Mur għall-kontenut ewlieni
  • Artiklu tal-aħbarijiet
  • 15 Novembru 2024
  • Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni
  • 1 min qari

Attenzjoni għad-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa

Portrait of a blond woman in warehouse of a metal factory - stock photo

 

Paga ndaqs għall-istess xogħol hija wieħed mill-prinċipji fundamentali tal-UE. U minkejja dan, stħajlek taħdem sal-aħħar tas-sena, imma l-paga tiqaflek mil-lum? Minflok ma titħallas għal sena sħiħa, titħallas biss għal 10 xhur u nofs. Għan-nisa fl-UE, li jaqilgħu medja ta’ 13 % inqas mill-irġiel li jagħmlu l-istess xogħol, din jafu eżatt xi tfisser.

Illum huwa l-Jum tal-UE għall-Pagi Ndaqs. Ikun hemm jum fis-sena li fih in-nisa fl-Ewropa simbolikament jieqfu jitħallsu filwaqt li l-irġiel le. Dan il-jum infakkruh kull sena ħalli nkomplu nqajmu kuxjenza dwar il-fatt li l-ħaddiema nisa għadhom jaqilgħu inqas bħala medja.

Il-Jum jiċċaqlaq skont xi jkunu wrew l-aħħar figuri tad-differenza bejn dak li jaqla’ raġel u dak li taqla’ mara fl-UE, u din is-sena, l-2024, ħabat fil-15 ta’ Novembru. Matul dawn l-aħħar għaxar snin, ftit li xejn kien hemm progress fl-Ewropa, tant li t-tnaqqis fid-distakk mill-2014 ’l hawn kien biss ta’ 3 punti perċentwali.

L-UE qed taħdem biex tnaqqas din id-differenza fil-pagi billi toħloq leġiżlazzjoni ġdida u timmonitorja l-implimentazzjoni tagħha. Dan jinkludi direttiva apposta dwar il-pagi ndaqs, kif ukoll leġiżlazzjoni dwar it-trasparenza fil-pagi, il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata u l-bilanċ bejn il-ġeneri fuq il-bordijiet korporattivi.

Għal aktar informazzjoni

Dikjarazzjoni dwar il-Jum Ewropew għall-Pagi Ndaqs

Equal Pay Day

EU action for equal pay

Azzjonijiet għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri

 

Dettalji

Data tal-pubblikazzjoni
15 Novembru 2024
Awtur
Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni