Mur għall-kontenut ewlieni
Artiklu tal-aħbarijiet9 Lulju 2024Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni2 min qari

Kun af id-drittijiet tiegħek bħala passiġġier tal-UE qabel ma tivvjaġġa

Holiday planning in Europe

 

Ippakkjajt u lest biex titlaq? Għal dawk li dalwaqt waslu biex jitilqu għal vaganza qasira tas-sajf, nittamaw li l-pjanijiet tal-ivvjaġġar tagħkom ma jmorrux ħażin, iżda jekk tiġri xi ħaġa ħażina, għandek tkun taf li r-regoli tal-ivvjaġġar tal-UE jkopru l-passiġġieri f’għadd ta’ eventwalitajiet. Kemm jekk it-titjira tiegħek tiġi kkanċellata, il-ferrovija tiegħek iddewmet jew il-bagalji tiegħek jintilfu abbord il-bastiment tal-kruċieri tiegħek, għandek id-dritt li tagħmel talba skont id-drittijiet tal-passiġġieri fl-UE kollha. 

Dak li int intitolat għalih jekk ikollok bżonn tagħmel talba jvarja mit-tip ta’ trasport li tuża (bl-ajru, bil-ferrovija, bix-xarabank/bil-kowċ jew bil-vapur) u jekk tivvjaġġax lejn, barra jew fl-UE.  Madankollu, fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, hemm proċedura standard li trid tiġi segwita jekk ikollok bżonn tagħmel talba għal dewmien, kanċellazzjoni jew problemi bil-bagalji. 

L-ewwel nett, ikkuntattja l-kumpanija tal-ivvjaġġar li mingħandha xtrajt il-biljett tiegħek, billi tuża l-formola tal-ilmenti li jipprovdu. Jekk ma tirċevix tweġiba mill-kumpanija fi żmien 1 sa 3 xhur skont it-tip ta’ trasport magħżul, jew jekk ma tkunx sodisfatt bit-tweġiba, tista’ tressaq ilment quddiem l-awtorità nazzjonali rilevanti fil-pajjiż fejn tkun seħħet il-problema. Tista’ dejjem tikkonsulta wkoll liċ-Ċentru Ewropew tal-Konsumatur għall-għajnuna u l-parir dwar problemi relatati mad-drittijiet tal-passiġġieri. 

Jekk tibqa' tiltaqa’ ma’ problemi bit-talba tiegħek, tista’ wkoll tipprova ssolvi t-tilwima tiegħek billi tuża proċeduri barra mill-qorti - jew entità għas-Soluzzjoni Alternattiva għat-Tilwim. Jekk xtrajt il-biljett tiegħek online, tista’ tressaq l-ilment tiegħek permezz tal-pjattaforma għas-Soluzzjoni Online għat-Tilwim. Dawn iż-2 forom ta’ soluzzjoni tat-tilwim huma disponibbli biss għar-residenti tal-UE.  

Jekk għandek diżabbiltà jew mobbiltà mnaqqsa, għandek id-dritt li taċċessa l-ivvjaġġar bl-ajru, bil-ferrovija, bix-xarabank, bil-kowċ jew bil-baħar bħal kwalunkwe persuna oħra u d-dritt għal assistenza mingħajr ħlas fit-terminals u fil-vetturi abbord. Jekk tħoss li d-drittijiet tiegħek inkisru, segwi l-linji gwida ta’ hawn fuq biex tagħmel talba. Aktar dettalji dwar id-drittijiet tiegħek bħala passiġġier qed jingħataw hawn taħt. 

Għal aktar informazzjoni 

Drittijiet tal-passiġġieri 

Id-drittijiet tal-vjaġġaturi b’diżabbiltà jew b’mobbiltà mnaqqsa 

Proċeduri barra l-qorti għall-konsumaturi 

Soluzzjoni online għat-tilwim 

Network taċ-Ċentri Ewropej tal-Konsumaturi 

Iddawnlowdja l-app “Your Passenger Rights” fuq l-ismartphone tiegħek (Google AndroidApple iOS

L-Ivvjaġġar fl-Ewropa 2024

Dettalji

Data tal-pubblikazzjoni
9 Lulju 2024
Awtur
Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni