Kodiċi ta' Prattika tal-UE dwar id-Diżinformazzjoni | Il-Kummissjoni Ewropea
Mur għall-kontenut ewlieni

Tisħiħ tal-Kodiċi ta’ Prattika dwar id-Diżinformazzjoni

Theddida dejjem tikber għad-demokraziji Ewropej

Id-diżinformazzjoni hi ta’ tħassib għaċ-ċittadini tagħna.

83%
tan-nies
jaħsbu li d-diżinformazzjoni thedded id-demokrazija
63%
ta’ Ewropej iżgħar fl-età
jiltaqgħu ma’ aħbarijiet foloz aktar minn darba fil-ġimgħa
51%
tal-Ewropej
jaħsbu li ġew esposti għal diżinformazzjoni online
  • online_disinformation.jpg

    Id-diżinformazzjoni tagħmel ħsara lis-soċjetà tagħna billi

    • timmina l-fiduċja fl-istituzzjonijiet u l-media
    • tpoġġi l-elezzjonijiet f’riskju
    • tfixkel il-kapaċità taċ-ċittadini li jieħdu deċiżjonijiet infurmati
    • tagħmel il-ħsara lil-libertà tal-espressjoni

    Matul il-kriżi tal-COVID-19, informazzjoni falza dwar il-vaċċini, informazzjoni qarrieqa dwar il-kura tas-saħħa, ċajtiet sensazzjonali perikolużi b’dikjarazzjonijiet foloz u teoriji ta’ kospirazzjoni pperikolaw is-saħħa pubblika. Aktar reċentement, id-diżinformazzjoni aggressiva favur il-Kremlin u l-propaganda tal-gwerra akkumpanjaw l-aggressjoni militari tar-Russja kontra l-Ukrajna.

L-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha qed isaħħu l-azzjonijiet tagħhom biex jiġġieldu kontra l-isforzi minn atturi li jxerrdu d-diżinformazzjoni biex jiddestabbilizzaw is-soċjetajiet u d-demokraziji tagħna, jippruvaw jisfruttaw kriżi, u jpoġġu ħajjet iċ-ċittadini f’riskju.

  • detextion

    detecting, analysing and exposing disinformation

  • cooperation

     

    improving societal resilience and mobilising the private sector

Tisħiħ tal-Kodiċi ta’ Prattika dwar id-Diżinformazzjoni

  • computer

    Fl-2018 ġie stabbilit Kodiċi ta’ Prattika għall-ewwel darba għall-pjattaformi online, l-assoċjazzjonijiet kummerċjali u l-atturi ewlenin tas-settur tar-reklamar. Hu impenjahom li jrażżnu d-diżinformazzjoni u jtejbu l-politiki online tagħhom.

    Dan wera li hu għodda innovattiva biex jiġu żgurati aktar trasparenza u responsabbiltà tal-pjattaformi online kif ukoll jipprovdi qafas strutturat għall-monitoraġġ u jtejjeb il-politiki tal-pjattaformi dwar id-diżinformazzjoni.

L-iskambji mal-firmatarji saru aktar regolari u effiċjenti. Matul il-kriżi tal-coronavirus, il-pjattaformi rrappurtaw kull xahar lill-Kummissjoni u taw ħarsa ġenerali tal-azzjonijiet tagħhom biex jippromwovu kontenut awtorevoli, itejbu s-sensibilizzazzjoni tal-utenti, iniżżlu l-livell ta’ kontenut dannuż jew jieħdu azzjoni kontrih u jidentifikaw reklamar marbut mad-diżinformazzjoni dwar il-coronavirus.

Kif imħabbar fil-Pjan ta’ Azzjoni għad-Demokrazija Ewropea, f’Mejju 2021 il-Kummissjoni ppubblikat Gwida fejn talbet lill-firmatarji jsaħħu l-Kodiċi fl-oqsma kollha tiegħu biex jagħmluh għodda b’saħħitha, effiċjenti u flessibbli għall-ġlieda kontra d-Diżinformazzjoni.

Kodiċi ta’ Prattika tal-2018

  • Awtoregolamentazzjoni
  • 16-il firmatarju – 21 impenji dwar:
    • Skrutinju ta’ tqegħid ta’ reklami
    • Trasparenza tar-reklamar politiku u dak ibbażat fuq kwistjonijiet
    • Integrità tas-servizzi
    • Għoti ta’ setgħat lill-konsumaturi
    • Għoti tas-setgħa lill-verifikaturi tal-fatti u lir-riċerkaturi
    • Kejl tal-effettività tal-Kodiċi

Kodiċi ta’ Prattika Imsaħħaħ tal-2022

  • Koregolamentazzjoni għal Pjattaformi Online Kbar Ħafna skont l-Att dwar is-Servizzi Diġitali
  • 34 firmatarju – 44 impenn u 127 miżura speċifika:
    • Miżuri aktar b’saħħithom biex id-diżinformazzjoni titlef il-valur tagħha. 
    • Żieda fit-trasparenza tar-reklamar politiku u bbażat fuq il-kwistjonijiet
    • Żgurar ta’ kopertura komprensiva tal-imġiba manipulattiva attwali u emerġenti
    • Twessigħ u tisħiħ tal-għodod li jagħtu s-setgħa lill-utenti, eż. biex jidentifikaw u jimmarkaw kontenut falz jew qarrieqi
    • Żieda fil-kopertura tal-verifika tal-fatti fil-pajjiżi u l-lingwi kollha tal-UE
    • Għoti ta’ aktar aċċess għad-data lir-riċerkaturi
    • Twaqqif ta’ qafas robust ta’ monitoraġġ u rappurtar, b’informazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva fil-livell tal-UE u tal-Istati Membri 
    • Twaqqif ta’ Ċentru ta’ Trasparenza
    • Ħolqien ta’ Task-force permanenti biex tevolvi u tadatta l-Kodiċi

Kronoloġija tal-azzjonijiet tal-UE kontra d-diżinformazzjoni

  1. Marzu 2015

    Tnedija tat-Taskforce StratCom tal-Lvant fis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna

  2. April 2016

    Qafas Konġunt dwar il-ġlieda kontra t-theddid ibridu

    Approċċ komprensiv biex jittejjeb ir-rispons komuni għall-isfidi ppreżentati mit-theddid ibridu għall-Istati Membri, iċ-ċittadini u s-sigurtà kollettiva tal-Ewropa.

