Mur għall-kontenut ewlieni
Colourful pills
Riforma tal-leġiżlazzjoni farmaċewtika tal-UE

Mediċini affordabbli, aċċessibbli u innovattivi

X’se tbiddel ir-riforma tas-settur farmaċewtiku?

  1. Suq Uniku
    noħolqu Suq Uniku għall-mediċini
  2. Qafas regolatorju
    innaqqsu l-piż amministrattiv għall-mediċini biex jilħqu lill-pazjenti aktar malajr
  3. Mediċini għal kulħadd
    niżguraw aċċess aħjar għal mediċini affordabbli
  4. Provvista tal-mediċina
    nindirizzaw in-nuqqas ta’ mediċini, u l-iżgurar tas-sigurtà tal-provvista
  5. Innovazzjoni
    inrawmu l-innovazzjoni u l-kompetittività
  6. Tajbin għall-ambjent
    nagħmlu l-mediċini aktar ambjentalment sostenibbli
  7. Insalvaw il-ħajjiet
    nittrattaw ir-reżistenza għall-antimikrobiċi (AMR)
  8. Trasparenza
    ninformaw aħjar dwar il-finanzjament pubbliku użat għall-iżvilupp tal-mediċini

Inpoġġu lill-pazjenti fiċ-ċentru

Kif se nibbenefika minn approċċ iċċentrat fuq il-pazjent? 

  • Aċċess aħjar għal mediċini effettivi u affordabbli 
  • Tnaqqis fl-iskarsezzi u żieda fid-disponibbiltà tal-mediċini 
  • Dħul fis-suq aktar bikri ta’ mediċini bijosimili biex jitnaqqsu l-prezzijiet tal-mediċini
  • Aktar mediċini għat-tfal u l-mard rari 
  • Żieda fir-rappreżentazzjonijiet tal-pazjenti fl-approvazzjoni tal-mediċini
  • Aċċess aktar faċli għall-informazzjoni dwar il-prodott 
  • Mediċini aktar ambjentalment sostenibbli 

Tnaqqis tar-riskju ta’ nuqqasijiet kritiċi matul ix-xitwa u lil hinn minnha

F’Ottubru 2023, ħadna passi ulterjuri biex nipprevjenu u nnaqqsu n-nuqqasijiet kritiċi ta’ mediċini fl-UE. L-iskarsezzi ta’ mediċina kritiċi reċenti, inklużi ta’ ċerti antibijotiċi fix-xitwa li għaddiet, juru li hi meħtieġa azzjoni kkoordinata kontinwa biex jiġu indirizzati l-isfidi tal-provvista u sabiex il-ktajjen tal-provvista tal-mediċini fl-Ewropa jsiru aktar reżiljenti fuq medda twila ta’ żmien.

Biex iħejju aħjar għax-xitwa 2023/24, l-Awtorità għat-Tħejjija u għar-Rispons f’Każ ta’ Emerġenza tas-Saħħa u l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini diġà identifikaw antibijotiċi ewlenin li għalihom jantiċipaw ir-riskju ta’ nuqqasijiet kritiċi qabel din ix-xitwa u x-xtiewi futuri.

L-azzjonijiet biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet ta’ mediċini fl-UE huma strutturati madwar tliet pilastri

  • azzjonijiet immedjati u fuq terminu qasir biex jittaffew in-nuqqasijiet kritiċi
  • miżuri strutturali għall-appoġġ tas-sigurtà tal-provvista fit-tul
  • sħubijiet internazzjonali għall-provvista

Immedjatament, il-Kummissjoni nediet Mekkaniżmu Ewropew ta’ Solidarjetà Volontarja għall-mediċini fl-24 ta’ Ottubru 2023. Dan jippermetti lil Stat Membru jindika l-ħtiġijiet tiegħu għal mediċina partikolari lil Stati Membri oħrajn, li jistgħu jwieġbu billi jindikaw il-mediċini disponibbli għar-ridistribuzzjoni. 

Azzjonijiet oħrajn jinkludu li

  • tiġi stabbilita lista tal-UE ta’ mediċini kritiċi (sa tmiem l-2023) biex jiġi analizzat fejn huma meħtieġa miżuri addizzjonali fil-katina tal-provvista ta’ mediċini magħżula 
  • tittwaqqaf Azzjoni Konġunta ddedikata fl-2024 biex l-Istati Membri jkunu jistgħu jużaw eżenzjonijiet mir-regoli li jippermettu li l-mediċini jaslu għand il-pazjenti
  • jiġu organizzati skambji tal-aħjar prattiki dwar l-ipprezzar u r-rimborż bejn l-Istati Membri
  • toħroġ gwida tal-UE, sal-bidu tal-2024, dwar il-kisba ta’ mediċini biex tissaħħaħ is-sigurtà tal-provvista
  • jitnieda xiri konġunt tal-UE ta’ antibijotiċi kontra l-viruses respiratorji għax-xitwa 2024/25

Appoġġ għas-sigurtà tal-provvista fit-tul

Biex tħeġġeġ il-produzzjoni ta’ mediċini kritiċi aktar diversi, il-Kummissjoni waqqfet Alleanza tal-Mediċini Kritiċi f’Jannar 2024. Din l-Alleanza tippermetti lill-awtoritajiet nazzjonali, lill-industrija, lir-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, lill-Kummissjoni u lill-aġenziji tal-UE jikkoordinaw l-azzjoni fil-livell tal-UE kontra l-iskarsezzi fit-tul tal-mediċini u jindirizzaw il-vulnerabbiltajiet tal-katina tal-provvista. Hi tiffoka fuq mediċini bl-ogħla riskju ta’ nuqqasijiet u li n-nuqqasijiet tagħhom għandhom l-ogħla impatt fuq is-sistemi tal-kura tas-saħħa u l-pazjenti. Dan jista’ jwitti t-triq għal “Att dwar il-Mediċini Kritiċi” possibbli fil-futur. L-ewwel rakkomandazzjonijiet tal-Alleanza dwar kif tista’ tittejjeb il-provvista ta’ mediċini kritiċi huma mistennija sal-ħarifa tal-2024.  

