X’tagħmel l-UE L-Unjoni Ewropea tipprovdi assistenza umanitarja kull fejn tkun l-aktar meħtieġa, u tirrispondi malajr kemm għad-diżastri kkawżati mill-bniedem kif ukoll għall-perikli naturali. Fil-qalba ta’ dan l-isforz hemm impenn qawwi biex jiġu protetti l-vittmi l-aktar vulnerabbli.Abbażi tal-prinċipji umanitarji internazzjonali u tal-Kunsens Ewropew dwar l-Għajnuna Umanitarja, l-appoġġ tal-UE huwa ggwidat mis-sens ta’ ġustizzja u mill-imparzjalità. L-għajnuna tasal għand il-komunitajiet milqutin bla diskriminazzjoni, irrispettivament mir-razza, il-grupp etniku, ir-reliġjon, il-ġeneru, l-età, in-nazzjonalità, jew l-affiljazzjoni politika tagħhom. Flimkien, l-Istati Membri tal-UE u l-istituzzjonijiet tagħha huma fost id-donaturi ewlenin tal-għajnuna umanitarja, b’solidarjetà ma’ dawk madwar id-dinja li għandhom bżonnijiet urġenti. Fatti dwar l-għajnuna umanitarja tal-UE ’Il fuq minn 110 pajjiżiGħenna lil miljuni ta’ nies fil-bżonn madwar id-dinja’Il fuq minn 40 pajjiżGħandna network ta’ aktar minn 400 espert fuq il-post u għandna uffiċċji f’aktar minn 40 pajjiż€1.9 biljunIl-baġit umanitarju annwali inizjali tal-UE għall-2025 L-oqsma ta’ azzjoniIt-tfal fil-kunflitti armatiAzzjonijiet għall-protezzjoni tat-tfal fil-kunflitti armatiL-edukazzjoni f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenzaNiżguraw li t-tfal ikunu jistgħu jkomplu bl-edukazzjoni u li l-għalliema jkollhom aċċess għat-taħriġIl-Pont tal-Ajru Umanitarju tal-UEInsaħħu r-risponsi umanitarji jew ta’ emerġenza f’pajjiżi li jkunu qed jaffrontaw kuntesti fraġliL-assistenza alimentariNiżguraw li dawk l-aktar bil-ġuħ u vulnerabbli fil-kriżijiet ikollhom aċċess għal ikel sikur u nutrittivL-ispostament furzatAssistenza lil nies spostati b’mod furzatIs-saħħaGħajnuna umanitarja b’rabta mas-saħħa lil dawk l-aktar vulnerabbliIn-nutrizzjoniAzzjonijiet min-naħa tal-UE biex tiġi indirizzata n-nutrizzjoni insuffiċjenti tat-tfalIl-protezzjoniNiggarantixxu l-protezzjoni tal-komunitajiet, mit-twassil ta’ assistenza umanitarja bażika sal-iskjerament ta’ truppi għaż-żamma tal-paċiIl-kenn u s-siti ta’ għajnuna umanitarjaNoffru kenn umanitarju u siti tal-għajnuna umanitarja bħala rispons immedjat għal diżastru, jew bi tħejjija għal diżastruSir af aktar dwar l-oqsma tal-għajnuna umanitarja Il-kisbiet ewlenin Il-Kummissjoni Ewropea ilha sa mill-1992 tipprovdi l-għajnuna umanitarja f’aktar minn 110 pajjiżi, u kull sena għenet lil miljuni ta’ nies madwar id-dinja kollha.B’inqas minn 1% tal-baġit tal-UE — madwar €3 biss għal kull ċittadin tal-UE kull sena — l-UE tagħti sostenn li jsalva l-ħajja ta’ miljuni ta’ nies madwar id-dinja. Dan il-kontribut għandu impatt qawwi, u jilħaq lil dawk li jinqabdu fi wħud mill-aktar kriżijiet devastanti tad-dinja.F’dawn l-aħħar snin, l-għajnuna umanitarja tal-UE kienet kruċjali fil-kunflitti fis-Sirja, fl-Ukrajna, fil-Jemen, fil-Palestina, fl-Afganistan, u fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, fejn għenet lill-komunitajiet jissopravvivu f’ċirkustanzi ta’ tbatija.L-għajnuna umanitarja tal-UE tiġi mobilizzata wkoll f’każijiet ta’ emerġenzi klimatiċi — pereżempju, in-nixfa fis-Saħel u fil-Qarn tal-Afrika, l-għargħar fil-Bangladesh, u l-effett El Niño fin-Nofsinhar tal-Afrika u fl-Oċean Indjan.L-għajnuna umanitarja tal-UE tagħmel enfasi qawwija fuq il-protezzjoni ta’ dawk l-aktar vulnerabbli, inklużi t-tfal, in-nisa, il-persuni b’diżabilità, u gruppi oħrajn. Parti ewlenija ta’ dan l-isforz hija s-sostenn għall-edukazzjoni f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza, sabiex it-tfal ikunu jistgħu jkomplu jitgħallmu anke matul il-kunflitt jew l-ispostament.L-UE tinvesti f’inizjattivi ta’ tħejjija biex tgħin lill-komunitajiet jifilħu aħjar għall-kriżijiet futuri, inklużi sistemi ta’ twissija bikrija u t-taħriġ lokali dwar ir-rispons għad-diżastri. Taħt il-lenti L-UE twiegħed €2.3 biljun fil-Forum