Page contents Page contents Is-setgħa tad-demografija Id-demografija tirrakkonta l-istorja ta’ ħajjitna. Huwa dwar kemm x’aktarx indumu ħajjin, l-għadd ta’ tfal li nistgħu nistennew li jkollna, u fejn u kif x’aktarx inqattgħu ħajjitna. It-tibdil demografiku għandu impatt qawwi fuq l-ekonomiji tagħna, fuq is-sistemi soċjali u tas-saħħa tagħna kif ukoll fuq il-ħtiġijiet tal-akkomodazzjoni u tal-infrastruttura fir-reġjuni tal-Ewropa. Dan min-naħa tiegħu għandu implikazzjonijiet għall-baġits u l-politiki tal-gvern. L-UE tintegra t-tħassib demografiku fl-iżvilupp ta’ politiki rilevanti tal-UE u ħadna għadd ta’ inizjattivi speċifiċi fil-livell tal-UE li jappoġġjaw lill-Istati Membri fl-indirizzar tat-tibdil demografiku. Aqra r-rapport: L-impatt tat-tibdil demografiku f’ambjent li qed jinbidel Punti ewlenin 23 ta’ April 2024 - Il-Kummissjoni toħroġ rakkomandazzjonijiet biex tipproteġi aħjar lit-tfal mill-vjolenza Illum il-Kummissjoni adottat ir-Rakkomandazzjoni dwar l-iżvilupp u t-tisħiħ ta’ sistemi integrati għall-protezzjoni tat-tfal fl-aħjar interessi tat-tfal, bħala impenn fl-Istrateġija tal-UE dwar id-Drittijiet tat-Tfal. L-UE għadha qed tiffaċċja sfidi sinifikanti fil-protezzjoni tat-tfal mill-vjolenza, inkluż il-bullying u l-vjolenza sesswali fit-tfulija. Ir-Rakkomandazzjoni se tappoġġa lill-Istati Membri fit-tisħiħ tas-sistemi tagħhom għall-protezzjoni tat-tfal.Aqra aktar Xejriet demografiċi Wara li nifhmu l-kawżi u l-effetti tat-tranżizzjonijiet demografiċi nkunu nistgħu nimmaniġġjaw aħjar il-konsegwenzi tagħhom u nagħmlu użu mill-opportunitajiet tagħhom, u fl-aħħar mill-aħħar jgħinna nibnu UE prospera għall-ġenerazzjonijiet futuri. Aktar xogħol mid-darIs-sehem tal-persuni impjegati li jaħdmu mid-dar fl-UE qabeż minn persuna waħda minn kull sebgħa fl-2019 għal persuna waħda minn kull ħamsa fl-2020. Fl-2021, kważi persuna waħda minn kull erbgħa kienet qed taħdem mid-dar.Rata tat-twelid aktar baxxaFl-2020, l-għadd medju ta’ twelid għal kull mara kien ta’ 1.5, li huwa ferm inqas mill-valur ta’ 2.1 meħtieġ biex tinżamm popolazzjoni stabbli.Popolazzjoni anzjana li qed tikberSal-2050 is-sehem ta’ persuni li għandhom aktar minn 65 sena se jkun ta’ madwar 30% meta mqabbel ma’ madwar 20% llum.Unitajiet domestiċi iżgħarL-għadd ta’ unitajiet domestiċi kompla jikber, filwaqt li d-daqs tal-unità domestika medja kompla jonqos. L-unitajiet domestiċi magħmula minn persuna waħda kibru l-aktar malajr, għal aktar minn 70 miljun fl-2021.