X’inhi l-Unjoni Ewropea tas-Saħħa
Il-Kummissjoni Ewropea qed tibni Unjoni Ewropea tas-Saħħa b’saħħitha, li fiha l-pajjiżi kollha tal-UE jħejju u jirrispondu flimkien għall-kriżijiet tas-saħħa, fejn il-provvisti tal-mediċini huma disponibbli, affordabbli u innovattivi, u l-pajjiżi jaħdmu flimkien biex itejbu l-prevenzjoni, it-trattament u l-kura ta’ segwitu għall-mard bħall-kanċer.
L-Unjoni Ewropea tas-Saħħa tgħin
- tipproteġi aħjar is-saħħa taċ-ċittadini tagħna
- tgħammar lill-UE u l-Istati Membri tagħha biex jipprevjenu u jindirizzaw aħjar il-pandemiji futuri
- ittejjeb ir-reżiljenza tas-sistemi tas-saħħa tal-Ewropa
Il-lezzjonijiet mill-pandemija tal-coronavirus
Il-pandemija wriet l-importanza tal-koordinazzjoni fost il-pajjiżi Ewropej biex tiġi protetta s-saħħa tan-nies, kemm waqt kriżi kif ukoll fi żminijiet normali meta nistgħu nindirizzaw il-kundizzjonijiet tas-saħħa sottostanti, ninvestu f’sistemi tas-saħħa b’saħħithom u nħarrġu lill-ħaddiema tal-kura tas-saħħa. L-Unjoni Ewropea tas-Saħħa ttejjeb il-protezzjoni, il-prevenzjoni, it-tħejjija u r-rispons fil-livell tal-UE kontra l-perikli għas-saħħa tal-bniedem.
Spazju Ewropew tad-<em>Data</em> dwar is-Saħħa
L-Ispazju Ewropew tad-Data dwar is-Saħħa hu wieħed mill-elementi kostitwenti ċentrali tal-Unjoni Ewropea tas-Saħħa u stadju importanti fit-trasformazzjoni diġitali tal-UE. Għandu l-għan li:
- itejjeb it-twassil tal-kura tas-saħħa fl-UE kollha, billi jagħti s-setgħa lin-nies biex jikkontrollaw id-data tagħhom dwar is-saħħa f’pajjiżhom jew f’pajjiżi oħra tal-UE
- joffri qafas konsistenti, sikur, affidabbli u effiċjenti għall-użu tad-data dwar is-saħħa. Taħt kundizzjonijiet stretti, ir-riċerkaturi, l-innovaturi, l-istituzzjonijiet pubbliċi jew l-industrija se jkollhom aċċess għal ammonti kbar ta’ data dwar is-saħħa ta’ kwalità għolja, kruċjali għall-iżvilupp ta’ trattamenti li jsalvaw il-ħajja, vaċċini jew apparat mediku.
- irawwem suq uniku ġenwin għas-servizzi u l-prodotti tas-saħħa online
L-Ispazju Ewropew tad-Data dwar is-Saħħa jibni fuq rekwiżiti rigorużi tal-privatezza, l-interoperabbiltà u s-sigurtà tad-data, inkluża ċ-ċibersigurtà, li hija kruċjali għall-fiduċja taċ-ċittadini u r-robustezza tal-proġett.
Is-sigurtà tas-saħħa globali
Biex ittejjeb is-sigurtà tas-saħħa globali u twassal għal saħħa aħjar għal kulħadd f’dinja li qed tinbidel, il-Kummissjoni adottat Strateġija Globali ġdida tal-UE dwar is-Saħħa f’Novembru 2022.
L-Istrateġija tqis is-saħħa globali bħala pilastru essenzjali tal-politika esterna tal-UE. Hija tippromwovi sħubijiet sostenibbli u sinifikanti bejn partijiet indaqs abbażi tal-Global Gateway. Bħala d-dimensjoni esterna tal-Unjoni Ewropea tas-Saħħa, l-istrateġija hija mfassla biex tiggwida l-azzjoni tal-UE biex tiżgura tħejjija u rispons aħjar għat-theddid għas-saħħa.
Dokumenti
- Iddawnlowdjaбългарски
- Iddawnlowdjaespañol
- Iddawnlowdjačeština
- Iddawnlowdjadansk
- IddawnlowdjaDeutsch
- Iddawnlowdjaeesti
- Iddawnlowdjaελληνικά
- IddawnlowdjaEnglish
- Iddawnlowdjafrançais
- Iddawnlowdjahrvatski
- Iddawnlowdjaitaliano
- Iddawnlowdjalatviešu
- Iddawnlowdjalietuvių
- Iddawnlowdjamagyar
- IddawnlowdjaNederlands
- Iddawnlowdjapolski
- Iddawnlowdjaportuguês
- Iddawnlowdjaromână
- Iddawnlowdjaslovenčina
- Iddawnlowdjaslovenščina
- Iddawnlowdjasuomi
- Iddawnlowdjasvenska
- Iddawnlowdjaбългарски
- Iddawnlowdjaespañol
- Iddawnlowdjačeština
- Iddawnlowdjadansk
- IddawnlowdjaDeutsch
- Iddawnlowdjaeesti
- Iddawnlowdjaελληνικά
- IddawnlowdjaEnglish
- Iddawnlowdjafrançais
- IddawnlowdjaGaeilge
- Iddawnlowdjahrvatski
- Iddawnlowdjaitaliano
- Iddawnlowdjalatviešu
- Iddawnlowdjalietuvių
- Iddawnlowdjamagyar
- IddawnlowdjaNederlands
- Iddawnlowdjapolski
- Iddawnlowdjaportuguês
- Iddawnlowdjaromână
- Iddawnlowdjaslovenčina
- Iddawnlowdjaslovenščina
- Iddawnlowdjasuomi
- Iddawnlowdjasvenska
- Iddawnlowdjaбългарски
- Iddawnlowdjaespañol
- Iddawnlowdjačeština
- Iddawnlowdjadansk
- IddawnlowdjaDeutsch
- Iddawnlowdjaeesti
- Iddawnlowdjaελληνικά
- IddawnlowdjaEnglish
- Iddawnlowdjafrançais
- IddawnlowdjaGaeilge
- Iddawnlowdjahrvatski
- Iddawnlowdjaitaliano
- Iddawnlowdjalatviešu
- Iddawnlowdjalietuvių
- Iddawnlowdjamagyar
- IddawnlowdjaNederlands
- Iddawnlowdjapolski
- Iddawnlowdjaportuguês
- Iddawnlowdjaromână
- Iddawnlowdjaslovenčina
- Iddawnlowdjaslovenščina
- Iddawnlowdjasuomi
- Iddawnlowdjasvenska