  3. Marzu 2018

    Rapport tal-Grupp ta’ Esperti ta’ Livell Għoli indipendenti dwar l-aħbarijiet foloz u d-diżinformazzjoni online li jirrakkomanda li jiġu indirizzati problemi urġenti u reazzjonijiet aktar fit-tul biex tiżdied ir-reżiljenza tas-soċjetà għad-diżinformazzjoni

  4. April 2018

    Komunikazzjoni dwar l-indirizzar tad-diżinformazzjoni online fost l-oħrajn li tħabbar il-kodiċi ta’ Prattika dwar id-Diżinformazzjoni

  5. Ottubru 2018

    Kodiċi ta’ prattika dwar id-diżinformazzjoni

    Għodda awtoregolatorja innovattiva biex tiżgura aktar trasparenza u responsabbiltà tal-pjattaformi online, u qafas għall-monitoraġġ u t-titjib tal-politiki tal-pjattaformi online dwar id-diżinformazzjoni.

  6. Diċembru 2018

    Pjan ta' Azzjoni kontra d-diżinformazzjoni

    Dan jistabbilixxi l-qafas tal-azzjonijiet tal-UE billi jtejjeb il-kapaċitajiet ta’ detezzjoni u analiżi, iqajjem kuxjenza, isaħħaħ ir-reżiljenza tas-soċjetà, iżid ir-reazzjonijiet koordinati, u jimmobilizza l-pjattaformi online u s-settur tar-reklamar.

  7. Marzu 2019

    Tnedija tas-Sistema ta’ Twissija Bikrija kontra d-diżinformazzjoni.

  8. Ġunju 2020
    • Komunikazzjoni: Nindirizzaw id-diżinformazzjoni tal-COVID-19 u t-tnedija tal-programm ta’ monitoraġġ tad-diżinformazzjoni dwar il-COVID-19

    Miżura ta’ trasparenza biex tiġi żgurata r-responsabbiltà lejn il-pubbliku tal-isforzi li saru mill-firmatarji tal-Kodiċi biex jillimitaw id-diżinformazzjoni online relatata mal-COVID-19.

    • Tnedija tal-Osservatorju Ewropew tal-Media Diġitali

    Dan joħloq u jappoġġja komunità multidixxiplinari, inklużi verifikaturi tal-fatti, riċerkaturi akkademiċi u partijiet ikkonċernati rilevanti oħra li jikkontribwixxu għall-indirizzar tad-diżinformazzjoni.

  9. Diċembru 2020
    • Proposta għal Att dwar is-Servizzi Diġitali

    Dan jiddefinixxi responsabbiltajiet aktar ċari u obbligu ta' rendikont għall-pjattaformi online mfassla skont ir-rwol, id-daqs u l-impatt rispettivi tagħhom fl-ekosistema online.

    • Pjan ta’ Azzjoni għad-Demokrazija Ewropea

    Dan jinkludi azzjonijiet biex itejbu s-sett ta’ għodod eżistenti tal-UE għall-ġlieda kontra l-interferenza barranija, bħall-impożizzjoni ta’ multi u l-gwida biex jissaħħaħ il-Kodiċi ta’ Prattika dwar id-Diżinformazzjoni.

  10. Mejju 2021
    • Gwida għat-Tisħiħ tal-Kodiċi ta’ Prattika dwar id-Diżinformazzjoni

    Il-fehmiet tal-Kummissjoni dwar kif il-pjattaformi għandhom jindirizzaw il-lakuni u n-nuqqasijiet fil-Kodiċi u joħolqu ambjent online aktar trasparenti, sikur u affidabbli.

    • Tnedija taċ-ċentri nazzjonali tal-Osservatorju Ewropew tal-Media Diġitali

    Biex tiżdied il-kapaċità tad-detezzjoni, l-analiżi u l-kxif ta’ kampanji ta’ diżinformazzjoni.

  11. Ġunju 2021

    It-tnedija tal-proċess ta’ reviżjoni mill-firmatarji tal-Kodiċi tal-2018 u firmatarji prospettivi ġodda addizzjonali.

  12. Novembru 2021
  13. Ġunju 2022
    • Kodiċi ta’ Prattika Msaħħaħ

Dokumenti

 

  • 16 ĠUNJU 2022
Press release: Disinformation - Commission welcomes the new stronger and more comprehensive Code of Practice on disinformation

 

  • 16 ĠUNJU 2022
Questions and Answers: Strengthened Code of Practice on disinformation

 

  • 16 ĠUNJU 2022
2022 Strengthened Code of Practice on Disinformation

 

  • 26 MEJJU 2021
European Commission Guidance on Strengthening the Code of Practice on Disinformation

 

  • 26 MEJJU 2021
Questions and answers on the the Code of Practice on Disinformation