Ħajja itwalWara tnaqqis matul il-pandemija tal-COVID-19, reġgħet bdiet iż-żieda gradwali fl-istennija tal-għomor. Fl-2021, l-istennija tal-għomor fl-UE kienet stmata għal 82.8 ssena għan-nisa u 77.2 sena għall-irġiel.Inqas Ewropej fid-dinjaIs-sehem tal-popolazzjoni tal-Ewropa fid-dinja qed jonqos u fl-2070 se tkun tirrappreżenta madwar 4% tal-popolazzjoni tad-dinja, meta mqabbel ma’ 6% llum. L-impatt tat-tibdil demografiku It-tibdil demografiku fl-UE għandu impatt fuq is-suq tax-xogħol - hekk kif il-popolazzjoni Ewropea fl-età tax-xogħol qed tonqos biex jiġi sostnut it-tkabbir ekonomiku jeħtieġ li ndaħħlu aktar nies fis-suq tax-xogħol u/jew li nżidu l-produttività permezz tal-avvanzi teknoloġiċi u l-iżvilupp tal-ħiliet l-impjiegi - peress li n-nies jgħixu ħajja itwal u aktar b’saħħitha, ħafna ċittadini jridu jaħdmu aktar fit-tul, għalkemm mhux neċessarjament fl-istess tip ta’ impjiegi. is-servizzi tal-kura - is-sehem dejjem jikber ta’ persuni akbar fl-età fl-UE jġib miegħu ħtieġa akbar għal servizzi ta’ kura u jisfida s-sostenibbiltà finanzjarja fit-tul tal-istati soċjali tagħna il-bilanċ demografiku - ix-xejriet demografiċi ma jaffettwawx kull pajjiż u kull reġjun bl-istess mod. Filwaqt li għadd ta’ Stati Membri tal-UE huma mbassra li jesperjenzaw tnaqqis fil-popolazzjoni tagħhom diġà fis-snin li ġejjin, oħrajn huma mbassra li jaraw żieda fil-popolazzjoni matul l-istess perjodu iż-żoni rurali - b’mod ġenerali, ir-reġjuni rurali huma aktar affettwati mit-tnaqqis fil-popolazzjoni minn dawk li huma fil-biċċa l-kbira urbani, minħabba l-bidliet naturali u l-migrazzjoni ’l barra il-pożizzjoni tal-Ewropa fid-dinja - hekk kif is-sehem tal-UE tal-popolazzjoni globali huwa mbassar li jkompli jonqos fid-deċennji li ġejjin, il-ħtieġa għal kooperazzjoni mill-qrib fil-livelli kollha biex tiġi żgurata l-kompetittività tas-Suq Uniku tagħna qed issir dejjem aktar urġenti Ara aktar statistika demografika għall-pajjiżi individwali tal-UE Popolazzjoni Ewropea li qed tixjieħ L-Ewropej qed jgħixu aktar fit-tul u huma f'saħħithom aktar minn qatt qabel. Fid-deċennji li ġejjin, is-sehem u n-numru ta’ nies anzjani fl-UE se jiżdied. Din ix-xejra għandha impatt sinifikanti fuq il-ħajja ta’ kuljum tan-nies u fuq is-soċjetajiet tagħna, li ġġib magħha kemm opportunitajiet kif ukoll sfidi. Popolazzjoni taż-żgħażagħ li qed tonqosIs-sehem ta’ persuni fl-età ta’ bejn il-15-il sena u d-29 sena naqas minn 18.1% fl-2011, għal 16.3% fl-2021. Din ix-xejra hija mistennija li tkompli u ssir saħansitra aktar evidenti fir-reġjuni rurali.Popolazzjoni anzjana li qed tikberSal-2050 is-sehem ta’ persuni akbar minn 65 sena se jkun ta’ madwar 30% meta mqabbel ma’ madwar 20% llum. Popolazzjoni akbar fl-età tippreżenta sfidi għal affarijiet bħas-sistemi tal-pensjonijiet u s-settur tal-kura tas-saħħa. Minħabba l-iskala, il-veloċità u l-impatt li din ix-xejra se jkollha fis-soċjetà kollha, hu importanti li jiġu kkunsidrati approċċi ġodda u jiġi żgurat li l-politiki jkunu adatti għall-iskop tagħhom f’era ta’ bidla kbira – mit-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali sa forom ġodda ta’ xogħol u l-indirizzar tal-isfidi ewlenin tas-saħħa, inklużi