L-appoġġ għas-sigurtà tal-enerġija tal-Ukrajna Minn mindu r-Russja bdiet l-invażjoni fuq skala sħiħa, l-Ukrajna diġà ngħatat mill-inqas €3 biljun bħala sostenn għas-sigurtà tal-enerġija tagħha. Dawn il-flus ingħataw mill-Fond ta’ Appoġġ għall-Enerġija tal-Ukrajna u mill-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili, fost l-oħrajn.F’Awwissu 2025, il-Kummissjoni ffirmat ftehim ta’ garanzija mal-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (BERŻ) li se jimmobilizza €500 miljun bħala sostenn għas-sigurtà tal-enerġija tal-Ukrajna. Dan il-finanzjament se jgħin biex jiġu rikostitwiti r-riżervi tal-gass tal-pajjiż, li ġew eżawriti wara l-attakki Russi fuq il-faċilitajiet tal-produzzjoni u l-ipproċessar tal-gass. L-UE għamlet disponibbli kważi €160 miljun biex tappoġġja s-sigurtà tal-enerġija tal-Ukrajna għax-xitwa tal-2024-2025. Dan l-appoġġ jintuża biex:jerġgħu jitħaddmu l-impjanti tal-enerġija u jiġi pprovdut aktar tagħmir b’mod li jiġu moqdijin 15% tal-bżonnijiet tal-Ukrajnajiżdiedu l-esportazzjonijiet tal-elettriku tal-UE biex jiġu moqdijin aktar minn 12% tal-ħtiġijiet tal-Ukrajnatingħata spinta lill-produzzjoni deċentralizzata tal-enerġija, inkluż it-twassil ta’ pannelli solari lill-isptarijietF’Marzu 2022, il-grilja elettrika tal-Ukrajna ġiet sinkronizzata mal-UE. L-UE se tkompli tappoġġja lill-Ukrajna fis-settur tal-enerġija billi tiżgura l-flussi tal-gass fid-direzzjoni opposta lejn il-pajjiż. L-Ukrajna se tkun tista’ tibbenefika wkoll mix-xiri komuni tal-UE tal-gass, tal-gass naturali likwifikat (LNG), u tal-idroġenu.Barra minn hekk, biex tnaqqas it-tensjoni fuq is-sistema tal-enerġija tal-pajjiż, l-UE pprovdiet lill-Ukrajna aktar minn 12,000 ġeneratur tal-enerġija u miljuni ta’ bozoz LED. L-appoġġ għall-infrastruttura u l-konnettività tal-Ukrajna F’Ġunju 2023, l-UE u l-Ukrajna ffirmaw ftehim li jassoċja lill-Ukrajna mal-programm tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa. Dan se jippermetti li promoturi ta’ proġetti Ukreni japplikaw għal finanzjament mill-UE fis-setturi tat-trasport, tal-enerġija, u diġitali, u b’hekk tkompli tittejjeb il-konnettività tal-Ukrajna mal-ġirien tagħha tal-UE.F’Diċembru 2023, il-Kummissjoni fetħet uffiċċju ġdid tal-Orizzont Ewropa f’Kiev. Il-parteċipazzjoni tal-Ukrajna fl-Orizzont Ewropa u fil-Programm ta’ Riċerka u Taħriġ tal-Euratom se tgħin fil-preservazzjoni u t-trawwim tal-ekosistema tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-Ukrajna.L-UE ddeċidiet li, mill-1 ta’ Jannar 2026 ’il quddiem, tintegra lill-Ukrajna fiż-żona tar-Roaming Daqslikieku f’Pajjiżek. Dan se jippermetti lill-Ukreni jċemplu, jibagħtu l-messaġġi, u jużaw id-data mobbli tagħhom minn numri tat-telefown Ukreni fis-27 pajjiż tal-UE mingħajr ebda spiża żejda. Għalissa, il-ftehim eżistenti bejn l-operaturi tat-telekomunikazzjoni tal-UE u tal-Ukrajna se jiggarantixxi li l-Ukreni fl-UE jkomplu jibbenefikaw minn tariffi tar-roaming imnaqqsin b’mod sinifikanti.Sa mill-bidu tal-gwerra, l-UE żiedet l-appoġġ tagħha biex issaħħaħ ir-reżiljenza ċibernetika tal-Ukrajna b’€10 miljun għal tagħmir, software, u appoġġ relatat ieħor. Ġew ipprovduti €19-il miljun oħra biex jappoġġjaw it-trasformazzjoni diġitali. Sostenn għall-kultura Ukrena Minn mindu bdiet il-gwerra ’l hawn, l-UE impenjat €50 miljun biex tappoġġa s-setturi kulturali u kreattivi tal-Ukrajna. F’Lulju 2025, l-UE u diversi Stati Membri nedew inizjattiva tat-Tim Ewropa biex jipproteġu l-artefatti kulturali tal-Ukrajna u jiżviluppaw il-kapaċitajiet tal-professjonisti tagħha fil-qasam tal-patrimonju. Se jseħħu aktar minn 60 azzjoni, inklużi taħriġ immirat u boroż ta’ studju u appoġġ għall-ħżin, il-wiri, u l-preservazzjoni ta’ artefatti li jinsabu fil-periklu. Mill-2022 ’l hawn, l-Ewropa Kreattiva pprovdiet ’il fuq minn €7 miljun lil organizzazzjonijiet kulturali Ukreni u €700,000 f’għotjiet għall-mobbiltà tal-artisti u tal-professjonisti fil-qasam kulturali. Il-finanzjament jsostnu l-preservazzjoni tal-wirt kulturali u tar-rappreżentazzjonijiet artistiċi kemm fl-Ukrajna kif ukoll barra minnha. Skopri aktar dwar l-appoġġ tal-UE għas-setturi kulturali u kreattivi tal-Ukrajna L-aħħar aġġornament: 22 ta' Diċembru 2025
