Mur għall-kontenut ewlieni

Analiżijiet fil-fond tal-oqsma strateġiċi għall-interessi tal-Ewropa

Fil-kuntest tal-aġġornament tal-Istrateġija Industrijali, il-Kummissjoni Ewropea għamlet analiżijiet fil-fond ta’ numru ta’ oqsma li jistgħu jitqiesu strateġiċi għall-interessi tal-Ewropa. Dawn l-analiżijiet jeżaminaw in-natura tad-dipendenzi strateġiċi possibbli, l-impatt tagħhom kif ukoll ir-reazzjonijiet ta’ politika rilevanti, li f’xi każijiet diġà jinsabu għaddejjin. Dawn il-valutazzjonijiet ma għandhomx jitqiesu bħala analiżi eżawrjenti tad-dipendenzi strateġiċi possibbli kollha tal-UE, iżda pjuttost bħala l-ewwel stadju ta’ valutazzjonijiet li jikkonċernaw numru ta’ oqsma importanti.

Materja prima

Peress li l-UE ma tipproduċix il-materja prima kollha li hi meħtieġa biex tissodisfa d-domanda tagħna, l-industrija tal-UE qed tiffaċċja kompetizzjoni globali fl-aċċess għall-materja prima.

Aktar minn irduppjat
estrazzjoni tal-materja prima
globalment mill-1990
40%
tkabbir fil-konsum
mistenni sal-2040

Il-Kummissjoni identifikat 30 materja prima kritika fil-lista ta’ Materja Prima Kritika tal-2020 tagħha. Din hi materja prima li hi ekonomikament importanti ħafna u għandha riskju għoli ta’ provvista. 

  • Magnet

    Il-materjali tal-art rari jintużaw f’kalamiti li jċaqilqu l-karozzi elettriċi u li jħaddmu t-turbini tar-riħ.

  • led bulb

    Il-gallju u l-indju huma parti mit-teknoloġija tad-dijodi li jemettu d-dawl (LED) fil-bozoz.

  • Semiconductor

    Il-metall tas-siliċju jintuża f’semikondutturi.

  • hydrogen fuel

    Il-metalli tal-grupp tal-platinu huma meħtieġa fiċ-ċelloli tal-fjuwil tal-idroġenu u l-elettrolizzaturi.

Kwistjonijiet ewlenin

  • click icon

    Diversi setturi u teknoloġiji strateġiċi jiddependu fuq l-aċċess għal materja prima kritika 

  • click icon

    Provvista globali ta’ xi materja prima hi kkonċentrata ħafna f’pajjiżi speċifiċi

    • 98% tal-provvista tal-materjali tal-art rari tal-UE tiġi miċ-Ċina
    • 98% tal-provvista tal-borat tal-UE tiġi mit-Turkija
    • 71% tal-ħtiġijiet tal-UE għall-platinu ġejjin mill-Afrika t’Isfel
    • Kumpaniji uniċi jfornu lill-UE bl-afnju u bl-istronzju
    • click icon

      Il-produzzjoni globali tal-materja prima hi dejjem aktar soġġetta għal restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni

    Aktar minn 70% tal-produzzjoni globali tal-kobalt, tal-materjali tal-art rari u tat-tungstenu hi soġġetta għal restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni.

    • click icon

      Id-domanda għal materja prima ewlenija fl-enerġiji rinnovabbli u l-mobbiltà elettronika se tiżdied diversi drabi mill-2030 sal-2050