l-pandemiji. Il-kompetenzi biex jiġu indirizzati l-effetti tat-tixjiħ huma fil-biċċa l-kbira f’idejn l-Istati Membri u l-UE tinsab f’pożizzjoni tajba biex tidentifika kwistjonijiet u xejriet ewlenin u tappoġġja l-azzjoni dwar it-tixjiħ fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali. Tista’ tgħin lill-Istati Membri u lir-reġjuni jiżviluppaw ir-rispons politiku tagħhom stess u mfassal apposta għat-tixjiħ. Green paper dwar it-tixjiħ Il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat il-Green Paper dwar it-tixjiħ f’Jannar 2021 fejn nediet dibattitu politiku wiesa’ dwar it-tixjiħ biex jiġu diskussi l-għażliet dwar kif għandhom jiġu antiċipati u indirizzati l-isfidi u l-opportunitajiet li jġib miegħu t-tixjiħ kif ukoll kif tista’ tinżamm kwalità tal-ħajja tajba tal-popolazzjoni li qed tixjieħ għall-itwal żmien possibbli. Il-kontributi għall-konsultazzjoni pubblika dwar il-Green Paper għenu biex jiġu identifikati l-miżuri meħtieġa għall-appoġġ għall-promozzjoni tar-reżiljenza ekonomika u soċjali f’Ewropa li qed tixjieħ. Pubblikazzjonijiet ġenerali29 Settembru 2021 Green paper on ageing (2021) - Synopsis report on the public consultation Sett ta’ Għodod għad-Demografija L-Ewropa għaddejja minn trasformazzjoni demografika kbira. It-tibdil demografiku għandu impatt profond fuq il-ħajja ta’ kuljum u jeħtieġ soluzzjonijiet olistiċi u integrati. Peress li ċ-ċittadini tagħna qed jgħixu ħajja itwal u aktar b’saħħitha, il-politiki kollha tagħna jeħtieġ li jkunu jħarsu ’l quddiem u jappoġġjaw il-bidla minn soċjetà li qed tixjieħ għal soċjetà ta’ lonġevità. Il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta’ Ġunju 2023 appellaw lill-Kummissjoni biex tressaq sett ta’ għodod biex tappoġġja lill-Istati Membri fl-indirizzar tal-isfidi demografiċi u l-impatt tagħhom fuq il-vantaġġ kompetittiv tal-Ewropa. Is-sett ta’ għodod demografiċi, imħejji b’rispons mill-Kummissjoni, jibbaża fuq l-esperjenzi mill-UE kollha u jistabbilixxi approċċ komprensiv għat-tibdil demografiku strutturat madwar erba’ pilastri: l-appoġġ għall-ġenituri billi jiġu rrikonċiljati aħjar l-aspirazzjonijiet tal-familja u x-xogħol imħallas, b’mod partikolari billi jiġi żgurat aċċess għal kura tat-tfal ta’ kwalità u bilanċ tajjeb bejn ix-xogħol u l-ħajja privata; l-appoġġ u l-għoti tas-setgħa lill-ġenerazzjonijiet żgħażagħ biex jirnexxu, jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom, jiffaċilitaw l-aċċess tagħhom għas-suq tax-xogħol u għal akkomodazzjoni affordabbli; l-għoti tas-setgħa lill-ġenerazzjonijiet akbar fl-età u s-sostenn tal-benesseri tagħhom, permezz ta’ riformi flimkien ma’ politiki xierqa tas-suq tax-xogħol u tal-post tax-xogħol; fejn meħtieġ, l-indirizzar tan-nuqqas ta’ ħaddiema permezz ta’ migrazzjoni legali mmaniġġjata, f’komplementarjetà sħiħa biex jiġu sfruttati t-talenti minn ġewwa l-UE. Is-sett ta’ għodod jirrikonoxxi l-ħtieġa li tiġi kkunsidrata d-dimensjoni territorjali tal-bidliet demografiċi, speċifikament fir-reġjuni li jesperjenzaw il-fenomenu tat-tnaqqis fil-popolazzjoni u mobbiltà sinifikanti 'l barra tal-ħaddiema żgħażagħ (“eżodu ta’ mħuħ”). Fuq xiex qed naħdmu L-Atlas tad-DemografijaGħodda għall-viżwalizzazzjoni, il-monitoraġġ u l-antiċipazzjoni tat-tibdil demografiku.L-Istrateġija Ewropea għall-KuraL-iżgurar ta’ servizzi ta’ kura li jpoġġu lin-nies l-ewwel, mit-tfulija sal-età avvanzata.Viżjoni fit-tul għaż-żoni ruraliIl-konnessjoni taż-żoni rurali biex isiru aktar b’saħħithom, reżiljenti u aktar prosperi.L-Istrateġija dwar id-Drittijiet tat-TfalNagħtu s-setgħa lit-tfal bħala aġenti tal-bidla llum u fi triqthom biex isiru mexxejja ta’ għada.Garanzija Ewropea għat-TfalAppoġġ għat-tfal fil-bżonn billi jittejjeb l-aċċess għal elementi bażiċi bħall-edukazzjoni u l-akkomodazzjoni.Ġlieda kontra l-abbuż sesswali tat-tfalIl-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-abbuż sesswali tat-tfal, online u offline.Internet Aħjar għat-TfalStrateġija tal-UE biex tipproteġi u tagħti setgħa lit-tfal fid-dinja online.Is-solitudni fl-UEL-indirizzar ta’ kwistjoni kritika tas-saħħa pubblika bi strateġiji effettivi ta’ intervent. L-aktar reċenti Dokumenti 23 APRIL 2024Communication putting children’s interests first accompanying the Recommendation on integrated child protection systemsLingwi oħrajn (2)Deutsch(182.16 KB - PDF)Iddawnlowdjafrançais(187.09 KB - PDF)Iddawnlowdja 23 APRIL 2024RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI ta'23.4.2024 dwar l-iżvilupp u t-tisħiħ ta’ sistemi integrati għall-protezzjoni tat-tfal fl-aħjar interessi tat-tfalLingwi oħrajn (23)български(383.52 KB - PDF)Iddawnlowdjaespañol(215.23 KB - PDF)Iddawnlowdjačeština(318.46 KB - PDF)Iddawnlowdjadansk(267.41 KB - PDF)IddawnlowdjaDeutsch(333.27 KB - PDF)Iddawnlowdjaeesti(257.6 KB - PDF)Iddawnlowdjaελληνικά(382.83 KB - PDF)IddawnlowdjaEnglish(352.08 KB - PDF)Iddawnlowdjafrançais(391.9 KB - PDF)IddawnlowdjaGaeilge(282.68 KB - PDF)Iddawnlowdjahrvatski(317.3 KB - PDF)Iddawnlowdjaitaliano(284.4 KB - PDF)Iddawnlowdjalatviešu(316.99 KB - PDF)Iddawnlowdjalietuvių(320.46 KB - PDF)Iddawnlowdjamagyar(343.64 KB - PDF)IddawnlowdjaNederlands(282.35 KB - PDF)Iddawnlowdjapolski(360.87 KB - PDF)Iddawnlowdjaportuguês(284.19 KB - PDF)Iddawnlowdjaromână(362.07 KB - PDF)Iddawnlowdjaslovenčina(378.21 KB - PDF)Iddawnlowdjaslovenščina(313.52 KB - PDF)Iddawnlowdjasuomi(262.23 KB - PDF)Iddawnlowdjasvenska(263.16 KB - PDF)Iddawnlowdja 23 APRIL 2024Annex to the Communication on developing and strengthening integrated child protection systems in the best interests of the childLingwi oħrajn (2)Deutsch(459.73 KB - PDF)Iddawnlowdjafrançais(480.66 KB - PDF)Iddawnlowdja 23 APRIL 2024Staff