Kontenut tal-PaġnaKontenut tal-Paġna X’inhu tal-MKV? Meta r-Rumanija u l-Bulgarija ssieħbu mal-UE fl-1 ta’ Jannar 2007, huma kien għad fadlilhom jagħmlu progress fl-oqsma tar-riforma ġudizzjarja, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni, u l-kriminalità organizzata (għall-Bulgarija). Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-Mekkaniżmu għall-Kooperazzjoni u l-Verifika (MKV) bħala miżura tranżitorja li tassisti liż-żewġ pajjiżi biex jinstab rimedju għal dawn in-nuqqasijiet. Għala hu meħtieġ il-MKV? Id-deċiżjoni sabiex titkompla l-valutazzjoni għall-Bulgarija u r-Rumanija wara l-adeżjoni tagħhom fl-UE turi l-impenn tal-UE biex tara li dawn iż-żewġ pajjiżi jiżviluppaw is-sistemi amministrattivi u ġudizzjarji effettivi meħtieġa biex jintlaħqu l-obbligi ta’ sħubija mal-UE u tiżgura l-applikazzjoni korretta tal-liġijiet, il-politiki u l-programmi tal-UE. Il-progress fir-riforma ġudizzjarja, il-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata se jippermettu wkoll lill-Bulgari u r-Rumeni li jgawdu d-drittijiet sħaħ tagħhom bħala ċittadini tal-UE. Kif jaħdem fil-prattika l-MKV? F’Diċembru 2006, il-Kummissjoni adottat deċiżjonijiet li jistabbilixxu wkoll kriterji (“valuri referenzjarji”) biex jiġi vvalutat il-progress. Il-valutazzjonijiet tal-Kummissjoni u r-rapporti formali huma bbażati fuq analiżi u monitoraġġ bir-reqqa, ibbażati fuq djalogu kontinwu bejn l-awtoritajiet Bulgari u Rumeni u s-servizzi tal-Kummissjoni. Ir-rapporti gawdew ukoll minn kuntatti ma’ pajjiżi oħra tal-UE, is-soċjetà ċivili, organizzazzjonijiet internazzjonali, esperti indipendenti u diversi sorsi oħrajn. Il-Kummissjoni tirrapporta dwar il-progress fuq bażi regolari. Il-Kummissjoni ħarġet l-ewwel rapport tagħha fis-27 ta’ Ġunju 2007. Ir-rapporti jinkludu l-valutazzjoni tal-Kummissjoni u r-rakkomandazzjonijiet lill-awtoritajiet Bulgari u Rumeni, u huma kkomplimentati minn dokument ta’ ħidma tal-persunal li jistabbilixxi l-analiżi fid-dettall tal-Kummissjoni skont kull punt referenzjarju tal-MKV. Kull rapport tal-Kummissjoni, bil-metodoloġija u l-konklużjonijiet tiegħu, sussegwentement jiġi diskuss u dejjem kien approvat fil-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Ministri. Il-kriterji biex jiġi evalwat il-progress Il-valuri referenzjarji għar-Rumanija jittrattaw l-effikaċja u t-trasparenza tas-sistema ġudizzjarja, istituzzjonijiet ewlenin f’oqsma bħalma huma l-integrità u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni fil-livelli kollha, u l-prevenzjoni tal-korruzzjoni. Il-valuri referenzjarji għall-Bulgarija jittrattaw kwistjonijiet bħalma huma l-indipendenza, il-professjonaliżmu u l-effiċjenza tas-sistema ġudizzjarja, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-azzjoni li qed tittieħed kontra l-kriminalità organizzata. Annual progress reports in Bulgaria and Romania Appoġġ addizzjonali L-appoġġ tal-Kummissjoni permezz tal-proċess ta’ monitoraġġ tal-MKV huwa akkumpanjat minn: opportunitajiet ta’ finanzjament taħt il-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej għarfien espert bħal dak mogħti permezz tas-Servizz ta’ Sostenn għar-Riforma Strutturali l-appoġġ kostruttiv ta’ ħafna pajjiżi tal-UE