    Azzjonijiet oħrajn għall-appoġġ ta’ proġetti ta’ materja prima

    • 2 Proġetti Importanti ta’ Interess Ewropew Komuni (IPCEI) dwar il-katina tal-valur tal-batteriji 
    • Opportunitajiet ta’ investiment taħt il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza
    • €300 miljun għar-riċerka u l-innovazzjoni tal-materja prima taħt Orizzont Ewropa
    • Sħubijiet internazzjonali strateġiċi biex tiġi żgurata provvista diversifikata u sostenibbli ta’ materja prima kritika
    • Appoġġ għal mudell ta’ negozju ta’ “prodott bħala servizz” biex jinċentiva r-riċiklaġġ u l-użu mill-ġdid tal-materja prima
    • Traċċar tal-materja prima permezz tat-teknoloġija, tar-rekwiżiti armonizzati tad-data
    • Titjib fil-proċess tal-permessi biex tiġi żgurata l-prevedibbiltà u jinżammu standards ambjentali għoljin
    • Żvilupp ta’ prinċipji għal materja prima sostenibbli fl-UE

    Ingredjenti farmaċewtiċi attivi

    Kwistjonijiet ewlenin

    • click icon

      Interruzzjonijiet possibbli minħabba l-kumplessità tal-katina tal-provvista

    Minħabba l-kumplessità tagħhom, il-ktajjen tal-provvista farmaċewtika qed iħabbtu wiċċhom ma’ interruzzjonijiet potenzjali li jistgħu jinqalgħu tul il-katina tal-provvista fi ħdan l-UE u lil hinn minnha. Dawn jistgħu jvarjaw minn tilwim kummerċjali, attakki ċibernetiċi, għal ħażniet mhux ikkoordinati, restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni, tfixkil fil-loġistika, sal-għeluq ta’ siti jew aċċidenti fuq il-post kif ukoll nuqqas ta’ konformità ma’ Prattiki Tajba ta’ Manifattura (PTM). 

    • click icon

      Integrazzjoni għolja tal-ktajjen tal-provvista tal-API

    Il-katina tal-provvista farmaċewtika saret waħda mill-ktajjen tal-provvista l-aktar integrati fid-dinja. B’mod partikolari, hemm konċentrazzjoni reġjonali kbira fil-produzzjoni ta’ ingredjenti farmaċewtiċi attivi ġeneriċi (APIs). Barra minn hekk, hemm xejra oħra li qed tiżdied fil-konċentrazzjoni ta’ APIs ġeneriċi li qed jiġu prodotti fl-Indja u ċ-Ċina.

    Sehem tal-valur ġeneriku globali tal-produzzjoni tal-API (2015)

    • 66% fl-Asja tal-Paċifiku (l-Indja u ċ-Ċina)
    • 24% fl-UE
    • 3% fl-Amerika ta’ Fuq
    • 7% fil-bqija tad-dinja
    • click icon

      Konċentrazzjoni għolja ta’ kummerċ

    L-importazzjonijiet Ewropej tal-APIs jiġu biss minn ftit sorsi.

    80%
    tal-volum ta’ importazzjonijiet tal-APIs minn 5 pajjiżi (iċ-Ċina, l-Istati Uniti, ir-Renju Unit, l-Indoneżja u l-Indja) [iċ-Ċina 45%]
    80%
    tal-valur tal-importazzjoni tal-APIs minn 4 pajjiżi (l-Iżvizzera, l-Istati Uniti, Singapore u ċ-Ċina) [l-Iżvizzera u l-Istati Uniti t-tnejn 30%]

    Batteriji tal-litju (Li-ion)

    Filwaqt li hemm teknoloġiji differenti tal-batteriji, il-Li-ion hu komponent ewlieni għal ħafna tipi ta’ batteriji minħabba l-prestazzjoni superjuri tiegħu, meta mqabbel ma’ diversi teknoloġiji tal-batteriji stabbiliti sew u maturi.

