Mur għall-kontenut ewlieni

Kiri ta’ karozzi

F’Jannar 2017, in-Network CPC ippubblika impenji li saru mill-ħames kumpaniji ewlenin tal-kiri tal-karozzi. Il-kumpaniji impenjaw ruħhom għal trasparenza fil-prezzijiet u għal termini u kundizzjonijiet aktar ċari, inkluża ċarezza dwar il-poloz ta’ assigurazzjoni u ta’ eżenzjonijiet u l-għażliet ta’ riforniment ta’ karburant fit-tank, u aktar ġustizzja meta jiġu ttrattati każijiet allegati ta’ ħsara lill-vetturi.

Stqarrija għall-istampa 19/01/2017

F’Marzu 2019, in-Network CPC ippubblika l-valutazzjoni tiegħu tal-impenji li saru mill-kumpaniji tal-kiri tal-karozzi fl-2017. Il-valutazzjoni nnutat li Enterprise u Sixt għamlu l-bidliet kollha meħtieġa. Avis impenjat ruħha li tagħmel il-bidliet li kien fadal sa Mejju 2019. Europcar, li issa tinkludi Goldcar, impenjat ruħha li timplimenta l-bidliet li kien fadal sa Ġunju 2019. Hertz impenjat ruħha li tagħmel il-bidliet kollha meħtieġa sa mhux aktar tard mill-ewwel trimestru tal-2020.

Il-Kummissjoni Ewropea u l-awtoritajiet nazzjonali tal-konsumatur fin-network Ewropew ta’ Kooperazzjoni għall-Konsumaturi se jsegwu mill-qrib l-implimentazzjoni tat-tibdiliet li fadal. Għalkemm il-kumpaniji involuti f’din l-azzjoni jkopru tnejn minn kull tliet kirjiet ta’ karozzi privati fl-UE, kummerċjanti oħra, bħal intermedjarji u kumpaniji iżgħar għandhom rwol importanti f’dan is-suq. L-awtoritajiet u l-Kummissjoni Ewropea se jkomplu jimmonitorjaw l-atturi kollha biex jiżguraw li jirrispettaw bis-sħiħ ir-regoli tal-UE għall-konsumaturi.

Stqarrija għall-istampa 25/03/2019