Working Document accompanying the Recommendation on developing and strengthening integrated child protection systems in the best interests of the child 23 APRIL 2024Factsheet - Delivering on the EU strategy on the rights of the child 6 FRAR 2024Proposal for Directive on combating child sexual abuse and annexes 6 FRAR 2024Proposal for Directive on combating child sexual abuse - factsheet 6 FRAR 2024Regulatory Scrutiny Board Opinion Revision of Directive 2011/93/EU on combating child sexual abuse 11 OTTUBRU 2023Communication “Demographic change in Europe: a toolbox for action 11 OTTUBRU 2023Demographic change in Europe: a toolbox for action - factsheet Report6 Lulju 2023Iċ-Ċentru Konġunt tar-RiċerkaDemography and climate change: new study explores links between the two mega-trends of our centuryUnderstanding the links between population dynamics and the causes and consequences of climate change will help design future-looking policies for a greener planet. 17 JANNAR 2023The impact of demographic change - in a changing environment (2023) 17 JANNAR 2023The impact of demographic change - in a changing environment (2023) – Reader friendly version 17 JANNAR 2023Harnessing talent in Europe’s regions (2023) 7 SETTEMBRU 2022European Care Strategy (2022) - Factsheet 14 ĠUNJU 2021Green paper on aging (2021) - Reader friendly version 27 JANNAR 2021GREEN PAPER ON AGEING: Fostering solidarity and responsibility between generationsLingwi oħrajn (22)български(1.08 MB - PDF)Iddawnlowdjaespañol(1.15 MB - PDF)Iddawnlowdjačeština(1.29 MB - PDF)Iddawnlowdjadansk(1.59 MB - PDF)IddawnlowdjaDeutsch(1.29 MB - PDF)Iddawnlowdjaeesti(1.3 MB - PDF)Iddawnlowdjaελληνικά(1.25 MB - PDF)IddawnlowdjaEnglish(1.66 MB - PDF)Iddawnlowdjafrançais(1.56 MB - PDF)Iddawnlowdjahrvatski(1.58 MB - PDF)Iddawnlowdjaitaliano(1 MB - PDF)Iddawnlowdjalatviešu(1.4 MB - PDF)Iddawnlowdjalietuvių(1.58 MB - PDF)Iddawnlowdjamagyar(1.32 MB - PDF)IddawnlowdjaNederlands(1.25 MB - PDF)Iddawnlowdjapolski(1.53 MB - PDF)Iddawnlowdjaportuguês(1.59 MB - PDF)Iddawnlowdjaromână(1.48 MB - PDF)Iddawnlowdjaslovenčina(1.44 MB - PDF)Iddawnlowdjaslovenščina(1.08 MB - PDF)Iddawnlowdjasuomi(1.79 MB - PDF)Iddawnlowdjasvenska(1.33 MB - PDF)Iddawnlowdja 27 JANNAR 2021Green Paper on ageing (2021) - Factsheet 17 ĠUNJU 2020Report on the impact of demographic change (2020) - Reader friendly version 17 ĠUNJU 2020RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI dwar l-impatt tat-tibdil demografikuLingwi oħrajn (22)български(310.05 KB - HTML)Iddawnlowdjaespañol(254.18 KB - HTML)Iddawnlowdjačeština(249.68 KB - HTML)Iddawnlowdjadansk(247.46 KB - HTML)IddawnlowdjaDeutsch(255.83 KB - HTML)Iddawnlowdjaeesti(243.35 KB - HTML)Iddawnlowdjaελληνικά(316.13 KB - HTML)IddawnlowdjaEnglish(241.7 KB - HTML)Iddawnlowdjafrançais(265.47 KB - HTML)Iddawnlowdjahrvatski(246.69 