Azzjonijiet
Post tax-xogħol attraenti
Il-Kummissjoni se tagħti spinta lill-isforzi eżistenti biex jinħoloq ambjent tax-xogħol inklużiv, sostenibbli u flessibbli b’perspettivi ta’ żvilupp professjonali u kundizzjonijiet tax-xogħol favur il-familja. Ġew inklużi miżuri speċifiċi biex jirrispettaw u jikkontribwixxu għall-Patt Ekoloġiku Ewropew.
Għażla u reklutaġġ aktar veloċi u aktar aġli
Il-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal, se tintroduċi proċeduri ta’ selezzjoni u reklutaġġ moderni, aktar rapidi u aktar flessibbli. L-għan huwa li jintgħażlu l-aktar individwi b’talent u xierqa, li jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi għall-applikanti minn sfondi differenti, u li jinżamm it-talent intern.
Karriera flessibbli u sinifikanti għall-persunal kollu
Il-Kummissjoni se ssaħħaħ il-perspettivi tal-karriera tal-istaff billi tippromwovi l-mobbiltà interna u esterna. Il-gwida għall-karriera, l-ikkowċjar u t-tfittxija għal impjegati ġodda internament se jissaħħu. L-offerta ta’ taħriġ se tittejjeb billi jiġu żviluppati pakketti ta’ tagħlim għal professjonijiet differenti.
Servizzi tal-HR issimplifikati
Azzjoni trasversali se tappoġġja lit-tlieta l-oħra, billi tissimplifika u tħaffef il-proċeduri kull fejn ikun possibbli. Is-servizzi se jitfasslu b’kunsiderazzjoni tal-utent finali u se jkunu intelliġenti u faċli għall-utent. Dan se jkun possibbli permezz ta’ għodod effettivi tal-IT tal-HR li jissodisfaw l-aspettattivi tal-istaff u r-rekwiżiti tan-negozju.
Taħt il-lenti