X’qed tagħmel l-UE L-isfidi li qed jikbru bħat-tibdil fil-klima, l-intelliġenza artifiċjali u t-tensjonijiet ġeopolitiċi qed ibiddlu d-dinja li ngħixu fiha. Sabiex jirnexxu f’dan ix-xenarju l-ġdid, jeħtieġ li niżguraw li l-Ewropa tkun post fejn it-tkabbir u l-innovazzjoni jistgħu jkomplu jitrawmu. Il-Kummissjoni qed tqiegħed il-kompetittività fil-qalba tal-aġenda ekonomika tagħha biex tiżgura li n-negozji Ewropej ikunu jistgħu jirnexxu fis-suq globali u biex twassal prosperità sostenibbli għan-nies kollha fl-UE.Il-ħidma tal-Kummissjoni f’dan il-qasam hija ggwidata mir-rapport ta’ Draghi u l-Boxxla għall-Kompetittività. Eżiti mistennija € 470 biljun finanzjament addizzjonali li l-kumpaniji Ewropej jistgħu jiġbru minn suq kapitali aktar integrat€ 37.5 biljun iffrankar annwali potenzjali għall-kumpaniji tal-UE jekk nilħqu l-għanijiet ta’ simplifikazzjoni tagħna500,000 impjiegi ġodda mbassra fl-ekonomija ċirkolari Ewropea sal-2030 Sorsi: Id-Diskors mill-President tal-Kummissjoni Ursula von der Leyen, 23 ta’ April 2024 / Il-Komunikazzjoni dwar il-Boxxla għall-Kompetittività Oqsma ta’ azzjoniIl-Boxxla għall-KompetittivitàIl-pjan direzzjonali tagħna biex inqajmu mill-ġdid id-dinamiżmu tal-Ewropa u nagħtu spinta lit-tkabbir ekonomikuIl-Patt għal Industrija NadifaKif qed inbiddlu d-dekarbonizzazzjoni f’mutur tat-tkabbir għall-industriji EwropejUnjoni ta’ ħilietIl-pjan tagħna li nnaqqsu d-diskrepanzi bejn ix-xogħol u l-ħiliet li qed iżommu lura t-tkabbir EwropewUnjoni tat-Tfaddil u l-InvestimentiIl-ħolqien ta’ opportunitajiet finanzjarji aħjar għaċ-ċittadini tal-UE, filwaqt li n-negozji madwar l-Ewropa jkunu jistgħu jikbruSimplifikazzjoniIt-tnaqqis tal-piż amministrattiv fuq il-kumpaniji tal-UE biex in-negozju jsir aktar faċli u aktar rapiduIr-rapport ta’ DraghiRapport storiku dwar kif l-Ewropa tista’ terġa’ tistabbilixxi l-kompetittività tagħha Il-kisbiet ewlenin L-UE tipprovdi qafas stabbli u sigur għall-kumpaniji bl-iżvilupp ta’ teknoloġiji diġitali, permezz ta’ miżuri bħall-Att dwar id-Data u l-Att dwar il-Governanza tad-Data, l-Att dwar ir-Reżiljenza Ċibernetika u l-Att dwar l-IA.Aktar minn wieħed f’kull ħames teknoloġiji nodfa tad-dinja huma żviluppati fl-UE, u l-Ewropa hija mexxejja dinjija fl-iżvilupp ta’ turbini eoliċi, elettrolizzaturi u fjuwils b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju. L-UE għandha l-akbar network – li qed tiżviluppa l-aktar malajr – ta’ ftehimiet kummerċjali tad-dinja, network li tkopri 76 pajjiż. Aħna s-sieħeb kummerċjali numru wieħed għal 72 pajjiż, li jirrappreżentaw 38 % tal-PDG dinji. Fl-2022, il-valur tal-kummerċ tal-UE permezz ta’ ftehimiet ta’ kummerċ ħieles mas-sħab globali qabeż iż-€2 triljun għall-ewwel darba.Il-Kummissjoni stabbiliet miri ambizzjużi biex tnaqqas ir-rekwiżiti ta’ rapportar b’mill-inqas 25 % għall-kumpaniji kollha u b’mill-inqas 35 % għall-SMEs, u eventwalment tespandi dan it-tnaqqis għat-tipi kollha ta’ piż amministrattiv. Dan huwa parti minn sforz bla preċedent tal-UE lejn is-simplifikazzjoni, li għandu l-għan iħeġġeġ id-dinamiżmu tan-negozju u jattira investiment addizzjonali lejn l-Ewropa.L-UE għandha grupp kbir ta’ ħaddiema tas-sengħa, sistemi ta’ edukazzjoni u taħriġ b’saħħithom, u stat soċjali robust. Illum aktar minn 216.5 miljun persuna, jew aktar minn 75 % tal-popolazzjoni, huma impjegati, aktar milli fi kwalunkwe żmien ieħor fl-istorja tal-UE. Taħt il-lenti Imbuttatura lis-settur Ewropew tal-karozziL-industrija Ewropea tal-karozzi hija settur vitali tal-ekonomija tagħna. Madankollu, qed tiffaċċja ħafna sfidi, inklużi teknoloġiji ġodda, kompetizzjoni dejjem akbar u kuntest ġeopolitiku li qed jinbidel. Biex tindirizza dawn l-isfidi, il-Kummissjoni fasslet pjan ta’ azzjoni ġdid għas-settur. Il-pjan ser jgħin biex jiżgura industrija tal-karozzi b’saħħitha li toħloq l-impjiegi, tixpruna t-tkabbir, u tipproteġi l-ambjent għall-ġenerazzjonijiet li ġejjin.Sir af aktar Links relatati Prijoritajiet 2024-2029: Il-kompetittivitàIs-Semestru Ewropew
L-isfidi li qed jikbru bħat-tibdil fil-klima, l-intelliġenza artifiċjali u t-tensjonijiet ġeopolitiċi qed ibiddlu d-dinja li ngħixu fiha. Sabiex jirnexxu f’dan ix-xenarju l-ġdid, jeħtieġ li niżguraw li l-Ewropa tkun post fejn it-tkabbir u l-innovazzjoni jistgħu jkomplu jitrawmu. Il-Kummissjoni qed tqiegħed il-kompetittività fil-qalba tal-aġenda ekonomika tagħha biex tiżgura li n-negozji Ewropej ikunu jistgħu jirnexxu fis-suq globali u biex twassal prosperità sostenibbli għan-nies kollha fl-UE.Il-ħidma tal-Kummissjoni f’dan il-qasam hija ggwidata mir-rapport ta’ Draghi u l-Boxxla għall-Kompetittività.
Il-Boxxla għall-KompetittivitàIl-pjan direzzjonali tagħna biex inqajmu mill-ġdid id-dinamiżmu tal-Ewropa u nagħtu spinta lit-tkabbir ekonomiku
Il-Patt għal Industrija NadifaKif qed inbiddlu d-dekarbonizzazzjoni f’mutur tat-tkabbir għall-industriji Ewropej
Unjoni ta’ ħilietIl-pjan tagħna li nnaqqsu d-diskrepanzi bejn ix-xogħol u l-ħiliet li qed iżommu lura t-tkabbir Ewropew
Unjoni tat-Tfaddil u l-InvestimentiIl-ħolqien ta’ opportunitajiet finanzjarji aħjar għaċ-ċittadini tal-UE, filwaqt li n-negozji madwar l-Ewropa jkunu jistgħu jikbru
SimplifikazzjoniIt-tnaqqis tal-piż amministrattiv fuq il-kumpaniji tal-UE biex in-negozju jsir aktar faċli u aktar rapidu
Ir-rapport ta’ DraghiRapport storiku dwar kif l-Ewropa tista’ terġa’ tistabbilixxi l-kompetittività tagħha
Imbuttatura lis-settur Ewropew tal-karozziL-industrija Ewropea tal-karozzi hija settur vitali tal-ekonomija tagħna. Madankollu, qed tiffaċċja ħafna sfidi, inklużi teknoloġiji ġodda, kompetizzjoni dejjem akbar u kuntest ġeopolitiku li qed jinbidel. Biex tindirizza dawn l-isfidi, il-Kummissjoni fasslet pjan ta’ azzjoni ġdid għas-settur. Il-pjan ser jgħin biex jiżgura industrija tal-karozzi b’saħħitha li toħloq l-impjiegi, tixpruna t-tkabbir, u tipproteġi l-ambjent għall-ġenerazzjonijiet li ġejjin.Sir af aktar