    Kapaċità tal-produzzjoni globali taċ-ċelloli tal-batteriji tal-li-ion fl-2018

    3%
    fl-UE
    66%
    fiċ-Ċina
    20%
    fil-Korea t’Isfel, fil-Ġappun u f’pajjiżi Asjatiċi oħrajn

    Fatturi abilitanti biex tiżdied il-kapaċità tal-produzzjoni

    energy storage

     

    Il-batteriji tal-Li-ion issa jistgħu jaħżnu 300% aktar enerġija meta mqabblin mal-1991 Tnaqqis fl-ispiża (USD 1100/kWh fl-2010 -> USD 156/kWh fl-2019)
    graph increase
    Id-domanda globali mistennija tiżdied għal 4,000 GWh sal-2040 minn 90 siegħa Gigawatt (GWh) fl-2016 Id-domanda Ewropea mistennija tilħaq 400 GWh sal-2028

    Kwistjonijiet ewlenin

    • click icon

      Aċċess għall-materja prima rilevanti hu essenzjali għall-produzzjoni tal-batteriji

    L-UE tipproduċi biss 1% tal-materja prima kollha tal-batteriji. Biex tkopri l-ħtiġijiet tas-setturi tal-mobbiltà u tal-ħżin tal-enerġija, l-UE teħtieġ:

    • 7-18-il darba aktar litju sal-2030
    • 2-5 darbiet aktar kobalt sal-2030
    • 16-57 darba aktar litju sal-2050
    • 3-15-il darba aktar kobalt sal-2050
    • click icon

      Aċċess għal materjali u komponenti pproċessati

      • 84% tal-materjali u l-komponenti pproċessati ġejjin mill-Asja
      • 8-9% tal-materjali u l-komponenti pproċessati ġejjin mill-UE
      • Diversi investimenti fil-materjali tal-batteriji mħabbrin fl-UE, iżda hemm bżonn ta’ oħrajn addizzjonali

      Investimenti globali

      charging station

      Elettromobbiltà

      Investimenti ta’ €60 biljun fil-katina tal-valur tal-elettromobbiltà tal-Ewropa fl-2019 biss, il-biċċa l-kbira privati

      = 3.5 darbiet daqs iċ-Ċina
      research

      Riċerka

      Madwar €270 miljun minn programmi ta’ riċerka tal-UE bejn l-2019 u l-2020

      €925 miljun proposti għas-Sħubija Ewropea l-ġdida għal Katina tal-Valur tal-Batteriji Industrijali taħt Orizzont Ewropa

      Cooperation

      Proġetti Importanti ta’ Interess Ewropew Komuni (IPCEI)

      L-ewwel għotjiet tal-IPCEI: €3.2 biljun f’għajnuna mill-Istat, li mistennija tingrana €5 biljun oħra f’investimenti fis-settur privat

      It-tieni għotjiet tal-IPCEI: €2.9 biljun f’għajnuna mill-Istat, b’€9 biljun oħra mistennija f’investimenti fis-settur privat

      Inizjattivi oħrajn li għaddejjin bħalissa

      • Qafas leġiżlattiv ġdid għall-batteriji x’aktarx jidħol fis-seħħ fl-2022
      • It-tisħiħ tar-reżiljenza tal-ktajjen tal-valur tal-materja prima kritika tal-UE
      • L-iżgurar tal-implimentazzjoni effettiva tal-finanzjament tar-riċerka tal-batteriji ta’ Orizzont Ewropa
      • L-iżvilupp ta’ forza tax-xogħol Ewropea b’ħiliet fil-batteriji

      Idroġenu

      L-idroġenu għandu firxa wiesgħa ta’ applikazzjonijiet fl-ekosistemi kollha, bħall-industriji tal-kimika u tar-raffinar iżda wkoll fil-mobbiltà, il-ħżin tal-enerġija u t-tisħin. Għandu kontenut għoli ta’ enerġija għal kull unità tal-massa, li jagħmilha adatta pereżempju għat-trasport tqil. Iżda l-ewwel irid jiġi “estratt” bi spiża tal-enerġija - jew mill-gass naturali jew permezz tal-elettroliżi tal-ilma.

