Ngħaqqdu l-isforzi tagħna flimkien biex inraħħsu l-ħajja Iċ-ċittadini Ewropej għandu jkollhom moħħhom mistrieħ u mhux ikunu inkwetati dwar il-ġejjieni tagħhom. Għal dan l-għan, jeħtieġu aċċess għal impjiegi ta’ kwalità, akkomodazzjoni, enerġija, u trasport bi prezzijiet aċċessibbli, u ikel ta’ kwalità għolja u li ma jagħmlilhomx ħsara. Iżda jibqa’ l-fatt li, għal ħafna Ewropej, l-għoli tal-ħajja sar sors ta’ tħassib. L-ispejjeż għall-akkomodazzjoni, għall-enerġija, jew għat-trasport qed jagħmlu pressjoni fuq bwiethom. Il-ħajja għolja qed taffettwa wkoll il-kapaċità tan-negozji li jattiraw u jżommu t-talent u taffettwa s-servizzi pubbliċi, minħabba li l-infermieri jew il-ħaddiema tat-tifi tan-nar mhux se jmorru jaħdmu f’postijiet fejn il-kirjiet huma għoljin wisq għalihom u ma jibqgħalhomx f’idejhom biżżejjed flus għall-ħajja.Huwa għalhekk li qed nieħdu azzjoni. Flimkien mal-pajjiżi u r-reġjuni tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll man-negozji u l-partijiet ikkonċernati l-oħrajn kollha, il-Kummissjoni qed taħdem fuq kull front biex tikkontribwixxi għal ħajja ta’ kuljum aktar faċli għan-nies fl-UE.L-ewwel nett, qed naħdmu biex nagħtu spinta lill-kompetittività, sabiex in-negozji u l-industriji tagħna jkunu jistgħu joffru aktar impjiegi u impjiegi ta’ kwalità aħjar, b’introjtu adegwat. U qed niffukaw ukoll speċifikament fuq l-oqsma ewlenin li jaffettwaw l-ispejjeż ta’ kuljum:l-akkomodazzjonil-enerġijait-trasportl-ikelL-għan huwa li lill-Ewropej ngħinuhom isibu postijiet fejn jgħixu, jaħdmu, u jrabbu l-familji tagħhom bi prezzijiet li jkunu jifilħu għalihom, mingħajr ma jkunu anzjużi dwar il-ġejjieni. Kif se naslu għal sitwazzjoni fejn in-nies ikunu jistgħu jlaħħqu mal-ħajja? L-isforzi tagħna biex inraħħsu l-ħajja huma msejsin fuq tliet inizjattivi ewlenin: L-akkomodazzjoniId-dar hija l-pedament tas-soċjetà, iżda għal għadd kbir ta’ Ewropej illum il-ġurnata d-dar saret sors ta’ ansjetà. Tista’ tfisser ħafna dejn jew inċertezza. 60%b’kemm għolew il-prezzijiet tad-djar mill-2013 ’l hawn22%b’kemm naqsu l-permessi għall-bini mill-2020 ’l hawnaktar minn 20%b’kemm għolew il-kirjiet medji mill-2013 ’l hawn Ippreżentajna l-pjan Ewropew għal akkomodazzjoni affordabbli biex l-akkomodazzjoni ssir aktar aċċessibbli finanzjarjament, aktar sostenibbli, u ta’ kwalità aħjar.Il-pjan jifli r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għall-akkomodazzjoni biex jara kif nistgħu nagħmluha aktar faċli li jinbnew djar ġodda u li jiġu rinnovati djar eżistenti. L-għan huwa li tingħata spinta lill-provvista tal-akkomodazzjoni permezz ta’ bini ġdid u tar-rinnovazzjoni, u biex tiġi sostnuta l-innovazzjoni fis-settur tal-kostruzzjoni. Hemm bżonn li r-regoli jiġu ssimplifikati biex jitnaqqas il-piż b’rabta mar-rinnovazzjoni, jitħaffef il-ħruġ tal-permessi, u jiġi żblukkat l-investiment. Dan se jgħin biex tiżdied il-provvista tal-akkomodazzjoni billi jiġu mmobilizzati kemm l-investiment privat kif ukoll dak pubbliku f’akkomodazzjoni bi prezzijiet raġonevoli.Il-Kummissjoni se tindirizza wkoll il-kirjiet għal żmien qasir, sabiex dawk li jgħixu fi bliet kbar xorta jkunu jistgħu jsibu postijiet tajbin fejn joqogħdu. Il-karozzi 30%b’kemm żdiedu l-ispejjeż tat-trasport mill-2015 ’l hawn Miljuni ta’ Ewropej iridu jixtru karozzi bi prezzijiet raġonevoli, u rridu naġixxu b’rispons għall-esiġenzi tagħhom.Se naħdmu mal-industrija fuq inizjattiva ġdida ta’ karozzi żgħar u affordabbli sabiex l-Ewropa tiżviluppa l-karozza elettrika nadifa, effiċjenti, u ħafifa tagħha stess li tinbiegħ bi prezz raġonevoli. Dan se jgħin ukoll biex immantnu industrija awtomobilistika Ewropea b’saħħitha, li tħaddem 13-il miljun ruħ u ssostni l-għajxien ta’ miljuni ta’ nies. L-enerġijaF’dawn l-aħħar snin, ir-Russja pprovokat kriżi tal-enerġija fl-Ewropa. Għalkemm irnexxielna nistabbilizzaw il-prezzijiet tal-enerġija u niżguraw il-provvisti, il-prezzijiet tal-enerġija għadhom ogħla milli huma f’partijiet oħrajn tad-dinja. U l-kontijiet tad-dawl għadhom sors reali ta’ ansjetà għal bosta Ewropej. Diġà ħadna għadd ta’ passi biex innaqqsu l-prezzijiet tal-enerġija.Kemm hu stmat li ffrankaw il-konsumaturi u l-industrija €45 biljunfl-2025sa €130 biljunkull sena minn issa sal-2030 Pereżempju, l-UE stabbiliet il-pjan ta’ azzjoni għal enerġija affordabbli, li għandu l-għan li jraħħas il-kontijiet tad-dawl, inaqqas l-esponiment għal xokkijiet fil-prezzijiet, u jipproteġi lill-konsumaturi.Se nkomplu niffukaw fuq it-tnaqqis tal-prezzijiet tal-enerġija billi nespandu l-enerġija nadifa u domestika, u nsaħħu l-infrastruttura. Dan ifisser l-introduzzjoni ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli aktar malajr, filwaqt li jiġu mmodernizzati u jsir investiment fl-infrastruttura u fl-interkonnetturi.Il-passi li jmiss jinkludupakkett ta’ sostenn għall-finanzjament tal-effiċjenza enerġetikapakkett tal-enerġija għaċ-ċittadini ffukat fuq it-traħħis tal-kontijiet tal-enerġija u fuq interventi fil-qasam tal-enerġija elettrika Impjiegi u għajxien aħjar Sabiex titjieb il-kwalità tal-ħajja u tissaħħaħ il-kompetittività tal-Ewropa, il-Kummissjoni se taġixxi fi tliet oqsma oħrajn:L-ewwel nett, bil-boxxla għall-kompetittività, qed ngħinu lin-negozji jikbru u joħolqu aktar impjiegi ta’ kwalità aħjar.It-tieni nett, bil-pjan direzzjonali għal impjiegi ta’ kwalità u bl-att futur dwar l-impjiegi ta’ kwalità, qed niżguraw li l-impjiegi jadattaw għal ekonomija moderna.It-tielet nett, se nippreżentaw l-istrateġija tal-UE kontra l-faqar, li se tindirizza l-problema tan-nies bla saqaf fuq rashom u l-għeruq tal-problema tal-faqar.Aħna impenjati wkoll li niżguraw aċċess għal ikel ta’ kwalità għolja u bi prezzijiet raġonevoli. Il-bdiewa u s-sajjieda tal-Ewropa għandhom rwol vitali fis-sigurtà tal-ikel, fil-bijodiversità, u fil-protezzjoni ambjentali. Aħna nappoġġjawhom, sabiex ikunu jistgħu jkomplu jipproduċu ikel tajjeb u bi prezzijiet raġonevoli għal kulħadd. Inħarsu ’l quddiem Billi naħdmu flimkien fil-livelli tal-UE, nazzjonali, u lokali, se nintensifikaw l-investiment, nissimplifikaw ir-regoli, u nipprovdu soluzzjonijiet konkreti b’rabta mal-impjiegi, mal-akkomodazzjoni, mal-enerġija, mat-trasport, u mal-ikel. L-għan huwa li niżguraw li l-Ewropa tibqa’ post fejn in-nies jistgħu jgħixu u jaħdmu b’fiduċja, sigurtà, u kwalità ta’ ħajja tajba. Links relatati Affordable energy Energy povertyIl-ġejjieni tal-agrikolturaImbuttatura lis-settur Ewropew tal-karozzi
Iċ-ċittadini Ewropej għandu jkollhom moħħhom mistrieħ u mhux ikunu inkwetati dwar il-ġejjieni tagħhom. Għal dan l-għan, jeħtieġu aċċess għal impjiegi ta’ kwalità, akkomodazzjoni, enerġija, u trasport bi prezzijiet aċċessibbli, u ikel ta’ kwalità għolja u li ma jagħmlilhomx ħsara. Iżda jibqa’ l-fatt li, għal ħafna Ewropej, l-għoli tal-ħajja sar sors ta’ tħassib. L-ispejjeż għall-akkomodazzjoni, għall-enerġija, jew għat-trasport qed jagħmlu pressjoni fuq bwiethom. Il-ħajja għolja qed taffettwa wkoll il-kapaċità tan-negozji li jattiraw u jżommu t-talent u taffettwa s-servizzi pubbliċi, minħabba li l-infermieri jew il-ħaddiema tat-tifi tan-nar mhux se jmorru jaħdmu f’postijiet fejn il-kirjiet huma għoljin wisq għalihom u ma jibqgħalhomx f’idejhom biżżejjed flus għall-ħajja.Huwa għalhekk li qed nieħdu azzjoni. Flimkien mal-pajjiżi u r-reġjuni tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll man-negozji u l-partijiet ikkonċernati l-oħrajn kollha, il-Kummissjoni qed taħdem fuq kull front biex tikkontribwixxi għal ħajja ta’ kuljum aktar faċli għan-nies fl-UE.L-ewwel nett, qed naħdmu biex nagħtu spinta lill-kompetittività, sabiex in-negozji u l-industriji tagħna jkunu jistgħu joffru aktar impjiegi u impjiegi ta’ kwalità aħjar, b’introjtu adegwat. U qed niffukaw ukoll speċifikament fuq l-oqsma ewlenin li jaffettwaw l-ispejjeż ta’ kuljum:l-akkomodazzjonil-enerġijait-trasportl-ikelL-għan huwa li lill-Ewropej ngħinuhom isibu postijiet fejn jgħixu, jaħdmu, u jrabbu l-familji tagħhom bi prezzijiet li jkunu jifilħu għalihom, mingħajr ma jkunu anzjużi dwar il-ġejjieni.