Umanitarju Ewropew 2025Il-Kummissjoni Ewropea wiegħdet aktar minn €2.3 biljun f’għajnuna umanitarja għall-2025 biex jiġu indirizzati kriżijiet globali urġenti, inklużi l-kunflitti fl-Ukrajna, f’Gaża, u fis-Sudan. Dan l-impenn imħabbar fil-Forum Umanitarju Ewropew ittieħed fil-kuntest ta’ livelli rekord ta’ sitwazzjonijiet globali ta’ neċessità, b’aktar minn 305 miljun ruħ fil-bżonn ta’ assistenza urġenti. L-UE u l-Istati Membri tagħha impenjaw ruħhom ukoll li jsaħħu d-diplomazija umanitarja, jirrispettaw id-dritt umanitarju internazzjonali, u jippromwovu risponsi koordinati għal sitwazzjonijiet fraġli.Kompli aqra L-aħħar aħbarijiet News article22 Diċembru 2025Commission delivers thermal power plant to supply power for 1 million Ukrainians2 min qariNews article17 Diċembru 2025EU boosts funding to protect aid workers with €4.35 million 2 min qariAra kollox Avvenimenti 29Jan2026Jiem ta’ informazzjoniOnline Info Session: European Solidarity Corps 2026 – Volunteering Teams in High Priority AreasOnline bissHumanitarian aid Events Informazzjoni relatataId-Direttorat Ġenerali għall-Protezzjoni Ċivili u l-Operazzjonijiet tal-Għajnuna Umanitarja Ewropej (ECHO)Sett ta’ għodod ta’ emerġenzaIl-Kapaċità ta’ Rispons Umanitarju EwropewId-Dritt umanitarju internazzjonali
L-Unjoni Ewropea tipprovdi assistenza umanitarja kull fejn tkun l-aktar meħtieġa, u tirrispondi malajr kemm għad-diżastri kkawżati mill-bniedem kif ukoll għall-perikli naturali. Fil-qalba ta’ dan l-isforz hemm impenn qawwi biex jiġu protetti l-vittmi l-aktar vulnerabbli.Abbażi tal-prinċipji umanitarji internazzjonali u tal-Kunsens Ewropew dwar l-Għajnuna Umanitarja, l-appoġġ tal-UE huwa ggwidat mis-sens ta’ ġustizzja u mill-imparzjalità. L-għajnuna tasal għand il-komunitajiet milqutin bla diskriminazzjoni, irrispettivament mir-razza, il-grupp etniku, ir-reliġjon, il-ġeneru, l-età, in-nazzjonalità, jew l-affiljazzjoni politika tagħhom. Flimkien, l-Istati Membri tal-UE u l-istituzzjonijiet tagħha huma fost id-donaturi ewlenin tal-għajnuna umanitarja, b’solidarjetà ma’ dawk madwar id-dinja li għandhom bżonnijiet urġenti.
L-edukazzjoni f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenzaNiżguraw li t-tfal ikunu jistgħu jkomplu bl-edukazzjoni u li l-għalliema jkollhom aċċess għat-taħriġ
Il-Pont tal-Ajru Umanitarju tal-UEInsaħħu r-risponsi umanitarji jew ta’ emerġenza f’pajjiżi li jkunu qed jaffrontaw kuntesti fraġli
L-assistenza alimentariNiżguraw li dawk l-aktar bil-ġuħ u vulnerabbli fil-kriżijiet ikollhom aċċess għal ikel sikur u nutrittiv
Il-protezzjoniNiggarantixxu l-protezzjoni tal-komunitajiet, mit-twassil ta’ assistenza umanitarja bażika sal-iskjerament ta’ truppi għaż-żamma tal-paċi
Il-kenn u s-siti ta’ għajnuna umanitarjaNoffru kenn umanitarju u siti tal-għajnuna umanitarja bħala rispons immedjat għal diżastru, jew bi tħejjija għal diżastru
L-UE twiegħed €2.3 biljun fil-Forum Umanitarju Ewropew 2025Il-Kummissjoni Ewropea wiegħdet aktar minn €2.3 biljun f’għajnuna umanitarja għall-2025 biex jiġu indirizzati kriżijiet globali urġenti, inklużi l-kunflitti fl-Ukrajna, f’Gaża, u fis-Sudan. Dan l-impenn imħabbar fil-Forum Umanitarju Ewropew ittieħed fil-kuntest ta’ livelli rekord ta’ sitwazzjonijiet globali ta’ neċessità, b’aktar minn 305 miljun ruħ fil-bżonn ta’ assistenza urġenti. L-UE u l-Istati Membri tagħha impenjaw ruħhom ukoll li jsaħħu d-diplomazija umanitarja, jirrispettaw id-dritt umanitarju internazzjonali, u jippromwovu risponsi koordinati għal sitwazzjonijiet fraġli.Kompli aqra
News article22 Diċembru 2025Commission delivers thermal power plant to supply power for 1 million Ukrainians2 min qari
29Jan2026Jiem ta’ informazzjoniOnline Info Session: European Solidarity Corps 2026 – Volunteering Teams in High Priority AreasOnline biss
Id-Direttorat Ġenerali għall-Protezzjoni Ċivili u l-Operazzjonijiet tal-Għajnuna Umanitarja Ewropej (ECHO)