Kontenut tal-PaġnaKontenut tal-Paġna Għal min hi din il-paġna? Jekk tikkollabora mal-Kummissjoni Ewropea, probabbilment se tuża l-pjattaforma diġitali M365. Hawnhekk se ssib l-istruzzjonijiet dwar kif taċċessaha. Ġejt mistieden nikkollabora mal-Istaff tal-Kummissjoni Ewropea. Xi jmiss? Membru tal-istaff tal-Kummissjoni Ewropea stiednek tikkollabora miegħu fil-pjattaforma diġitali M365 tal-Kummissjoni. Jekk dan hu l-każ, suppost irċevejt email fl-inbox tiegħek. Jekk jogħġbok iċċekkja l-folder tal-ispam jew tal-junk ukoll. Iftaħ l-email, u kklikkja “Iftaħ Teams” jew “Aċċetta l-Istedina”. Il-proċess se jiggwidak permezz tal-awtentikazzjoni tal-kont tiegħek u jagħtik aċċess. Agħmel is-sign in Biex taċċessa l-pjattaforma M365, trid tagħmel is-sign in u tawtentika ruħek bħala mistieden. Hu biss wara li tkun awtentikat b’suċċess fil-pjattaforma M365 li tkun tista’ tikkollabora mal-istaff tal-Kummissjoni f’Teams jew tingħaqad ma’ laqgħa f’Teams. Kif se tagħmel is-sign in jiddependi mill-indirizz tal-email tiegħek u mit-tip tal-kont. Tipi differenti ta’ kontijiet Hemm żewġ xenarji: Jekk qed tuża s-servizzi tal-Microsoft (Office 365 jew Azure AD), tista’ tilloggja bil-metodu ta’ awtentikazzjoni tas-soltu mill-organizzazzjoni tiegħek. Jekk m’għandekx kont mal-Microsoft, tista’ tawtentika b’password ta’ darba (OTP) jew toħloq kont tal-Microsoft biex tawtentika b’password. Illoggjar b’kont tal-Microsoft: Nota: Jekk għandek indirizz tal-email li jispiċċa b’Outlook, Hotmail jew Office, tista’ tagħmel is-sign in f’M365 u f’Teams bil-kont tal-email u bil-password tiegħek. Dawn huma kollha kontijiet tal-Microsoft. Meta tikklikkja l-“buttuna vjola” fl-email li rċevejt, se tintalab iddaħħal l-indirizz tal-email u l-password tiegħek għall-kont tal-Microsoft Jekk tuża l-Office 365 fl-organizzazzjoni tiegħek, se tintalab tawtentika bħas-soltu – dan se jippermettilek taqleb għall-pjattaforma tal-Kummissjoni meta jkun meħtieġ Wara l-awtentikazzjoni, se tiġi ggwidat lejn il-pjattaforma M365 tal-Kummissjoni Aqleb bejn pjattaforma u oħra: Wara li tkun ġejt miżjud fil-pjattaforma M365 tal-Kummissjoni, tkun tista’ taqleb għaliha, billi tikklikkja l-istampa tal-profil tiegħek u tagħżel il-Kummissjoni Ewropea. Jekk ma tarax il-pjattaforma tal-Kummissjoni fil-lista ta’ pjattaformi disponibbli fl-app tal-web ta’ Teams, jekk jogħġbok ħassar il-cookies tal-browser tiegħek. Jekk ma tarax il-pjattaforma tal-Kummissjoni fil-lista ta’ pjattaformi disponibbli fl-app ta’ Teams fuq id-desktop, jekk jogħġbok stenna ftit. Jista’ jieħu ftit jiem biex l-awtentikazzjoni tiġi pproċessata. Jekk urġenti, jekk jogħġbok uża l-app tal-web ta’ Teams, jew ħassar il-cache tal-app ta’ Teams fuq id-desktop. Illoggjar mingħajr kont tal-Microsoft: Jekk m’għandekx kont tal-Microsoft, żomm l-istedina bl-email biex tikkonnettja ma’ Teams fil-futur. Se jkun il-“biljett” ta’ aċċess rapidu tiegħek biex tawtentika mill-ġdid b’mod sempliċi. Jekk titlef l-email, tista’ titlob il-punt ta’ kuntatt tiegħek fil-Kummissjoni biex ineħħik u mbagħad jistiednek mill-ġdid fit-tim. Awtentikazzjoni b’Password ta’ Darba: Fil-kaxxa tad-djalogu “Sign in”, agħżel “Ibgħat il-kodiċi”. Se tirċievi kodiċi ta’ verifika tal-kont. Din tissejjaħ verifika b’“Password ta’ Darba” (OTP). Ikkopja l-kodiċi. Issa daħħal il-kodiċi li kkupjajt fil-kaxxa tad-djalogu ta’ verifika tal-email u kklikkja “Sign in” Irrevedi l-permess u kklikkja “Aċċetta”. Kollaborazzjoni vs Komunikazzjoni Il-komunikazzjoni (messaġġi istantanji, telefonati audio u video) mal-istaff tal-Kummissjoni hi possibbli jekk l-organizzazzjoni tiegħek qed tuża l-Office 365, u l-konfigurazzjoni tal-aċċess estern tippermetti l-komunikazzjoni. L-użu ta’ aċċess estern hu biżżejjed biex wieħed jissieħeb fil-laqgħat. Madankollu, il-kollaborazzjoni (f’Team, ixxerjar ta’ posts, tfassil konġunt ta’ dokumenti) dejjem se tkun teħtieġ kont ta’ mistieden fil-pjattaforma M365 tal-Kummissjoni. Nota għall-amministraturi tal-IT: L-organizzazzjonijiet li qed jużaw l-Office 365, li jixtiequ jikkomunikaw mal-istaff tal-Kummissjoni – huma mistiedna jżidu l-klijent ec.europa.eu mal-lista tal-permessi fil-konfigurazzjonijiet tal-federazzjoni tal-klijent tiegħek u jadattaw kwalunkwe konfigurazzjoni oħra biex jippermettu aċċess estern. Portal tal-mistednin Ladarba tkun segwejt il-passi kollha u tilloggja fil-pjattaforma M365 tal-KE, se tkun tista’ taċċessa l-portal tal-mistednin. Hemmhekk tista’ timmaniġġja l-“kont tal-mistednin” tiegħek. Biex tivverifika jekk illoggjajtx b’mod korrett, ipprova aċċessa l-portal tal-mistednin. Jekk jitla’ messaġġ ta’ żball, jekk jogħġbok kun ċert li segwejt il-passi kollha taħt it-taqsima dwar is-sign in hawn fuq. Links relatati How to create a new Microsoft accountHow to change the Microsoft passwordLeave the organisation as guest userHow to clear cookies in any browserHow to switch environmentsReġistru tal-ipproċessar tad-<i>data</i>