Page contents Page contents KonsultazzjoniF’konformità mal-istandards minimi tal-Kummissjoni Ewropea rigward il-parteċipazzjoni u l-ftuħ għall-fehmiet tal-partijiet ikkonċernati ppreżentati fil-linji gwida għal regolamentazzjoni aħjar, ġiet żviluppata strateġija ta’ konsultazzjoni estensiva bil-għan li tiżgura parteċipazzjoni wiesgħa matul iċ-ċiklu tal-politika kollu ta’ din l-inizjattiva.Din l-istrateġija kienet ibbażata fuq taħlita ta' konsultazzjonijiet pubbliċi u mmirati. Il-Kummissjoni Ewropea fittxet firxa wiesgħa u bilanċjata ta' fehmiet dwar din il-kwistjoni billi tat l-opportunità lill-partijiet rilevanti kollha (negozji, konsumaturi, awtoritajiet nazzjonali, avukati u akkademiċi) sabiex jesprimu l-opinjonijiet tagħhom.Il-proċess ta’ konsultazzjoni estensiv kien jinkludi kemm konsultazzjoni pubblika, konsultazzjonijiet speċifiċi mmirati lejn il-partijiet ikkonċernati ewlenin u l-pajjiżi tal-UE kif ukoll stħarriġiet tal-konsumaturi u n-negozji.1. Konsultazzjoni pubblika 2. Konsultazzjonijiet speċifiċi mmirati lejn partijiet ikkonċernati ewlenin:a. Il-Grupp ta’ Konsultazzjoni mal-Partijiet Ikkonċernati għar-regoli tal-konsumaturi għal xiri online u diġitali (“Grupp ta’ Konsultazzjoni mal-Partijiet Ikkonċernati”) inħoloq fil-bidu tal-2015 u kien magħmul minn 22 organizzazzjoni li jirrappreżentaw firxa wiesgħa ta’ interessi minn konsumaturi sa SMEs, bejjiegħa bl-imnut, operaturi tal-kummerċ elettroniku, pjattaforma online, manifatturi, professjonijiet legali, professjonisti tal-kummerċjalizzazzjoni u żviluppaturi u provvedituri tal-kontenut. Il-Grupp ta’ Konsultazzjoni mal-Partijiet Ikkonċernati kellu l-kompitu li jassisti l-Kummissjoni fl-identifikazzjoni ta’ oqsma problematiċi biex jiġu indirizzati l-ostakoli tal-liġi kuntrattwali relatati ma’ xiri online ta’ kontenut diġitali u oġġetti tanġibbli u biex issir diskussjoni dwar soluzzjonijiet possibbli. Il-grupp iltaqa’ 7 darbiet minn Jannar sa Ottubru 2015.b. Sessjonijiet ta’ ħidma ma’ pajjiżi tal-UE: Ġew organizzati tliet sessjonijiet ta’ ħidma ma’ pajjiżi tal-UE. Fl-ewwel sessjoni ta’ ħidma (il-5 ta’ Ġunju 2015) id-diskussjoni ffukat fuq l-approċċ ġenerali li għandu jiġi adottat mill-Kummissjoni għal din l-inizjattiva ġdida u kwistjonijiet ewlenin tal-liġi kuntrattwali rigward il-kontenut diġitali.It-tieni sessjoni ta’ ħdima (is-6 ta’ Lulju 2015) kienet iddedikata għal diskussjoni dwar kwistjonijiet marbuta mal-bejgħ online ta’ oġġetti tanġibbli. It-tielet sessjoni ta’ ħidma (is-6 ta’ Ottubru 2015) kienet iddedikat għal diskussjoni f’iktar dettall tal-abbozz tar-regoli li s-servizzi tal-Kummissjoni kienu qed jikkunsidraw. Il-kwistjonijiet rilevanti kienu diskussi wkoll mal-awtoritajiet nazzjonali tal-infurzar fil-laqgħa tal-kumitat dwar il-Kooperazzjoni għall-Protezzjoni tal-Konsumatur (it-28 ta’ April 2015) u l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-politika tal-konsumatur fil-laqgħa tan-Network tal-Politika tal-Konsumatur (il-5-6 ta’ Mejju 2015).c. Ġew organizzati numru ta’ laqgħat bilaterali ma’ pajjiżi tal-UE li bdew ħidma preparatorja għal leġiżlazzjoni dwar il-kontenut diġitali. Saru wkoll laqgħat tekniċi bilaterali ma’ pajjiżi oħra tal-UE.d. Is-subgrupp tas-suq uniku diġitali tal-Grupp Konsultattiv Ewropew għall-Konsumaturi (ECCG) magħmul minn 12-il rappreżentant ta’ organizzazzjonijiet nazzjonali tal-konsumatur ipproduċa rakkomandazzjonijiet dwar kif għandhom jiġu indirizzati l-ostakoli tal-liġi kuntrattwali relatati max-xiri online ta’ kontenut diġitali u oġġetti tanġibbli. B’mod partikolari, il-Grupp irrakkomanda reviżjoni tad-Direttiva dwar il-Bejgħ u l-Garanzija kif ukoll tad-Direttiva tat-Termini Inġusti, insista fuq infurzar aħjar tal-leġiżlazzjoni u qies li m’għandux ikun hemm żewġ reġimi differenti għal tranżazzjonijiet online u offline.e. Minn Ġunju sa Awwissu 2015 saru intervisti fil-fond man-negozji attivi jew interessati fil-kummerċ elettroniku transfruntier minn pajjiżi differenti tal-UE .3. Stħarriġiet tal-konsumaturi u n-negozjiIl-konsumaturi kienu kkonsultati direttament permezz ta’ stħarriġiet imwettqa mill-Kummissjoni. Fil-qafas tal-Istrateġija tas-Suq Uniku Diġitali, twettqu żewġ stħarriġiet fl-2015 biex jiġu identifikati l-ostakoli transfruntieri ewlenin tas-Suq Uniku Diġitali:Stħarriġ tal-konsumaturi li sar fit-28 pajjiż kollha tal-UE. Aktar minn 23 000 persuna li wieġbu ġew mistoqsija dwar l-attività ta’ xiri online tagħhom f’kull pajjiż tal-UE u transfruntiera, kemm għal oġġetti tanġibbli u għal kontenut diġitali, kif ukoll fin-Norveġja u l-Iżlanda. Il-konsumaturi ġew ukoll intervistati dwar il-perċezzjonijiet tagħhom u tal-motivazzjonijiet tal-imġiba li jixprunaw jew jimpedixxu l-attività ta’ xiri transfruntier u domestiku online fuq l-internetStħarriġ tan-negozji li sar fit-28 pajjiż kollha tal-UE. 8 705 minn dawk li wieġbu ġew mistoqsija dwar l-attività tagħhom ta’ bejgħ u xiri online, kemm domestikament kif ukoll transfruntiera, l-esperjenzi tagħhom bil-bejgħ u x-xiri transfruntier, il-problemi li jiltaqgħu magħhom u r-raġunijiet ewlenin għaliex ma jagħmlux bejgħ transfruntier online.Bħala parti minn studju ekonomiku dwar prodotti ta’ kontenut diġitali tal-konsumatur, 1 000 konsumatur f’kull wieħed minn 15-il pajjiż tal-UE ntalbu jwieġbu dwar it-tip ta’ problemi li ltaqgħu magħhom meta kienu qed jixtru kontenut diġitali. In-negozji kienu kkonsultati wkoll direttament permezz ta’ serje 20-30 intervista ta’ negozju mwettqa f’kull wieħed mill-15-il pajjiż tal-UE magħżula. In-negozji individwali inklużi l-SMEs intalbu jidentifikaw il-problemi ewlenin li jħabbtu wiċċhom magħhom meta jbigħu/jipprovdu kontenut diġitali lill-konsumaturi, fis-suq domestiku u dak transfruntier.Studji 25 OTTUBRU 2017Economic study on consumer digital content products 25 OTTUBRU 2017Report - The macro-economic impact of e-commerce in the EU Digital Single Market 25 OTTUBRU 2017Study on mandatory rules applicable to contractual obligations in contract for sales of goods sold at a distance and in particular on line