Fl-ewwel nofs tal-2024, il-Kummissjoni u l-Istati Membri se jiżviluppaw ukoll approċċ strateġiku komuni għall-ħażna tal-mediċini biex jiġu evitati n-nuqqasijiet.

Lil hinn mill-UE, se nistabbilixxu network ta’ sħab internazzjonali biex nindirizzaw ir-reżiljenza tal-katina tal-provvista. Se nistabbilixxu wkoll sħubijiet strateġiċi ma’ pajjiżi mhux tal-UE għall-produzzjoni ta’ mediċini kritiċi, li jirriflettu kemm id-domandi kif ukoll il-ħtiġijiet lokali fil-livell tal-UE u dak globali.

Inrawmu l-innovazzjoni għal industrija farmaċewtika kompetittiva

Biex tistabbilixxi din is-sistema, il-Kummissjoni qed tipproponi direttiva li jkun fiha r-rekwiżiti kollha għall-awtorizzazzjoni, il-monitoraġġ, it-tikkettar u l-protezzjoni regolatorja, it-tqegħid fis-suq u proċeduri oħrajn għall-mediċini kollha awtorizzati fil-livell tal-UE u fil-livell nazzjonali u tarmonizza r-regoli tal-awtorizzazzjoni fl-UE.

Kif se jinkiseb settur farmaċewtiku kompetittiv? 

  • Nippromwovu innovazzjoni ta’ klassi dinjija 
  • Innaqqsu l-amministrazzjoni u nħaffu l-awtorizzazzjoni ta’ mediċini innovattivi 
  • Ninċentivaw ir-riċerka u l-iżvilupp 
  • Nindirizzaw ir-reżistenza antimikrobika 

Nindirizzaw ir-reżistenza antimikrobika

L-antimikrobiċi huma mediċini li jintużaw għall-prevenzjoni u l-kura ta’ infezzjonijiet fil-bnedmin, fl-annimali u fil-pjanti. Ir-reżistenza għall-antimikrobiċi (AMR) isseħħ meta l-mikrobi jieqfu jirrispondu għal mediċini mfassla biex joqtluhom, u tiġi kkawżata minn użu żejjed jew użu ħażin ta’ antimikrobiċi bħall-antibijotiċi.

Pandemija silenzjuża

Il-proposta tirrakkomanda:

1. Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq u sorveljanza tal-antimikrobiċi

  • Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq tal-antimikrobiċi biex jiġu inklużi miżuri ta’ użu prudenti
  • Sorveljanza u monitoraġġ addizzjonali tal-konsum tal-antimikrobiċi, prevenzjoni u kontroll aħjar tal-infezzjonijiet; aktar għarfien tal-pubbliku, edukazzjoni u taħriġ tal-professjonisti.

2. Użu prudenti tal-antimikrobiċi

Nofs iċ-ċittadini tal-UE biss huma konxji li l-antibijotiċi huma ineffettivi kontra l-viruses. L-użu żejjed u l-użu ħażin ta’ antimikrobiċi bħall-antibijotiċi jfisser li l-AMR qed tiżdied.

Il-Kummissjoni qed tippromwovi użu aktar prudenti tal-antimikrobiċi billi hi stess tistabbilixxi mira għal użu mnaqqas tal-antibijotiċi u qed tirrakkomanda lill-Istati Membri jistabbilixxu miri nazzjonali korrispondenti:

  • tnaqqis ta’ 20% fil-konsum tal-antibijotiċi fl-UE sal-2030
  • rakkomandazzjoni ta’ miri fil-livell nazzjonali flimkien ma’ dan

3. Niżguraw id-disponibbiltà tal-antibijotiċi

L-użu prudenti tal-antibijotiċi hu essenzjali biex tiġi indirizzata l-AMR, iżda dan jaffettwa wkoll il-volumi tal-bejgħ u r-redditu fuq l-investiment għall-iżviluppaturi tal-mediċini.

Għalhekk jeħtieġ li ninkoraġġixxu l-iżvilupp ta’ antimikrobiċi innovattivi u niżguraw l-aċċess għall-antimikrobiċi u d-disponibbiltà tagħhom.

Il-Kummissjoni qed tipproponi:

  • voucher ta’ esklużività tad-data trasferibbli li jagħti lill-iżviluppaturi ta’ antimikrobiċi ġodda sena addizzjonali ta’ protezzjoni tas-suq, li jagħmilha aktar attraenti li jiġu żviluppati antimikrobiċi innovattivi mingħajr kontribuzzjonijiet finanzjarji diretti mill-Istati Membri.
  • Mekkaniżmi ta’ akkwist biex jipprovdu aċċess għall-antimikrobiċi, inklużi dawk li qed jiġu żviluppati.

4. Niġġieldu kontra l-AMR globalment

L-AMR ma tistax tiġi indirizzata minn settur wieħed, pajjiż wieħed jew kontinent wieħed f’iżolament. Dan ifisser:

  • Inżommu l-AMR fiċ-ċentru tal-Istrateġija Globali tal-UE dwar is-Saħħa
  • Ninsistu għal aktar kooperazzjoni globali pereżempju, billi nindirizzaw l-AMR fi ftehim internazzjonali potenzjali tad-WHO dwar il-prevenzjoni, it-tħejjija u r-rispons għall-pandemiji.

Dokumenti

  • 22 MEJJU 2024
Factsheet Pharma - Putting patients in the centre