Minn mindu r-Russja bdiet l-invażjoni fuq skala sħiħa, l-Ukrajna diġà ngħatat mill-inqas €3 biljun bħala sostenn għas-sigurtà tal-enerġija tagħha. Dawn il-flus ingħataw mill-Fond ta’ Appoġġ għall-Enerġija tal-Ukrajna u mill-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili, fost l-oħrajn.F’Awwissu 2025, il-Kummissjoni ffirmat ftehim ta’ garanzija mal-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (BERŻ) li se jimmobilizza €500 miljun bħala sostenn għas-sigurtà tal-enerġija tal-Ukrajna. Dan il-finanzjament se jgħin biex jiġu rikostitwiti r-riżervi tal-gass tal-pajjiż, li ġew eżawriti wara l-attakki Russi fuq il-faċilitajiet tal-produzzjoni u l-ipproċessar tal-gass. L-UE għamlet disponibbli kważi €160 miljun biex tappoġġja s-sigurtà tal-enerġija tal-Ukrajna għax-xitwa tal-2024-2025. Dan l-appoġġ jintuża biex:jerġgħu jitħaddmu l-impjanti tal-enerġija u jiġi pprovdut aktar tagħmir b’mod li jiġu moqdijin 15% tal-bżonnijiet tal-Ukrajnajiżdiedu l-esportazzjonijiet tal-elettriku tal-UE biex jiġu moqdijin aktar minn 12% tal-ħtiġijiet tal-Ukrajnatingħata spinta lill-produzzjoni deċentralizzata tal-enerġija, inkluż it-twassil ta’ pannelli solari lill-isptarijietF’Marzu 2022, il-grilja elettrika tal-Ukrajna ġiet sinkronizzata mal-UE. L-UE se tkompli tappoġġja lill-Ukrajna fis-settur tal-enerġija billi tiżgura l-flussi tal-gass fid-direzzjoni opposta lejn il-pajjiż. L-Ukrajna se tkun tista’ tibbenefika wkoll mix-xiri komuni tal-UE tal-gass, tal-gass naturali likwifikat (LNG), u tal-idroġenu.Barra minn hekk, biex tnaqqas it-tensjoni fuq is-sistema tal-enerġija tal-pajjiż, l-UE pprovdiet lill-Ukrajna aktar minn 12,000 ġeneratur tal-enerġija u miljuni ta’ bozoz LED.
F’Ġunju 2023, l-UE u l-Ukrajna ffirmaw ftehim li jassoċja lill-Ukrajna mal-programm tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa. Dan se jippermetti li promoturi ta’ proġetti Ukreni japplikaw għal finanzjament mill-UE fis-setturi tat-trasport, tal-enerġija, u diġitali, u b’hekk tkompli tittejjeb il-konnettività tal-Ukrajna mal-ġirien tagħha tal-UE.F’Diċembru 2023, il-Kummissjoni fetħet uffiċċju ġdid tal-Orizzont Ewropa f’Kiev. Il-parteċipazzjoni tal-Ukrajna fl-Orizzont Ewropa u fil-Programm ta’ Riċerka u Taħriġ tal-Euratom se tgħin fil-preservazzjoni u t-trawwim tal-ekosistema tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-Ukrajna.L-UE ddeċidiet li, mill-1 ta’ Jannar 2026 ’il quddiem, tintegra lill-Ukrajna fiż-żona tar-Roaming Daqslikieku f’Pajjiżek. Dan se jippermetti lill-Ukreni jċemplu, jibagħtu l-messaġġi, u jużaw id-data mobbli tagħhom minn numri tat-telefown Ukreni fis-27 pajjiż tal-UE mingħajr ebda spiża żejda. Għalissa, il-ftehim eżistenti bejn l-operaturi tat-telekomunikazzjoni tal-UE u tal-Ukrajna se jiggarantixxi li l-Ukreni fl-UE jkomplu jibbenefikaw minn tariffi tar-roaming imnaqqsin b’mod sinifikanti.Sa mill-bidu tal-gwerra, l-UE żiedet l-appoġġ tagħha biex issaħħaħ ir-reżiljenza ċibernetika tal-Ukrajna b’€10 miljun għal tagħmir, software, u appoġġ relatat ieħor. Ġew ipprovduti €19-il miljun oħra biex jappoġġjaw it-trasformazzjoni diġitali.