      Żieda mmirata fil-kapaċità tal-elettrolizzatur rinnovabbli 

      1 GW
      kapaċità tal-elettrolizzatur rinnovabbli fl-2020
      6 GW
      Kapaċità tal-elettrolizzatur rinnovabbli sal-2024
      40 GW
      kapaċità tal-elettrolizzatur rinnovabbli sal-2030

      It-triq lejn ekosistema Ewropea tal-idroġenu pass pass

      1. Illum - 2024

        Se nappoġġjaw l-installazzjoni ta’ mill-inqas 6GW ta’ elettrolizzaturi tal-idroġenu rinnovabbli fl-UE, u l-produzzjoni ta’ sa miljun tunnellata ta’ idroġenu rinnovabbli.

      2. 2025 - 2030

        L-idroġenu jeħtieġ li jsir parti intrinsika tas-sistema tal-enerġija integrata tagħna, b’mill-inqas 40GW ta’ elettrolizzaturi tal-idroġenu rinnovabbli u l-produzzjoni ta’ sa 10 miljun tunnellata ta’ idroġenu rinnovabbli fl-UE

      3. 2030

        Mill-2030 ’il quddiem, l-idroġenu rinnovabbli se jintuża fuq skala kbira fis-setturi kollha li huma diffiċli biex jiġu dekarbonizzati

      Kwistjonijiet ewlenin

      • click icon

        Hemm bżonn ta’ provvisti kbar ta’ idroġenu nadif

      Biex jiġu dekarbonizzati s-setturi ewlenin (eż. l-azzar, is-sustanzi kimiċi jew it-trasport tqil), hi meħtieġa provvista kbira u affidabbli ta’ idroġenu nadif. In-nuqqas ta’ provvista ta’ idroġenu rinnovabbli u b’livell baxx ta’ karbonju fit-terminu qasir u n-nuqqas ta’ infrastruttura jistgħu jdewmu d-deċiżjonijiet ta’ investiment downstream.

      • Konnessjoni ta’ 80 sa 120 GW ta’ kapaċità ta’ produzzjoni tal-enerġija solari u mir-riħ meħtieġa biex jiġi pprovdut l-elettriku meħtieġ sal-2030
      • click icon

        Dipendenzi fuq l-importazzjonijiet tal-materja prima

      L-UE tiddependi fuq l-importazzjonijiet ta’ materja prima għal komponenti ewlenin (bħall-elettrolizzaturi u ċ-ċelloli tal-fjuwil) meħtieġa għall-ekonomija tal-idroġenu.

      • Madwar 30 materja prima huma meħtieġa għall-produzzjoni ta’ ċelloli tal-fjuwil, elettrolizzaturi u teknoloġiji tal-ħżin tal-idroġenu. 13 minnhom huma kklassifikati bħala materja prima kritika.

      Semikondutturi

      In-nuqqas reċenti li qed tiffaċċja l-industrija tal-karozzi qed juri l-isfidi tal-UE. Iċ-ċipep semikondutturi huma l-moduli bażiċi tal-prodotti u s-servizzi diġitali kollha. Dawn huma inkorporati f’karozzi, inġenji tal-ajru, tagħmir mediku, telefowns ċellulari, networks u supercomputers.

      Kwistjonijiet ewlenin

      • click icon

        L-aktar ċipep avvanzati saru aktar diffiċli u jiswew aktar biex jiġu prodotti 

      It-tfassil u l-iżvilupp tal-aktar ċipep avvanzati llum jistgħu jiswew sa €1 biljun. Impjant ta’ fabbrikazzjoni avvanzat jeħtieġ investimenti sa €20 biljun. Fl-2020, 2 manifatturi biss, TSMC (Taiwan) u Samsung (il-Korea t’Isfel), ipproduċew l-aktar ċipep avvanzati. 

      • click icon

        Dipendenzi

      L-UE tiddependi ħafna fuq l-Istati Uniti għal għodod ta’ disinn ġenerali u fuq l-Asja għall-manifattura taċ-ċipep avvanzati. 

