Dettalji Data tal-pubblikazzjoni7 Ġunju 2017 Deskrizzjoni Id-dokument ta’ riflessjoni jistabbilixxi tliet xenarji possibbli għall-ġejjieni tad-difiża Ewropea: Ix-xenarju għall-Kooperazzjoni tas-Sigurtà u d-Difiża Il-pajjiżi tal-UE xorta jiddeċiedu dwar il-ħtieġa għall-kooperazzjoni fis-sigurtà u d-difiża fuq bażi volontarja u abbażi ta’ każ b'każ, filwaqt li l-UE tkompli tikkumplimenta l-isforzi nazzjonali. Il-kooperazzjoni fil-qasam tad-difiża għandha tissaħħaħ, iżda l-parteċipazzjoni tal-UE fl-operazzjonijiet l-aktar eżiġenti tibqa’ limitata. Il-Fond Ewropew għad-Difiża l-ġdid jgħin fl-iżvilupp ta’ kapaċitajiet konġunti ġodda, iżda l-pajjiżi tal-UE xorta jissorveljaw il-biċċa l-kbira tal-kapaċitajiet ta’ difiża li għandhom x’jaqsmu mal-iżvilupp u l-akkwist. Il-kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO żżomm il-format u l-istruttura tal-lum. Ix-xenarju tas-Sigurtà u d-Difiża Kondiviżi F'dan ix-xenarju aktar ambizzjuż, il-pajjiżi tal-UE jiġbru flimkien ċerti assi finanzjarji u operazzjonali biex tiżdied is-solidarjetà fil-qasam tad-difiża. L-UE tkun ukoll aktar involuta fil-protezzjoni tal-Ewropa fi ħdan il-fruntieri tagħha u lil hinn minnhom. Dan jassumi rwol akbar f’oqsma bħaċ-ċibersigurtà, il-protezzjoni tal-fruntieri jew il-ġlieda kontra t-terroriżmu, u jsaħħaħ id-dimensjoni tad-difiża u tas-sigurtà tal-politiki interni tal-UE bħall-enerġija, is-saħħa, id-dwana jew l-ispazju. Dan se jkun rifless b’rieda politika li naġixxu, kif ukoll b’teħid tad-deċiżjonijiet xieraq għal kuntest li jinbidel malajr. L-UE u n-NATO se jżidu wkoll il-kooperazzjoni reċiproka u jikkoordinaw bejn firxa sħiħa ta’ kwistjonijiet. Ix-xenarju tad-Difiża u s-Sigurtà Komuni L-aktar xenarju ambizzjuż jipprevedi t-tfassil progressiv ta’ politika tad-difiża komuni tal-Unjoni, li jwassal għal difiża komuni abbażi tal-Artikolu 42 tat-Trattat tal-UE li jippermetti lil grupp ta’ Stati Membri li jaħsbuha l-istess li jieħdu d-difiża Ewropea fil-livell li jmiss. F’dan ix-xenarju, il-pajjiżi tal-UE jieħdu impenji akbar rigward is-sigurtà ta’ xulxin, biex il-protezzjoni tal-Ewropa ssir responsabbiltà kondiviża bejn l-UE u n-NATO. L-UE tkun kapaċi tmexxi operazzjonijiet ta’ sigurtà u ta’ difiża ta’ kwalità għolja, mirfuda minn ċertu livell ta’ integrazzjoni tal-forzi tad-difiża tal-Istati Membri. L-UE tkun tappoġġa programmi ta’ difiża konġunta bil-Fond Ewropew għad-Difiża, kif ukoll il-ħolqien ta’ bażi ta’ Aġenzija Ewropea għar-Riċerka dwar il-Difiża. Din ser trawwem ukoll il-ħolqien ta’ suq ġenwin għad-difiża Ewropea, li jkun jista' jipproteġi l-attivitajiet strateġiċi ewlenin tagħha minn partijiet esterni. Ix-xenarji ta’ hawn fuq mhumiex reċiprokament esklussivi, imma juru tliet livelli differenti ta’ ambizzjoni f’dak li għandu x’jaqsam mas-solidarjetà. It-tisħiħ tas-sigurtà Ewropea huwa essenzjali. Il-pajjiżi tal-UE jkunu f’pożizzjoni ta’ tmexxija, biex jiddefinixxu l-livell ta’ ambizzjoni bl-appoġġ tal-istituzzjonijiet tal-UE. B’ħarsa lejn il-futur, jeħtieġ li issa jiddeċiedu t-triq li jridu jieħdu u b’liema veloċità jridu jipproċedu biex jipproteġu ċ-ċittadini Ewropej. Files 2 ĠUNJU 2017Dokument ta' riflessjoni dwar il-ġejjieni tad-difiża EwropeaLingwi oħrajn (22)български(700.87 KB - PDF)Iddawnlowdjaespañol(657.77 KB - PDF)Iddawnlowdjačeština(680.31 KB - PDF)Iddawnlowdjadansk(645.95 KB - PDF)IddawnlowdjaDeutsch(560.7 KB - PDF)Iddawnlowdjaeesti(648.23 KB - PDF)Iddawnlowdjaελληνικά(671.08 KB - PDF)IddawnlowdjaEnglish(660.18 KB - PDF)Iddawnlowdjafrançais(676.7 KB - PDF)Iddawnlowdjahrvatski(682.52 KB - PDF)Iddawnlowdjaitaliano(646.19 KB - PDF)Iddawnlowdjalatviešu(666.45 KB - PDF)Iddawnlowdjalietuvių(669.65 KB - PDF)Iddawnlowdjamagyar(686.72 KB - PDF)IddawnlowdjaNederlands(645.89 KB - PDF)Iddawnlowdjapolski(672.94 KB - PDF)Iddawnlowdjaportuguês(694.04 KB - PDF)Iddawnlowdjaromână(658.33 KB - PDF)Iddawnlowdjaslovenčina(694.97 KB - PDF)Iddawnlowdjaslovenščina(680.71 KB - PDF)Iddawnlowdjasuomi(638.3 KB - PDF)Iddawnlowdjasvenska(640.88 KB - PDF)Iddawnlowdja Links relatati White Paper dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa u t-triq 'il quddiem