Mur għall-kontenut ewlieni
Logo tal-Kummissjoni Ewropea
Il-Kummissjoni Ewropea

Ibda kkoopera ma’ skola jew istituzzjoni edukattiva oħra

L-istituzzjonijiet edukattivi tal-livelli kollha jistgħu jaħdmu flimkien permezz ta’ programmi tal-UE u pjattaformi online.

Ħarsa ġenerali

Il-Kummissjoni Ewropea toffri bosta opportunitajiet għall-istituzzjonijiet edukattivi tal-livelli kollha billi

  • tappoġġa l-pjattaformi online fejn l-istituzzjonijiet edukattivi u l-għalliema jistgħu jikkollaboraw
  • toffri attivitajiet ta’ skambju għall-istudenti u l-istaff edukattiv

Il-proġetti Erasmus+

Erasmus+ joffri l-opportunità lill-istituzzjonijiet edukattivi u lil organizzazzjonijiet oħra li

  • jieħdu sehem f’attivitajiet ta’ żvilupp u networking
  • joħolqu sħubijiet ma’ organizzazzjonijiet minn pajjiżi oħrajn, biex jiksbu riżultati innovattivi jew jiskambjaw l-aħjar prattiki
  • jiffaċilitaw opportunitajiet ta’ skambju internazzjonali għal studenti, staff, trainees, apprendisti, voluntiera, persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ u żgħażagħ

Komunità online għall-iskejjel

eTwinning hija l-inizjattiva ewlenija tal-UE għall-kollaborazzjoni skolastika online. Din tipprovdi ambjent sikur għall-għalliema madwar l-Ewropa biex jibnu konnessjonijiet, jaqsmu l-ideat, u jaħdmu flimkien fuq proġetti nazzjonali u internazzjonali.

eTwinning hija parti mill-Pjattaforma Ewropea għall-Edukazzjoni fl-Iskejjel, il-post online fejn jiltaqgħu l-istaff tal-iskejjel, ir-riċerkaturi, dawk li jfasslu l-politika, u professjonisti oħra fis-settur tal-edukazzjoni skolastika.

Komunità online għat-tagħlim għall-adulti

EPALE hi komunità ta’ sħubija miftuħa multilingwi dwar it-tagħlim għall-adulti. Hija miftuħa għall-għalliema u għal kull min għandu rwol professjonali fit-tagħlim għall-adulti fl-Ewropa kollha.

Kooperazzjoni fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali

Il-programm Erasmus+ joffri wkoll opportunitajiet ta’ skambju fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali. Barra minn hekk, il-programm jappoġġa aktar kooperazzjoni internazzjonali għal istituzzjonijiet b’rekord tajjeb f’dawn l-iskambji

Sib organizzazzjonijiet sħab għal proġetti edukattivi

Il-fondi edukattivi tal-UE spiss jinvolvu l-kollaborazzjoni ma’ organizzazzjonijiet sħab.

Jekk inti organizzazzjoni interessata li tapplika għal fond, sib sħab ta’ finanzjament għall-proġett edukattiv tiegħek.