Opportunitajiet ewlenin ta’ finanzjament
Titjib tal-aċċess tal-SMEs għall-finanzi u s-swieq
Il-Programm għas-Suq Uniku għandu l-għan li jtejjeb l-aċċess tal-SMEs għall-finanzi u s-swieq. Il-programm huwa mmaniġġjat mill-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni u għall-SMEs (EISMEA).
Appoġġ tal-SMEs għan-networks tal-enerġija, tat-trasport u dawk diġitali tal-UE
L-SMEs huma wkoll eliġibbli għal finanzjament taħt il-programm Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF), li jiffinanzja proġetti li jagħmlu tajjeb għan-nuqqasijiet fin-networks tal-enerġija, tat-trasport u tal-ICT. Il-fergħat tas-CEF huma mmaniġġjati mill-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Klima, l-Infrastruttura u l-Ambjent (CINEA) u l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għas-Saħħa u għall-Qasam Diġitali (HaDEA).
L-SMEs fil-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni
Il-programm ta’ finanzjament prinċipali tal-UE għar-riċerka huwa Orizzont Ewropa, is-suċċessur ta’ Orizzont 2020. Dan jappoġġja proġetti ta’ riċerka individwali f’ħafna oqsma, li jitwettqu minn organizzazzjonijiet jew individwi.
L-SMEs fir-reġjuni Ewropej
Il-Politika ta’ koeżjoni tal-UE timmira li tnaqqas id-differenzi fil-ġid bejn ir-reġjuni Ewropej. Hija tiffoka fuq l-investiment fir-reġjuni, fl-ibliet u fl-ekonomija reali sabiex jiġu stimulati t-tkabbir u l-impjiegi. Hi tindirizza l-bidla fil-klima u d-dipendenza fuq l-importazzjonijiet tal-enerġija, u tnaqqas il-faqar u l-esklużjoni soċjali.
L-appoġġ lill-SMEs huwa prijorità ewlenija tal-politika ta’ koeżjoni. Kull pajjiż tal-UE huwa responsabbli għall-ġestjoni tal-fondi fit-territorju tiegħu stess.
Appoġġ lill-SMEs fis-settur agrikolu
Il-Politika Agrikola Komuni (PAK) tagħmel finanzjament disponibbli għal kumpaniji żgħar permezz ta’:
- l-Iskema tal-iskejjel tal-frott, il-ħxejjex u l-ħalib, u l-Promozzjoni ta’ prodotti tal-biedja tal-UE
- il-pagament dirett taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija
- il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali
Opportunitajiet oħra ta’ finanzjament għall-SMEs
- Il-Kummissjoni Ewropea tipprovdi għotjiet sabiex tappoġġja proġetti jew organizzazzjonijiet li jiżviluppaw l-interessi tal-UE. L-SMEs u partijiet interessati oħra jistgħu japplikaw billi jwieġbu għal sejħiet għal proposti taħt il-programmi ta’ finanzjament tal-UE. Hi tuża wkoll kuntratti pubbliċi biex tixtri oġġetti u servizzi. Il-fornituri jintgħażlu permezz ta' sejħiet għall-offerti.
- Hu disponibbli appoġġ għall-imprendituri u n-negozji permezz ta’ firxa wiesgħa ta’ programmi tal-UE, permezz ta’ istituzzjonijiet finanzjarji lokali. Il-Portal "Aċċess għall-Finanzi” jgħin biex jinstab finanzjament tal-UE għal proġetti bħal self, garanziji, finanzjament tal-ekwità u ħafna oħrajn.
- Il-Faċilità ta’ Mikrofinanzjament tal-Programm għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali (EaSI) tgħin is-settur tal-SMEs billi tipprovdi self sa €25,000 lil individwi biex jibdew negozju żgħir jew jiżviluppawh.
- Il-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) jipprovdi appoġġ lill-SMEs sabiex jgħinhom itejbu l-kompetittività tagħhom, pereżempju permezz tat-taħriġ.
- Il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura (FEMSA) jippermetti lill-SMEs jibbenefikaw minn livelli ogħla ta’ appoġġ billi l-maġġoranza l-kbira tal-impriżi tas-sajd u l-akkwakultura huma SMEs.
- Il-programm LIFE għall-azzjoni klimatika, immaniġġjat mis-CINEA, jgħin lill-kumpaniji jġibu l-prodotti, it-teknoloġiji, is-servizzi u l-proċessi ekoloġiċi tagħhom fis-suq billi jiffinanzja l-hekk imsejħa proġetti qrib is-suq
- Opportunitajiet ta’ finanzjament fil-qasam tal-iżvilupp