Mur għall-kontenut ewlieni
alt=""
Ugwaljanza u inklużjoni

Nibnu Unjoni ta’ Ugwaljanza

Dan hu l-mument li nuru lill-ġenerazzjoni li tiela’ li nistgħu nibnu kontinent fejn tista’ tkun min verament int, tħobb lil min trid, u timmira fl-għoli kemm trid.

Ursula von der Leyen, diskors dwar l-Istat tal-Unjoni 2023

Id-dritt li tkun min int

Fl-UE, id-diskriminazzjoni bbażata fuq kwalunkwe raġuni (bħas-sess, l-oriġini razzjali jew etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali) hi pprojbita mil-liġi. Iżda għal ħafna nies, din għadha realtà ta’ kuljum.

Sabiex jiġi żgurat li d-drittijiet fundamentali tal-ugwaljanza u n-nondiskriminazzjoni jiġu rispettati, il-Kummissjoni kontinwament tipproponi politiki u inizjattivi ġodda, li jiffukaw fuq il-promozzjoni tal-ugwaljanza u l-inklużjoni.

Naġixxu kontra d-diskriminazzjoni

Kontinent fejn tista’ timmira fl-għoli kemm trid

L-UE qed tistinka biex tkun kontinent fejn kulħadd jista’ jagħżel liema triq irid fil-ħajja, ħieles mill-vjolenza u l-istereotipi bbażati fuq il-ġeneru.

Ugwaljanza bejn il-ġeneri

 

a father helping his son do his homework
70.2 punt
(minn 100) milħuqa mill-UE fl-Indiċi tal-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri 2023
a woman working, looking at papers and a laptop
33%
tal-membri tal-parlamenti nazzjonali tal-UE huma nisa
woman researcher looking into a microscope
10,7%
hi d-differenza ġenerali bejn il-ġeneri fl-impjiegi

Sorsi: L-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri, Eurostat

Kontinent fejn tista’ tħobb lil min trid

L-Unjoni Ewropea tinsab fuq quddiem nett fil-protezzjoni aħjar tad-drittijiet tal-persuni leżbjani, omosesswali, bisesswali, trans, intersesswali u queer (LGBTIQ).

LGBTIQ flag on a circular blue background
23 pajjiż tal-UE
għandhom leġiżlazzjoni dwar l-ugwaljanza dwar l-orjentazzjoni sesswali li tmur lil hinn mill-impjieg
woman with the LGBTIQ flag on her back
Aktar minn 100+ inizjattiva
ffinanzjati mill-UE biex jappoġġjaw lill-persuni LGBTIQ

Sorsi: Mappa qawsalla, rapport ta’ progress dwar l-Istrateġija dwar l-Ugwaljanza tal-LGBTIQ 2020-2025

Kontinent fejn tista’ tkun min int

Nindirizzaw ir-razziżmu 

Biex tindirizza dan, il-Kummissjoni adottat il-Pjan ta’ Azzjoni Kontra r-Razziżmu 2020-2025. Fost objettivi oħrajn, il-pjan

  • jintroduċi miżuri u programmi ta’ finanzjament għall-ġlieda kontra r-razziżmu u d-diskriminazzjoni fl-aċċess għas-suq tax-xogħol, l-edukazzjoni u t-taħriġ, il-kura tas-saħħa, il-protezzjoni soċjali u l-akkomodazzjoni;
  • jippromwovi sensiela ta’ azzjonijiet biex jiġu indirizzati l-istereotipi razzjali u etniċi mal-media, is-soċjetà ċivili u r-rappreżentanti ta’ persuni bi sfond razzjali jew etniku minoritarju;
  • iħeġġeġ lill-Istati Membri jadottaw miżuri biex jevitaw jew jikkumpensaw għall-iżvantaġġi marbutin mad-diskriminazzjoni bbażata fuq ir-razza jew l-oriġini etnika.

Pjan ta’ Azzjoni Kontra r-Razziżmu 2020-2025

Aktar inklużjoni għall-persuni b’diżabbiltà

a man carrying a white cane
101 miljun
persuna fl-UE għandhom diżabbiltà
five people in wheelchairs looking up
50%+
iħossuhom diskriminati
man in a wheelchair in front of a desk, working on his computer
51%
għandhom impjieg

Sors: Strateġija dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbiltà 2021–2030 (stħarriġ imwettaq fost il-persuni b’diżabbiltà)

Ugwaljanza, inklużjoni u parteċipazzjoni tar-Rom

  • it-tnaqqis tal-proporzjon ta’ Rom b’esperjenza ta’ diskriminazzjoni b’mill-anqas nofs
  • it-tnaqqis tal-ispariġġ tal-faqar bejn ir-Rom u l-popolazzjoni ġenerali b’mill-anqas nofs
  • it-tnaqqis tal-proporzjon ta’ tfal Rom li jattendu skejjel primarji segregati b’mill-anqas nofs fl-Istati Membri b’popolazzjoni sinifikanti tar-Rom
  • it-tnaqqis tad-distakk fl-istennija tal-għomor b’mill-anqas nofs

Ugwaljanza, inklużjoni u parteċipazzjoni tar-Rom fl-UE

It-Task Force għall-ugwaljanza

Il-ħames strateġiji kollha tal-Unjoni ta’ Ugwaljanza jikkombinaw miżuri mmirati (bħal leġiżlazzjoni dwar l-ugwaljanza jew attivitajiet dedikati ta’ sensibilizzazzjoni) u sforzi biex l-ugwaljanza tiġi integrata f’oqsma oħrajn ta’ politika.

Biex tgħin tintegra l-ugwaljanza fl-oqsma kollha ta’ politika, il-Kummissjoni ħolqot task force apposta.

It-Task Force għall-Ugwaljanza tal-Kummissjoni Ewropea