Mur għall-kontenut ewlieni

Politika Ewropea tal-Viċinat

Il-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV) tmexxi r-relazzjonijiet tal-UE mal-eqreb 16-il sieħeb tagħha tal-Lvant u tan-Nofsinhar. Bħala element ewlieni tal-politika barranija tal-UE, il-PEV tiffoka fuq l-istabbilizzazzjoni tar-reġjun f’termini politiċi, ekonomiċi u ta’ sigurtà.

Azzjonijiet

Is-Sħubija tal-Lvant għandha l-għan li ssaħħaħ ir-relazzjonijiet bejn l-UE u s-6 ġirien tal-Lvant tagħha: l-Armenja, l-Ażerbajġan, il-Belarussja, il-Georgia, il-Moldova u l-Ukrajna.

Il-kooperazzjoni mal-Viċinat tan-Nofsinhar tinkludi 10 pajjiżi sħab: l-Alġerija, l-Eġittu, Iżrael, il-Ġordan, il-Libanu, il-Libja, il-Marokk, il-Palestina*, is-Sirja u t-Tuneżija.

Biex jikkumplementaw il-programmi ta’ kooperazzjoni bilaterali u reġjonali, ġew stabbiliti wkoll programmi ta’ kooperazzjoni fil-viċinat kollu, peress li xi attivitajiet ta’ għajnuna jistgħu jiġu mmaniġġjati b’mod aktar effiċjenti u flessibbli fil-livell interreġjonali.

Objettivi

  • tistabbilizza l-pajjiżi ġirien permezz tal-iżvilupp ekonomiku, l-impjegabbiltà u ż-żgħażagħ, il-konnettività tat-trasport u tal-enerġija, il-migrazzjoni, il-mobbiltà u s-sigurtà
  • tippromwovi l-interessi ewlenin tal-UE tal-governanza tajba, tad-demokrazija, tal-istat tad-dritt u tad-drittijiet tal-bniedem
  • tiffaċilita l-kooperazzjoni fil-livell reġjonali: is-Sħubija tal-Lvant, l-Unjoni għall-Mediterran

Kuntest

Il-politika Ewropea tal-viċinat toffri qafas għal sħubijiet aktar effettivi u b'saħħithom mal-ġirien tal-Lvant u tan-Nofsinhar tal-UE, ibbażata fuq interessi u azzjoni komuni miż-żewġ naħat. 

L-UE tippromwovi l-istabbiltà u trawwem il-kooperazzjoni mal-pajjiżi kkonċernati billi tipprovdi l-appoġġ finanzjarju permezz tal-Istrument Ewropew ta’ Viċinat.

Dokumenti

9 JANNAR 2018
Review of the European neighbourhood policy