      • click icon

        Kundizzjonijiet ekwi

      It-tensjonijiet ġeopolitiċi u n-nuqqas ta’ kundizzjonijiet ekwi jagħmlu ħsara lill-kompetizzjoni f’dan il-qasam. L-iżvilupp u l-manifattura ta’ ċipep kienu dejjem aktar soġġetti għal sussidji massivi. 

      • click icon

        Il-marka tas-semikondutturi tal-Ewropa hi żgħira

      Is-sehem tal-UE tad-dħul globali hu madwar 10% b’mod ġenerali u madwar 6% għas-segmenti tal-computing u l-komunikazzjoni.

      Cloud u edge computing

      It-teknoloġiji cloud joffru ħżin u pproċessar tad-data fuq talba, flessibbli u orħos. Dawn joperaw f’ċentri tad-data ċentralizzati, f’faċilitajiet distribwiti jew fuq apparati konnessi qrib l-utent (edge computing). Ħafna servizzi li n-negozji, l-amministrazzjoni pubblika u ċ-ċittadini jużaw kuljum huma bbażati fuq il-cloud computing.

      Opportunitajiet għall-awtonomija tal-UE

      • 80%

        tad- data ġġenerata kollha hi mistennija li tiġi pproċessata bl-edge sal-2025, mingħajr atturi dominanti fis-suq attwali

      • Computer

        Tkabbir qawwi fis-servizzi tas-software hu opportunità kbira għall-fornituri Ewropej biex jingranaw il-pożizzjoni tagħhom

      • 5g

        In-networks 5G u l-multicloud computing (għodda għall-mitigazzjoni tar-riskju) jikkostitwixxu opportunità oħra

      Kwistjonijiet ewlenin

      • click icon

        L-użu tal-cloud fl-UE qed jiżdied bil-mod ħafna

      Minkejja xi tkabbir f’dawn l-aħħar snin, l-użu tas-servizzi tal-cloud fl-UE għadu baxx. Skont id-data tal-Eurostat, filwaqt li tjiebu meta mqabblin mal-2018, 36% biss tal-intrapriżi tal-UE użaw is-servizzi tal-cloud fl-2020, l-aktar għal servizzi sempliċi bħall-emails u l-ħażna tal-files.

      • click icon

        Sehem żgħir mis-suq għall-atturi tal-UE

      L-akbar fornitur tal-cloud ibbażat fl-UE jammonta għal anqas minn 1% tad-dħul totali ġġenerat fis-suq Ewropew. B’paragun ma’ dan, l-aqwa 4 mexxejja globali (Amazon Web Services, Microsoft Azure, Google Cloud u Alibaba Cloud) se jammontaw għal aktar minn 80% tad-dħul globali fl-2021. Il-pożizzjoni fis-suq u l-iskala ta’ dawn il-hyperscalers jagħmlu d-dħul fis-suq minn kompetituri oħrajn anqas ta’ sodisfazzjon u jimpedixxu ż-żieda fit-tmexxija Ewropea.

      • click icon

        Diskrepanza fl-investiment

      Din is-sitwazzjoni hi aggravata minn diskrepanza fl-investiment stmata ta’ €11-il biljun fis-sena bejn dak li l-Istati Uniti u ċ-Ċina u l-UE jinvestu fil-cloud.

      • click icon

        Tħassib tal-utenti Ewropej

      L-utenti tal-cloud fil-prattika għandhom possibbiltà limitata ħafna forsi anki mhux eżistenti li jaqilbu bejn fornituri differenti tas-servizzi tal-cloud. Barra minn hekk, huma jesprimu t-tħassib tagħhom dwar l-użu ta’ servizzi tal-cloud barranin għal raġunijiet ta’ protezzjoni tad-data personali, ċibersigurtà jew mistoqsijiet dwar il-liġi applikabbli.

      Dokumenti

       

      5 MEJJU 2021
      Staff working document - Strategic dependencies and capacities