn dan l-għan.> 25%tar-robots industrijali u ta’ servizz personali jiġu prodotti fl-Ewropa. Segwi l-aktar progress reċenti u involvi ruħek.#DigitalEUNetwerks soċjali oħrajn Dokumenti 21 APRIL 2021Communication on Fostering a European approach to Artificial Intelligence 21 APRIL 2021Proposal for a Regulation laying down harmonised rules on artificial intelligence 21 APRIL 2021Coordinated Plan on Artificial Intelligence - 2021 Review 21 APRIL 2021Proposal for a Regulation on machinery products 19 FRAR 2020White Paper dwar l-Intelliġenza Artifiċjali Approċċ Ewropew għall-eċċellenza u għall-fiduċjaLingwi oħrajn (22)български(1021.05 KB - PDF)Iddawnlowdjaespañol(624.09 KB - PDF)Iddawnlowdjačeština(914.12 KB - PDF)Iddawnlowdjadansk(612.69 KB - PDF)IddawnlowdjaDeutsch(950.78 KB - PDF)Iddawnlowdjaeesti(608.96 KB - PDF)Iddawnlowdjaελληνικά(1 MB - PDF)IddawnlowdjaEnglish(939.36 KB - PDF)Iddawnlowdjafrançais(967.75 KB - PDF)Iddawnlowdjahrvatski(894.22 KB - PDF)Iddawnlowdjaitaliano(615.37 KB - PDF)Iddawnlowdjalatviešu(891.22 KB - PDF)Iddawnlowdjalietuvių(889.35 KB - PDF)Iddawnlowdjamagyar(927.56 KB - PDF)IddawnlowdjaNederlands(899.06 KB - PDF)Iddawnlowdjapolski(946.13 KB - PDF)Iddawnlowdjaportuguês(628.77 KB - PDF)Iddawnlowdjaromână(989.92 KB - PDF)Iddawnlowdjaslovenčina(861.2 KB - PDF)Iddawnlowdjaslovenščina(897.96 KB - PDF)Iddawnlowdjasuomi(785.75 KB - PDF)Iddawnlowdjasvenska(798.15 KB - PDF)Iddawnlowdja 19 FRAR 2020Factsheet: Excellence and Trust in Artificial Intelligence 19 FRAR 2020Rapport dwar l-implikazzjonijiet tas-sigurtà u tar-responsabbiltà tal-Intelliġenza Artifiċjali, tal-Internet tal-Oġġetti u tar-robotikaLingwi oħrajn (22)български(290.63 KB - HTML)Iddawnlowdjaespañol(243.57 KB - HTML)Iddawnlowdjačeština(231.99 KB - HTML)Iddawnlowdjadansk(230.99 KB - HTML)IddawnlowdjaDeutsch(238.18 KB - HTML)Iddawnlowdjaeesti(225.52 KB - HTML)Iddawnlowdjaελληνικά(297.09 KB - HTML)IddawnlowdjaEnglish(228.61 KB - HTML)Iddawnlowdjafrançais(243.2 KB - HTML)Iddawnlowdjahrvatski(227.25 KB - HTML)Iddawnlowdjaitaliano(236.36 KB - HTML)Iddawnlowdjalatviešu(231.14 KB - HTML)Iddawnlowdjalietuvių(232.62 KB - HTML)Iddawnlowdjamagyar(239.11 KB - HTML)IddawnlowdjaNederlands(228.24 KB - HTML)Iddawnlowdjapolski(238.27 KB - HTML)Iddawnlowdjaportuguês(239.87 KB - HTML)Iddawnlowdjaromână(242.98 KB - HTML)Iddawnlowdjaslovenčina(232.35 KB - HTML)Iddawnlowdjaslovenščina(227.27 KB - HTML)Iddawnlowdjasuomi(232.37 KB - HTML)Iddawnlowdjasvenska(228.72 KB - HTML)Iddawnlowdja Links relatati Approċċ Ewropew għall-Intelliġenza ArtifiċjaliMonitoraġġ tal-intelliġenza artifiċjali fl-EwropaUffiċċju Ewropew tal-IA
IA affidabbli tista’ ġġib ħafna benefiċċji, bħalkura tas-saħħa aħjartrasport aktar sikur u aktar nadifmanifattura aktar effiċjentienerġija orħos u aktar sostenibbliL-approċċ tal-UE għall-IA se jagħti l-fiduċja lin-nies biex jużaw dawn it-teknoloġiji u se jħeġġeġ lin-negozji jiżviluppawhom.
L-intelliġenza artifiċjali tista’ tgħin biex jinstabu soluzzjonijiet għal ħafna mill-problemi tas-soċjetà. Dan jista’ jinkiseb biss jekk it-teknoloġija tkun ta’ kwalità għolja u tiġi żviluppata u użata b’modi li tirbaħ il-fiduċja tan-nies. Għalhekk, qafas strateġiku bbażat fuq il-valuri tal-UE jagħti liċ-ċittadini l-fiduċja li jaċċettaw soluzzjonijiet ibbażati fuq l-IA, filwaqt li jħeġġeġ lin-negozji jiżviluppawhom u jimplimentawhom.Huwa għalhekk li l-Kummissjoni Ewropea pproponiet sett ta’ azzjonijiet biex tixpruna l-eċċellenza fl-IA u r-regoli biex tiżgura li t-teknoloġija hi affidabbli:
Il-pjan stabbilixxa 4 objettivi ta’ politika ewlenin:L-istabbiliment ta’ kundizzjonijiet abilitanti għall-iżvilupp u l-adozzjoni tal-IAIl-bini ta’ tmexxija strateġika fis-setturi ta’ impatt għoliNagħmlu l-UE l-post it-tajjeb biex l-IA tirnexxiŻgurar li t-teknoloġiji tal-IA jaħdmu għan-nies