Mur għall-kontenut ewlieni

Is-Sena Ewropea tal-Ħiliet 2023

Nagħtu spinta lill-kompetittività, il-parteċipazzjoni u t-talent

Meta jkollok forza tax-xogħol li tkun mogħnija bil-ħiliet li hemm domanda għalihom tikkontribwixxi għal tkabbir sostenibbli, twassal għal aktar innovazzjoni u ttejjeb il-kompetittività tal-kumpaniji. Is-Sena Ewropea tal-Ħiliet 2023 se tgħin lill-kumpaniji, b’mod partikolari lill-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, biex jindirizzaw in-nuqqas ta’ ħiliet fl-UE. Din se tippromwovi mentalità ta’ taħriġ mill-ġdid u titjib tal-ħiliet, li jgħin lin-nies jiksbu l-ħiliet it-tajba għal impjiegi ta’ kwalità. 

It-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali qed jiftħu opportunitajiet ġodda għan-nies u għall-ekonomija tal-UE.

Il-ħaddiema tas-sengħa se jgawdu minn opportunitajiet aħjar ta’ xogħol u jinvolvu ruħhom bis-sħiħ fis-soċjetà. Din hi importanti biex jiġi żgurat li l-irkupru ekonomiku kif ukoll it-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali jkunu soċjalment ekwi u ġusti.

UVD

Għandna bżonn li nkunu ħafna aktar iffukati fejn jidħol l-investiment tagħna fl-edukazzjoni professjonali u t-titjib tal-ħiliet. Neħtieġu kooperazzjoni aħjar mal-kumpaniji, għaliex jafu l-aħjar dak li jeħtieġu. U jeħtieġ li nqabblu dawn il-ħtiġijiet mal-aspirazzjonijiet tan-nies. Iżda rridu wkoll nattiraw il-ħiliet it-tajbin lejn il-kontinent tagħna, ħiliet li jgħinu lill-kumpaniji u jsaħħu t-tkabbir tal-Ewropa.

Ursula von der Leyen, il-President tal-Kummissjoni Ewropea

Impetu ġdid għat-tagħlim tul il-ħajja

Is-Sena Ewropea tal-Ħiliet se tipprovdi momentum ġdid biex jintlaħqu l-miri soċjali tal-UE għall-2030 li mill-inqas 60% tal-adulti jipparteċipaw f'taħriġ kull sena, u mill-inqas 78% jkollhom impjieg. 

L-inizjattiva se tgħin ukoll biex jintlaħqu l-miri tal-Kumpass Diġitali tal-2030 li mill-inqas 80% tal-adulti jiksbu ħiliet diġitali bażiċi u li jkun hawn 20 miljun speċjalista tal-ICT impjegati fl-UE. 

Bħalissa, aktar minn tliet kwarti tal-kumpaniji fl-UE jgħidu li għandhom diffikultajiet biex isibu ħaddiema bil-ħiliet meħtieġa, filwaqt li 37% biss tal-adulti jagħmlu taħriġ fuq bażi regolari. 

L-Indiċi tal-Ekonomija u s-Soċjetà Diġitali juri li 4 minn kull 10 adulti u waħda minn kull tliet persuni li taħdem fl-Ewropa ma għandhomx ħiliet diġitali bażiċi. In-nisa huma sottorappreżentati fi professjonijiet u studji relatati mat-teknoloġija, b’1 biss minn kull 5 speċjalisti fl-ICT u 1 minn 3 gradwati fix-xjenza, it-teknoloġija, l-inġinerija u l-matematika (STEM) huma nisa.

77%
Perċentwal tal-kumpaniji tal-UE li jirrapportaw diffikultajiet biex isibu ħaddiema bil-ħiliet meħtieġa
20 miljun
Għadd ta' speċjalisti tal-ICT li għandhom jiġu impjegati fl-UE sal-2030
60%
Perċentwal tal-adulti li għandhom jipparteċipaw f’taħriġ kull sena sal-2030

Kif se nagħmluh dan

Aħna nipproponu – b’ħidma flimkien mal-Parlament Ewropew, l-Istati Membri tal-UE, is-sħab soċjali, is-servizzi tal-impjiegi, il-kmamar tal-kummerċ u l-industrija, il-fornituri tal-edukazzjoni u t-taħriġ, il-ħaddiema u l-kumpaniji – li jiżdied u jsir progress fl-iżvilupp tal-ħiliet fuq il-post.  

  • Vocational Education and Training School in Netherlands

    Il-promozzjoni ta’ investiment ogħla, aktar effettiv u inklużiv fit-taħriġ u t-titjib tal-ħiliet.

  • Vocational Education and Training School in Netherlands

    L-iżgurar li l-ħiliet huma rilevanti għall-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol, inkluż bil-kooperazzjoni mas-sħab soċjali u l-kumpaniji.

  • Vehicle Emissions Laboratories of the Joint Research Centre (JRC)

    It-tqabbil tal-aspirazzjonijiet u s-settijiet ta’ ħiliet tan-nies mal-opportunitajiet fis-suq tax-xogħol, speċjalment għat-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali u għall-irkupru ekonomiku.

  • research

    L-attrazzjoni tal-ħiliet u t-talent minn pajjiżi terzi, inkluż billi jissaħħu l-opportunitajiet ta’ tagħlim u l-mobbiltà u jiġi ffaċilitat ir-rikonoxximent tal-kwalifiki.

Il-Kummissjoni se tenfasizza l-inizjattivi u l-finanzjament rilevanti tal-UE, biex tappoġġja l-adozzjoni, l-implimentazzjoni u t-twettiq tagħhom fil-prattika. Se jkun hemm avvenimenti u kampanji ta’ sensibilizzazzjoni biex jiġi appoġġjat it-tagħlim reċiproku tas-sħab fit-titjib tal-ħiliet u fit-taħriġ mill-ġdid.

Se tingħata attenzjoni speċjali biex jiddaħħlu aktar nies fis-suq tax-xogħol, b’mod partikolari n-nisa u ż-żgħażagħ, speċjalment dawk barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ.
 

Inizjattivi tal-UE biex tappoġġja l-iżvilupp tal-ħiliet

Għas-Sena Ewropea tal-Ħiliet, l-UE se tibni fuq ħafna inizjattivi li għaddejjin bħalissa, fosthom:

Finanzjament tal-UE għall-ħiliet

Hemm disponibbli finanzjament u appoġġ tekniku tal-UE sinifikanti għall-investiment fit-titjib tal-ħiliet u fit-taħriġ mill-ġdid:

Skeda ta’ żmien

  1. 7 ta' Marzu 2023

    Qbil politiku mill-Parlament Ewropew u l-Istati Membri

  2. 9 ta' Frar 2023

    Il-Parlament Ewropew jadotta rapport dwar il-Proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-Sena Ewropea tal-Ħiliet 2023 

  3. 8 ta' Diċembru 2022

    Il-ministri fil-Kunsill Impjiegi u Politika Soċjali (EPSCO) jaqblu fuq il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar il-proposta għal deċiżjoni biex l-2023 tinħatar is-Sena Ewropea tal-Ħiliet

  4. 12 ta' Ottubru 2022

    Il-Kummissjoni tadotta l-proposta tagħha għas-Sena Ewropea tal-Ħiliet 2023 

  5. 14 ta' Settembru 2022

    Il-President von der Leyen tipproponi fid-diskors tagħha dwar l-Istat tal-Unjoni biex l-2023 issir is-Sena Ewropea tal-Ħiliet 

Dokumenti

  • 12 DIĊEMBRU 2022
Proposal for a decision of the European Parliament and of the Council on a European Year of Skills 2023