KB - HTML)Iddawnlowdjaitaliano(256.96 KB - HTML)Iddawnlowdjalatviešu(253.97 KB - HTML)Iddawnlowdjalietuvių(248.92 KB - HTML)Iddawnlowdjamagyar(260.72 KB - HTML)IddawnlowdjaNederlands(248.73 KB - HTML)Iddawnlowdjapolski(258.23 KB - HTML)Iddawnlowdjaportuguês(250.71 KB - HTML)Iddawnlowdjaromână(256.95 KB - HTML)Iddawnlowdjaslovenčina(250.35 KB - HTML)Iddawnlowdjaslovenščina(245.35 KB - HTML)Iddawnlowdjasuomi(247.99 KB - HTML)Iddawnlowdjasvenska(249.68 KB - HTML)Iddawnlowdja 17 ĠUNJU 2020Report on the impact of demographic change (2020) - Commission staff working document 17 ĠUNJU 2020Report on the impact of demographic change (2020) - Factsheet Segwi l-aktar progress reċenti u involvi ruħek.Dubravka ŠuicaDubravka ŠuicaDubravka ŠuicaNetwerks soċjali oħrajn Links relatati Dubravka Šuica, Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea għad-Demokrazija u d-DemografijaL-Istrateġija tal-UE dwar id-Drittijiet tat-Tfal u l-Garanzija Ewropea għat-TfalNisfruttaw it-Talent fl-Ewropa: spinta ġdida għar-reġjuni tal-UE
23 ta’ April 2024 - Il-Kummissjoni toħroġ rakkomandazzjonijiet biex tipproteġi aħjar lit-tfal mill-vjolenza Illum il-Kummissjoni adottat ir-Rakkomandazzjoni dwar l-iżvilupp u t-tisħiħ ta’ sistemi integrati għall-protezzjoni tat-tfal fl-aħjar interessi tat-tfal, bħala impenn fl-Istrateġija tal-UE dwar id-Drittijiet tat-Tfal. L-UE għadha qed tiffaċċja sfidi sinifikanti fil-protezzjoni tat-tfal mill-vjolenza, inkluż il-bullying u l-vjolenza sesswali fit-tfulija. Ir-Rakkomandazzjoni se tappoġġa lill-Istati Membri fit-tisħiħ tas-sistemi tagħhom għall-protezzjoni tat-tfal.Aqra aktar
L-Atlas tad-DemografijaGħodda għall-viżwalizzazzjoni, il-monitoraġġ u l-antiċipazzjoni tat-tibdil demografiku.
L-Istrateġija Ewropea għall-KuraL-iżgurar ta’ servizzi ta’ kura li jpoġġu lin-nies l-ewwel, mit-tfulija sal-età avvanzata.
Viżjoni fit-tul għaż-żoni ruraliIl-konnessjoni taż-żoni rurali biex isiru aktar b’saħħithom, reżiljenti u aktar prosperi.
L-Istrateġija dwar id-Drittijiet tat-TfalNagħtu s-setgħa lit-tfal bħala aġenti tal-bidla llum u fi triqthom biex isiru mexxejja ta’ għada.
Garanzija Ewropea għat-TfalAppoġġ għat-tfal fil-bżonn billi jittejjeb l-aċċess għal elementi bażiċi bħall-edukazzjoni u l-akkomodazzjoni.
Ġlieda kontra l-abbuż sesswali tat-tfalIl-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-abbuż sesswali tat-tfal, online u offline.
Is-solitudni fl-UEL-indirizzar ta’ kwistjoni kritika tas-saħħa pubblika bi strateġiji effettivi ta’ intervent.
Report6 Lulju 2023Iċ-Ċentru Konġunt tar-RiċerkaDemography and climate change: new study explores links between the two mega-trends of our centuryUnderstanding the links between population dynamics and the causes and consequences of climate change will help design future-looking policies for a greener planet.